
| Settembru 2006 - Harga Nru
481 + L-Iben t'Alla sar Bniedem L-Editorjal Pawlu
kien bniedem imhabbat hafna. Negozjant al antika. La kellu kompjuters u
anqas hafna haddiema mieghu. Kont tiskanta kif jirnexxielu jlahhaq ma’
kollox. Mit-Tnejn kmieni filghodu sa tard hafna s-Sibt filghaxija Pawlu
kien il-hin midfun fil-mahzen tieghu. U
ghalhekk kien jixxennaq biex il-Hadd wara l-Quddiesa bikrija kien
jerhilha lejn il-bahar biex iqatta’ jum jistad. Ftit jimporta li
mieghu jkollu biss kolazzjon hafif. L-importanti li jkun ghall-kwiet fuq
il-blata li saret qisha d-dar tieghu tal-villeggjatura. Darba
waqt li kien qed jistad jara gejja hdejh mara liebsa pulit li malli rat
il-ftit hut zghir li kellu maqbud qaltlu b’disprezz:
“Ma jmissekx tisthi! Ghax
ma hallejtux fil-bahar!” Pawlu
ma xtaqx diskussjonijiet. Kellu l-gimgha kollha ghal dawn. Il-Hadd ried
jistrieh… fil-kwiet… wahdu. Dar lejn il-mara u staqsieha:
“Taf
ghax inqabdu dawn?”
“Le!”
“Ghax fethu halqhom! Kieku zammewh maghluq kieku ghadhom
fil-bahar. Mhux jahasra li l-esperjenza taghhom tghallem lilna wkoll.” Il-mara
telqet bla kliem u bla sliem u Pawlu seta’ jkompli jiggosta l-passatemp
tieghu. Qwiel
li jghallmuna:
Ahjar mitt kelma nieqsa minn wahda zejda.
Kelma barra s-sinna ddur mad-dinja.
Kelma gewwa fik sid taghha int… barra minnek ilsir taghha.
Kieku l-kliem kien gawhar is-skiet ahjar minnu. KUCCARINA
GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA L-istorja
tax-xih impressjonatni. Kien
maghruf bhala bniedem li ma jemminx. Qatt
ma kien jidher il-knisja. Qatt
ma kien jiftah lill-qassisin ghal vizti f’daru. U
dejjem jargumenta biex iwaqqa’ ghac-cajt dak
li hu ghaziz ghal min jemmen u
ghalhekk skantaw bi shih dawk
li rawh diehel ghand il-kappillan ta’ rahlu. “Gejt
biex niddiskuti mieghek kwistjonijiet
jaharqu li
minhabba fihom jien ma nasal qatt li
nemmen dak li temmen int u
l-parruccani tieghek.” Il-kappillan
kien verament mghaggel u
ma kellux mohh argumenti u paroli Kellu
laqgha importanti u digà kien tard. Xtaq
jghidlu dan bil-pulit Imma
xi haga fih hajritu biex ma jibaghtux ’il barra ghax
forsi din kienet okkazjoni li
ma tergax tirrepeti ruhha. “Idhol
habib u poggi,” u
meta dan qaghad bilqieghda il-kappillan
gablu ftit kafè. Imbaghad
intasab hdejh u
hallieh jghid dak li kien ihoss dak
li kien idejqu u
hallieh jghid u jtenni dwar
fidi u festi dwar
nies midinba li
jaghmluha ta’ qaddisin u
l-kappillan b’pacenza kbira jisimghu
u kultant izerzaq
xi kelma imma
ma kellux risposta ghal
kollox ghax
certi problemi ma
ssolvihomx f’hakka
t’ghajn. Imbaghad
ir-ragel xwejjah meta
kien ferra’ dak kollu li
kellu fih siket
ghal ftit u
l-kappillan beda jahseb kif
seta’ jwiegeb ghal
tant problemi. Imbaghad
is-skiet inkiser meta
x-xwejjah dar
lejn il-kappillan u qallu: “Irrid
inqerr!” Il-kappillan
inhasad... bil-kemm
kien fetah fommu u
allura ma setax jifhem kif
ix-xwejjah ried
jibdel hajtu bla
ma sema’ argument wiehed li seta’ jdawwarlu fehemtu. “Le,
le kappillan ebda
argument ma kien igaghalni nibdel hajti imma
l-fatt li sibt hin ghalija u
qghadt tismaghni kien
xhieda li dak li tippriedka, temmnu. Ghalija
dan kien bizzejjed. Il-ftit
kafè u s-siggu kienu
ghax-xwejjah kuccarina
ghasel f’mixjietu lejn triq il-verità u l-hajja. Tiskanta
kultant kemm ahna tqal biex noffru din
il-kuccarina ghasel lil
dawk li qajla jaqblu maghna u ma’ l-ideat taghna. Dr
CORONATO GRECH M.D.
jiktbilna LAMBDA Meta,
fl-1917, il-Germaniz Albert Einstein (1879 – 1955) ipprova
matematikament japplika t-teorija tieghu tar-relattività general
ghall-univers kollu, huwa sab, b’sorpriza, li l-univers ma huwiex
statiku imma li jew qed jespandi jew jinghalaq. Dak iz-zmien ma kien
hemm ebda raguni jew xhieda li l-univers ma huwiex statiku, jew qed
jitbiddel; ghax jekk jespandi allura minn fejn u go xiex? Imma, madwar
ghaxar snin wara, l-iktar mill-istudji ta’ l-Amerikan Edwin Hubble
(1889 – 1953) ta’ l-ispektrum tal-galassiji, instab li l-univers
veru qed jespandi; u sal-lum ingabret hafna iktar xhieda, per ezempju r-radjazzjoni
kosmika li sabu l-Amerikani Penzias u Wilson fil-1965. Intant Einstein,
biex il-kalkulazzjonijiet li ghamel jaqblu ma’ l-univers statiku ta’
zmienu, kien introduca fattur, il-konstant kosmologiku, speci ta’
forza biex tikkancella dik tal-gravità u zzomm l-univers milli jespandi
jew jinghalaq. Meta sar ovvju (almenu ovvju kemm jista’ jkun fix-Xjenza)
li l-univers kellu bidu minn cokon zghir hafna (li spicca jissejjah il-Big
Bang) u li qed jespandi, Einstein ammetta li dak kien l-ikbar zball ta’
hajtu. Li kieku kellu iktar kunfidenza fil-kalkulazzjonijiet tieghu,
kieku kien jaghmel probabli iktar skoperti teoretici fix-Xjenza. Imma
llum jidher li l-affarijiet huma ferm iktar ikkumplikati milli Einstein
seta’ jimmagina u li l-izball tieghu ma kienx wara kollox daqshekk
kbir. Indikazzjonijiet
ta’ dan bdew gejjin minn studji kwazi kontemporanji mid-dinja
subatomika. Fil-1927 il-Germaniz Werner Heisenberg (1901 – 76) skopra
l-principju ta’ l-incertezza fejn huwa impossibli li tkun taf
b’certezza u fl-istess hin l-ammont ta’ energija fl-ispazju, per
ezempju l-pozizzjoni u l-velocità ta’ particella subatomika. Iktar
stramba li go vakwu apparentament vojt hemm tibdil, l-hekk imsejha
‘flatwazzjonijiet tal-kwantum’, li jsehhu l-hin kollu, tibdil li
jhalli effetti fid-dinja makroskopika taghna, kif wera teoretikament l-Olandiz
Hendrick Casimir fil-1947 u kif instab b’esperimenti fil-1947 u
fil-1996. Li hemm interessanti huwa li meta l-univers kien ghadu zghir
hafna, ta’ dimensjonijiet subatomici, kien jobdi dawn ir-regoli
strambi tal-kwantum. Wiehed
mit-teoristi ta’ dan l-istudju, li jinfirex mis-subatomiku
ghall-ibghad galassiji, huwa l-Amerikan Alan Guth (1947 -
) li fil-1981 ppubblika teorija li turi li l-univers fil-bidu
ghadda minn stadju ta’ espansjoni kbira jew inflazzjoni. U biex isir
dan ried ikun hemm forza tremenda kontra dik tal-gravità li tixbah (ghalkemm
ferm ikbar) lil dik li vvinta Einstein biex izomm l-univers statiku. L-ironija
hija li l-izball ta’ Einstein ma kienx, wara kollox, zball daqshekk
kbir. Il-konstant kosmologiku jidher li huwa hemm ghalkemm huwa ta’
valur differenti minn dak ikkalkulat minn Einstein. Mill-1998 ’l hawn
l-astronomi sabu xhieda li l-univers mhux talli qed jespandi imma li qed
jaccelera, jespandi dejjem iktar bis-sahha. L-astronomi semmew il-forza
wara dan ‘Dark Energy’ u apparti milli qieghda hemm ma jafu kwazi
xejn fuqha. Hija l-enigma tax-xjenza kontemporanja. Dan
ghandu jitfa’ dawl gdid fuq il-fattur remot ta’ l-univers. L-astornomi
kienu jahsbu li jekk l-univers fih materja bizzejjed (u sallum ghadu
mhux verifikat dan) allura l-espansjoni mill-Big Bang kellha, wara
biljuni kbar ta’ snin, tieqaf u kollox jerga’ jinghalaq fih innifsu
fl-hekk imsejha Big Crunch. Inkella, jekk ma hemmx materjal bizzejjed
jibqa’ jespandi sakemm jitlef il-momentum kollu. Issa jidher li hemm
id-Dark Energy (hi x’inhi) li qed taccelera l-espansjoni li tibqa’
aktarx ghal dejjem. Huwa kkalkulat li madwar mitt biljun sena ohra
(100,000,000,000), il-galassija taghna tibqa’ isolata wehidha,
il-bqija ta’ l-univers jkun tbieghed b’mod li dawl minnu ma
jilhaqniex iktar u ma nistghux nosservawh iktar. U
lambda? Hija l-uzanza fix-xjenza li jintuza l-alfabet Grieg bhala
simbolu ta’ xi konstanti jew entita ohra. Einstein ghal konstant
universali li haseb fih uza il-hdax-il ittra ta’ dan l-alfabet li hija
‘lambda’ (qisha l-ittra ‘y’ maqluba rasha ’l isfel).
Spjegazzjoni trivjali hafna wara dawk l-affarijiet kollha li kwazi
jhalluk bla nifs. FORSI
JINTERESSAWK Tpattija
xierqa Eric
Lindell kien atleta Brittaniku li fuqu kienu mibnija hafna mit-tamiet ta’
pajjizu ghar-rebh ta’ medalji fl-atletika. Kien bniedem ta’ hafna u
hafna tahrig u bosta ghamluh il-favorit ghat-tigrija tal-100 metru. Izda
l-awtoritajiet iddecidew li din it-tigrija ssir nhar ta’ Hadd. Ghal
Eric din id-decizjoni ma kinitx taghmel sens ghax jum il-Hadd kien jum
il-Mulej. U ma riedx itellaq ghax ghalih il-Mulej kellu iktar importanza
minn medalja olimpika. Saru
hafna tentattivi izda Eric ma mmollax fid-decizjoni tieghu. Baqa’
jsostni fehemtu. Accetta li jiehu sehem f’tigrija ohra… tal-400
metru li ghaliha qajla kien ipprepara. Meta kien sejjer biex jibda t-tigrija
habibu tah karta zghira li fuqha kien hemm miktub silta qasira mill-Vangelu
ta’ San Gwann:
“Il-Missier
tieghi jonora lil min iservini,” qal Gesù. U hekk gara tabilhaq ghax ghalkemm ma kienx imharreg ghal din it-tigrija Eric hareg rebbieh u ha l-medalja… ghalih u ghal artu. Din l-istorja hija rrakkontata fil-film Chariots of Fire. Qattus
kien qieghed f’tieqa li l-hogor taghha kien baxx. Kien ghax-xemx wara
l-hgieg. Rah kelb u beda joghla u jinbah imma l-qattus anqas indenja
ruhu jitharrek. Kien jaf li l-hgiega toffrilu protezzjoni. Min
jaf kieku ahna nqisu lill-Mulej il-protezzjoni taghna minkejja d-diffikultajiet
u l-problemi li l-hajja taf ggibilna! Flus
l-ingustizzja Kienu
zminijiet ohra u sinjur kbir minn Texas baghat messagg urgenti
lill-avukat tieghu li kien joqghod hafna mili boghod.
‘Ejja
malajr u ddefendini ghax xlewni bi qtil. Ghandek rigal ta’ $50,000’.
(Kienet somma enormi ghal dawk iz-zminijiet). U
l-avukat irrispondieh:
‘Digà
qieghed fi triqti lejn Texas u mieghi ghandi tliet xhieda li lesti
jixhdu li kont maghhom xhin twettaq id-delitt li xlewk bih.’ Il-flus
hafna drabi jghawgu kull principju. Rahal
wiehed Meta
saru l-attakki fuq it-Twin Towers omm Maltija cemplet malajr New York
biex tara binha gralux xi haga. Binha kien ghadu ma sema’ xejn ghad li
kien joqghod biss madwar 60 mil imbieghed mit-Twin Towers. Dlonk fetah
it-television u sar jaf bit-tragedja. Dari
ahbar bhal din kienet tiehu x-xhur biex tasal minn kontinent ghall-iehor.
Illum tasaL wara ftit minuti. L-ghatx
bil-perzut Is-Senatur
George Moses dahal fl-ufficcju tal-President Calvin Coolidge biex
jipprotesta ghax ma kien jaqbel xejn ma’ nominazzjoni ta’ Senatur
ghax, skond Moses, dan kien ghazzien. Il-president, li kien maghruf
ghall-kalma tieghu, wiegbu:
“Habib,
f’pajjizna ghandna hafna ghazzenin. Ejja nuruhom li anke huma ghandhom
rapprezentant fis-Senat!” Kienet
kompetizzjoni iebsa ghax fi stampa mdaqqsa f’gazzetta l-qarrejja kienu
mitlubin isibu wicc ta’ bniedem mohbi. Fl-istampa kien hemm sigar u
muntanji, nghag u hrief, imma l-wicc ma kien jidher imkien. Izda wara li
ddum tifli hafna, minn bejn il-frieghi tara widna ta’ bniedem,
imbaghad tifforma l-imnieher u l-widnejn li ghall-bidu jidhru li huma
parti mis-sigra. Imbaghad jiehu sura l-wicc kollu. U darba tidentifika
l-wicc, l-istampa ma tibqax l-istess. Thares u taraha ddominata minn dan
il-wicc misterjuz. Madwarna
bla ma nafu hemm wicc il-Mulej… kultant jinheba u rridu nfittxu sew
biex narawh. Imma darba rajnieh f’wicc dak ta’ madwarna, hajjitna ma
tibqax l-istess. Tiehu dimensjoni ohra. Dimensjoni nisranija li permezz
taghha naraw wicc il-Mulej f’wicc dak li jkollu bzonn l-ghajnuna
taghna. AHBARIJIET
TA’ INTERESS IZZEWGU Dr
Maria Vella Magro LLD ta’
Pjazza San Pietru u San Pawl lil Jean
Marc Cassar (Fontana); Sharlene Cauchi ta’
Triq Guze Bonnici lil Anthony
Farrugia (Victoria); Joseph Farrugia ta’
Triq Xandriku lil Margaret
Buttigieg (Qala); Christopher Muscat ta’
Triq San Blas lil Doreen
Camilleri ta’ Trejqet ta’ Majza; Marice Mifsud ta’
Triq il-Qala lil Brian Meilak (Ghajnsielem). Filwaqt
li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li
titlob flimkien tibqa’ flimkien. IL-LAQGHA
TA’ AWISSU Kien
il-41 birthday tal-laqgha
taghna. Kellemna Dun Loretu Tabone li ghal zmien twil kien imexxi
parrocca fi Scotland minn liema esperjenza zewwaq il-lezzjoni
interessanti li ghamlilna. Ha spunt mill-Vangelu ta’ l-ghada – it-Trasfigurazzjoni.
Il-bniedem hu msejjah ghall-genna imma hasra li bosta, billi jkunu
dejjem fid-dar tal-Missier, ma jaghtux kas tal-gid li jkollhom madwarhom.
Fil-parabbola ta’ l-iben il-Hali, iz-zghir li telaq mid-dar fehem
aktar mill-kbir il-gid li hemm f’dar missieru. Jekk ikollna niflu t-taqsimiet
tal-quddiesa nsibu ricetta ezatta ta’ x’ghandna naghmlu biex naslu
fid-destinazzjoni taghna fosthom nitolbu mahfra lil Alla, naghtu l-paci
lil xulxin u b’hekk ninsew id-differenzi ta’ bejnietna u nkunu lesti
li nircievu lil Gesù Ewkaristija. Meta nwarrbu d-distrazzjoni li
toffrilna l-hajja ta’ madwarna nkunu kapaci napprezzaw aktar dak
il-hafna sabih li ghandna. Hajr
lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. John Paul Meilak ta’ Triq il-Papa
Piju VI tela’ fir-rigal. WARA
L-LAQGHA Saru zewg partiti bejn dawk l-old boys li llum qabzu l-erbghin u l-guvnotti taghna ta’ Forms 3 u 4 u ohra bejn dawk li ghalqu l-20 kontra t-teenagers tal-lum. L-ewwel partita kienet verament kumbattuta u wara li z-zghar hadu vantagg tajjeb ta’ zewg goals, ix-‘xjuh’ irpiljaw u mhux biss lahquhom imma sahansitra hargu rebbieha bl-iskor finali ta’ 5 – 4. L-esperjenza rebhet fuq il-hegga. Fit-tieni partita t-teenagers sabuha difficli kontra l-old boys u hargu telliefa 2 – 5 imma specjalment fit-tieni taqsima taw daqskemm qalghu u qatt ma qatghu qalbhom. Prosit lil dawk kollha li ppartecipaw. STEDINA
GHAL-LAQGHA TA' SETTEMBRU Il-laqgha
ser issir nhar is-Sibt 2 ta’ Settembru fit-8.15 p.m. wara t-tieni quddiesa
fil-parrocca. Habib twarrabx din l-istedina mensili. Il-laqgha ma ttulx. Kulma
tiehu nofs siegha. Tisma’ kelma ta’ kuragg, tiltaqa’ mal-hbieb u
jifdallek hafna hin jekk tkun trid tkompli tiltaqa’ ma’ shabek. Dawk li
jixtiequ jistghu jibqghu fil-qasam jilaghbu partita. Staqsu lil dawk li gew
ghal-laqgha ta’ Awissu u jghidulkom kemm hadu gost. Mela
habib tinsiex… nhar is-Sibt 2 ta’ Settembru fit-8.15p.m. Ejja int u hajjar
lil shabek jigu wkoll. Nistennewkom. EKU
BIBBLIKU FI ZMIENNA [Alla
qal:] “U
naghtikom qalb gdida, u
ruh gdida naghtikom go fikom.” {Ezekjel
36: 26} Incident
waqt id-diving halla
lil Joni Eareckson ta’ 17-il sena paralizzata. Bdiet
thewden jekk tistax tghix
il-kumplament ta’ hajjitha f’dik
il-kundizzjoni. Grazzi
ghall-qari tal-Bibbja u
t-talb bdiet
tara orizzont ta’
possibilitajiet godda li
qatt ma kienet holmot bihom qabel
l-incident. Illum
Joni hi artista ta’ success (tpitter
b’halqha) awtrici
msemmija, kantanta, u
lecturer popolari maz-zghazagh. Alla,
tassew qed jixhet go fiha qalb
gdida u ruh gdida. Nista’
niftakar f’xi zmien meta
Alla tani qalb u ruh godda? Le
mhux qabel l-ghasfur jiskot u
l-farfett ma jkunx itir Alla
jfisser il-pjan tieghu u
jurik x’hemm isir. Il-hajt
l-iswed ghandu bzonnu in-nissieg
b’dawk subghajh hfief daqs
il-hajt dehbi u mfidded biex
ix-xoqqa tkun tishieh. Dr
Michael Galea PhD jiktbilna t-tieni parti tat-tmien artiklu minn sensiela ta’
psikologija applikata: 8.
L-Ansjetà (it-tieni
parti) Spiss nisimghu anke minn ansjetà li kulma jmur qed issir iktar komuni specjalment fl-ahbarijiet internazzjonali. Din hi ansjetà dovuta ghal xi trawma, incident jew tragedja. Fi ftit kliem, hi ansjetà li tigi minn xi barxa mal-mewt! Qed nirreferi ghal ‘post traumatic stress disorder’, jew fil-qasir ‘PTSD’. Huwa stress estrem u perikoluz dovut minn esperjenza trawmatika, fejn persuna thossha ferm qrib ta’ periklu reali ghaliha. Din il-kundizzjoni l-ewwel ma giet maghrufa kien fost suldati Amerikani li ggieldu fil-gwerra tal-Vjetnam. Kien gie nnotat li meta dawn esperjenzaw il-mewt tant mill-qrib, huma kienu qed ibatu minn ansjetà qawwija, li spiss hadet il-forma ta’ holm ikrah, ‘flash-backs’, problemi biex jikkoncentraw, insigurtà qawwija, ecc. Illum nafu li l-kundizzjoni tal-PTSD tista’ tirrizulta minn diversi esperjenzi negattivi fil-hajja, trawmi bhal abbuz ta’ tfal (kemm sesswali, fiziku u emozzjonali), gwerra, stupru, serq bi vjolenza, kull aggressjoni vjolenti li tista’ twassal ghall-mewt, ecc. Jghidu
li ‘the worst fear is fear itself’.
L-aghar biza‘,
hu l-biza’
nnifsu! X’tista’ taghmel kontra l-ansjetà?
L-ewwel targa hi dik li tammetti li int anzjuz u taghti isem lil din il-biza‘.
X’inhu li qed ihawdek u jbezzghek? Qed tibza’ mid-dlam? Jew milli tmur
tkellem tabib fuq sahhtek? Hafna bizghat huma bla sustanza. Li ssemmi l-‘kawza’
tal-biza’
tieghek, tkun qed triegi int il-kontroll ta’ dik il-biza‘.
Fuq kollox, tinghalaqx ghalik wahdek. Ghalkemm l-ansjetà hi kiefra, tista’ pero’ tintrebah. Importanti nifhmu lkoll li kull persuna umana tista’ tinhakem minnha. Tajjeb niftakru li bhala bnedmin, ilkoll ghandna l-limiti taghna. Evita kemm tista’ hwejjeg, laqghat, nies, u esperjenzi li jistghu jikkawzawlek ansjetà zejda. Jekk per ezempju, li tara hafna programmi televizivi fuq gwerer, mard, u tragedji, jista’ jinfluwenzak sew, ahjar tara affarijiet ohra. Ifhem u rrispetta l-bzonnijiet tieghek, u bbilancja hajtek bejn xoghol u mistrieh. Fl-ahharnett, tinsiex li haddiehor jista’ jkun kapaci u lest li jghinek, izda mhux bilfors jaf bl-ansjetà tieghek. Tibzax titkellem u tfittex l-ghajnuna. Il-bezziegh mhux dak li jfittex l-ghajnuna u jaghraf il-limiti tieghu jew taghha, imma dak li jippretendi li kollox sew meta hu bil-ghatx ghall-ghajnuna. |