|
Milied 2003 |
Il-Kuncert
Kristu Il-Bierah, Illum u Dejjem
L-idea
bdiet f’nofs Lulju. Xtaqna
li din is-sena nipprezentaw xi haga differenti minn ta' dawn l-ahhar
snin. Ridna wkoll li l-kant
jkun ic-centru ta’ dak li naghmlu.
Hsibna li din is-sena namalgamaw iz-zewg korijiet tal-Museum,
dak tal-bniet u tas-Subien f'kor ta’ 60 ruh.
Waqt li d-direzzjoni artistika kienet ser tkun f’idejn Mark
Azzopardi, Antoine Theuma kien ser jiehu hsieb l-orkestrazzjoni ta'
l-innijiet kollha li kienu ser jittellghu f’dan il-programm.
Ridna wkoll li dan ikun kuncert live u ghalhekk hsibna li
ghandu jkollna orkestra ta’ madwar 30 muzicist li kellu
jidderriegi wkoll Antoine. Bdejna
nfittixu x’format ser naghtu lil dan il-kuncert u tnisslet l-idea
li mmorru lura lejn l-origini ta’ din il-festa hekk ghaziza
ghalina l-Insara u x’ sinjifikat ghandu ghalina llum.
Dan ridna nfissruh b’diversi ghanjiet li originaw
f’pajjizi ohra, ghanjiet moderni u rakkonti qosra li jkomplu
jaghtu l-kulur lil dan il-kuncert. Mal-Kor
tal-Museum stedinna kantanti ohra, ilum stabiliti u kantanti ohra
Nadurin, uhud minnhom li hadu sehem ukoll fil-Musicals li l-Museum
ipproduca f’dawn l-ahhar snin.
Ma
jonqosx ukoll li f’dan il-kuncert li ser ikun maqsum f'erba’
partijiet, ikun hemm ukoll il-Priedka Tradizzjonali tat-Tifel
flimkien ma’ zewg poeziji, fosthom wahda li saret tradizzjonali
f’dan il-Programm, Bambin Ckejkuni. Dan
il-Kuncert ma kienx ikun possibli minghajr l-ghajnuna ta’ hafna
nies. Hajr imur
lill-Kunsill Lokali Nadur li ghal darb' ohra qed jikkollabora
f’din l-attivita’ b’ghajnuna finanzjarja li tkopri parti
sostanzjali ta’ l-ispejjez. Hajr
ukoll lil David Gill Galleries (London) li huma l-isponsors
ufficjali ta’ dan il-kuncert, kif ukoll lill-isponsors kollha li
ghogobhom jirreklamaw fil-ktejjeb. Grazzi wkoll lil june29th.com li
qeghdin jirreklamaw dan il-kuncert fuq l-internet.
U fl-ahharnett stedina lilkom ilkoll sabiex nhar il-Milied
fil-ghaxija tattendu ghal dan il-kuncert li ghandu messagg nisrani
ghal kulhadd. Mark
Azzopardi |
|||
|
|
|||