
|
+L-Iben t'Alla sar Bniedem - Settembru 2005 | Numru 469 L-EDITORJAL
"Mur fil-gnien u ikteb dak li thoss fuq is-sigra l-kbira li ghandna f'tarf il-gnien." Wara tliet xhur baghat lit-tieni bl-istess qadja. U l-istess ghamel f'Gunju u Settembru lit-tielet u lir-raba' wild. Imbaghad gabarhom u wriehom x'kitbu:
'Sigra
qisha mejta,' kiteb il-kbir. "Uliedi," qalilhom is-sultan. "Qed taraw. Ilkoll kellkom ragun ghad li l-kliem miktub hu tant divers u fuq l-istess suggett. Tghallmu ittolleraw lil xulxin u qabel titlewmu fuq dak li dwaru ma taqblux araw ftit minn liema angolu u b'liema lenti hares lejn is-suggett huk." Il-parir tar-re jghodd ghalina wkoll. ESPERJENZI LI JISTGHU JSERVU TA' LEHHA DAWL GHAL MATUL IT-TRIQ
Kien zmien il-persekuzzjoni u fic-Cina ma ridux barranin fosthom u waslet l-ordni li t-tabib u martu riedu jitilqu. Kellhom permess biss li jiehdu maghhom 200 kilogramm ta' proprjetà bejniethom. U bdew jaghzlu fost il-mobbli l-iktar affarijiet gheziez li kellhom xi vazun... kikkri... tapit... bizzilla... oggetti li kienu xtraw f'ghaxar snin ta' hidma. Kienu oggetti sbieh, gheziez ghalihom u meta waslu ghac-cifra msemmija ghalqu kollox f'kaxxa u ddispjacihom li ser ihallu ghexieren ta' oggetti ohra warajhom. Waslu s-suldati u meta wiznu l-kaxxa u sabu cifra li toqrob ferm il-200 kilo qalulhom: "Mela ser thalluhom warajkom lil uliedkom?" It-tabib u martu tbikkmu. Ghalihom uliedhom ma kinux oggetti izda s-suldati baqghu jinsistu u dawn tawhom bla hsieb xejn il-kaxxa b'kollox u haddnu maghhom lil uliedhom ghax dawn kienu eghzez ferm iktar mill-vazuni, twapet u bizzilla u ghebet minn qalbhom kull diqa li hallew warajhom xi haga ghaziza. * * * * * * It-tifel tela' fuq sellum iwahhal tabella kollha bozoz ghexieren minnhom... kollha kuluri izda riglu zelaq u t-tabella waqghet u mal-waqgha saru frak il-bozoz kollha. It-tifel beza' ghal li ser jghid missieru. Il-hsara kienet kbira u b'ghajnejh mimlija dmugh stqarr dnubu. "Pa... it-tabella waqghetli." Missieru hares lejh u qallu: "L-aqwa li ma weggajtx. Il-bozoz imorru u jigu. Int le. U ghalija int ghaziz ferm iktar minnhom." Fil-hajja nixxennqu ghal bosta hwejjeg. Ninkwetaw fuq dik u l-ohra u qajla nieqfu u nirriflettu kemm iktar tiswa s-sahha... il-hajja. DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu dwar... DAQSXEJN RAMEL
Uzu antik iehor tar-ramel (u ghadu sal-lum) huwa fil-manifattura tal-hgieg. L-ewwel recipjenti tal-hgieg kienu maghmula madwar 1500 qK fil-Lvant Nofsani. Dari (u anke llum, imma b'metodi ferm iktar sofistikati), mar-ramel kienu jhalltu trab tal-franka u soda, u jsahhnuhom hafna sakemm jinhallu, u meta mahlulin jaghtuhom il-forom differenti – tazzi, vazuni, fliexken, hgieg catt ecc. Il-kuluri jigu minn minerali differenti, kwazi kontaminazzjonijiet. L-ewwel twieqi tal-hgieg kienu minn madwar is-sena 150wK, waqt li sal-1300 il-Venezjani kienu qed jiddominaw il-manifattura tal-hgieg. Il-hgieg ikkulurit ntuza ghal dekorazzjoni, bhal dawk it-twieqi impressjonanti tal-katidrali medjevali, waqt li dak trasparenti hafna ntuza ghal teleskopji enormi li tawna vista ta' l-univers xejn inqas impressjonanti. (Incidentalment l-astronomi sabu lill-pjaneta Mars fiha hafna dezerti, pjanuri u widien mimlija ramel hamrani, u fil-fatt din il-pjaneta tidher distintament hamranija. Forsi ghalhekk ir-Rumani semmewha ghal alla taghhom tal-gwerra). Uzu iktar umli tar-ramel, imma forsi iktar prattikabbli huwa fil-manifattura tal-karti tal-brix jew sandpaper, li l-isem preciz taghha huwa silicon carbide paper (jew forsi iktar bombastiku, carborundum paper). Ir-ramel huwa wzat ukoll fil-manifattura tas-siment, konkos kif ukoll fit-tikhil tal-bini. Dan il-materjal kurjuz laqat ukoll l-attenzjoni tal-poeti. Il-poeta Gorg Borg (1946- ) fil-poezija 'Ramla' jisthajlu li huwa particella tar-ramel mill-ibghad zmenijiet li tant rat bahar u xemx, imma issa spiccat imkasbra mill-bnedmin li jimteddu fuqha. Charles Coleiro (1933- ) fil-poezija 'Gholjiet tar-Ramel' josserva bajja nies u zaghzugh johlom futur incert li donnu jizloq bhal ponn ramel, u l-poetessa Ghawdxija Mary Mejlak (1905–1975) fil-poezija 'Ramel' tghid lir-ramel kif jghaddsilha z-zarbun, kemm bih bniet kastelli, tistaqsih min hu u tispicca tghidlu li jidhak bis-sriedak u tigieg ghax jahsbuh nuhhala! Kemm hawn ramel fl-univers? Din il-mistoqsija daqsxejn stramba laqtet lill-wiehed mill-aqwa mhuh li qatt dehru fuq din il-pjaneta. Arkimedu (287-212qK) ipprova jkejjel kemm jista' jezisti ramel fl-univers, naturalment fuq l-ahjar kejl li kellu dak iz-zmien. Il-punt li proprjament ipprova johrog Arkimedu kien juri li xejn ma hawn li ma jistax jigi mkejjel. Kemm dan ma kienx xi ezercizzju stupidu jidher mix-xoghlijiet l-ohra li ghamel Arkimedu, fosthom sab il-principju ta' l-idrostatistika, il-principju tal-pal, kif ukoll ghamel xoghlijiet kbar fuq il-geometrija ta' cirku (kejjel ukoll il-pi bi precizjoni kbira), ta' sfera, ta' parabola, ta' cilindru u ta' konu. U fil-fatt gie maqtul waqt li kien qed jistudja figuri geometrici fuq ir-ramel. Meta l-belt ta' Sirakuza, fejn kien joqghod, finalment giet mirbuha mir-Rumani, Arkimedu, (li jinghad ivvinta hafna makni tal-gwerra li werwru lir-Rumani), kien kollu medhi jistudja. Suldat Ruman mar fuqu u staqsih x'qed jaghmel. Aljenat ghal kollox Arkimedu qallu biex ma jirfislux fuq ir-ramel. Is-suldat, ta' suldat li hu, minnufih qatlu. Il-qabar tieghu, u li sa zmien meta Cicerun kien Sqallija (75qK) kien ghadu jezisti, kien fih fuqu cilindru bi sfera go fih, figuri li r-relazzjoni matematika tal-volumi taghhom tant kienet ghal qalb Arkimedu. Intant, b'dawn il-hsibijiet kollha fuq dan id-daqsxejn ta' ramel, lanqas indunajt li ma farfartx saqajja u mlejt kullimkien ramel! FORSI JINTERESSAWK Kieku kien jaf! Wothy Taylor kien bidwi Amerikan. Sinjur ghax kellu hafna artijiet u r-raba' kien jirrendi. Darba dahhal jahdem mieghu guvnott. Kien ferriehi u hawtiel u malajr dara x-xoghol. Kien sar qisu wiehed mill-familja imma l-missier intebah li bintu kienet qed tithabbeb mieghu u deherlu li bintu jixirqilha ahjar. Tant li meta l-guvnott talbu li jizzewwigha, il-missier kien pront bewgu 'l barra. Ghaddew 35 sena u darba kienu qed iwaqqghu xi mhazen u minn toqba f'hajt hareg djarju qadim. Intebhu li kien tal-guvnott... James A Garfield... li dakinhar kien il-president ta' l-Amerika. Min jghallem u min jitghallem Professur kien qed izur università Amerikana. Moderna. Bi grounds spazjuzi u swali armati b'elf kompjuter. U staqsa b'hegga lil min kien qed idawru:
"Xi kemm ghandkom studenti hawn?" Ix-xitan rari jimliena b'mibeghda lejn Alla imma jipprova jaljenana minnu. Dietrich Bonhoeffer Shah jew parti? Leggenda Franciza tirrakkonta li ragel miet u deher quddiem San Pietru. Kien ragel tajjeb u San Pietru qallu li kien ghall-genna. Beda miexi warajh f'kuritur twil imdawwal sabih. Fil-genb ra hafna xkafef... uhud mimlija ilsna u ohrajn widnejn. Staqsa x'ifissru. "Il-widnejn huma ta' dawk li tghidx kemm semghu dwar it-triq it-tajba imma qajla ghamlu dak li semghu. Allura widnejhom dahlet hawn ghax xogholhom ghamluh imma l-bqija ta' gisimhom baqa' barra. "L-ilsna huma ta' dawk li tghidx kemm tkellmu dwar it-triq it-tajba imma qajla ghexu dak li ppridkaw. Allura lsienhom dahal hawn imma l-bqija ta' gisimhom haduh x'imkien iehor." Jalla ahna nidhlu shah il-genna. Risposta ta' gharef
Il-gwardjan resaq lejn Socrate u qallu: Min f'dinja u min f'ohra L-ghalliem kien qed jaghmel lezzjoni fuq id-deheb u kif dan jista' jitgharraq jekk jithalla hafna ghax-xemx. Izda Pawlu ma tantx kien jinteressah is-suggett u kien qed ipitter fuq il-pitazz karozza Ferrari.
L-ghalliem staqsieh biex jigbidlu l-attenzjoni: AHBARIJIET TA' INTERESS IZZEWGU
Diane Maria Cauchi ta' Triq ix-Xaghri lil Frank Fenech
(Rabat); Filwaqt li nawgurawlhom futur sabih flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien. IL-LAQGHA TA' AWISSU Kienet il-laqgha li ninkorporaw fil-Gimgha Museumina. Fakkarna l-40 sena ta' laqghat. Kien f'Awissu ta' l-1965 li saret l-ewwel laqgha – fuq idea ta' Dun Mikiel Attard. Ghaddew 40 sena u baqghet issir regolari anke meta dan l-ahhar snin qed naraw li l-attendenza naqset sew. L-ehfef haga hi li tghid ma tkompliex taghmilha. Izda ahna nemmnu li bi ftit rieda tajba tal-guvintur tal-lum il-laqgha ghandha hajja quddiemha. Bhall-ahhar snin irbatna din il-lezzjoni ma' l-isports peress li wara l-laqgha sar xi loghob bejn iz-zghazagh tal-lum u dawk li ma ghadhomx daqstant zghar. Il-lezzjoni nbniet fuq spunti mil-loghob. Partita football tintrebah mhux ghax ikollok grupp ta' l-ahjar players izda l-ahjar grupp ta' players. Biex tirbah ma tridx tispikka l-individwalità izda kemm kapaci nghinu lil xulxin f'dak li rridu nakkwistaw. Insibu kazijiet fejn timijiet kbar xtraw l-aqwa players izda spiccaw l-istagun bla unuri. Waqt loghba trid tibqa' tistinka sa l-ahhar. Qabel issaffar l-ahhar tisfira ma tistax taqta' qalbek. Gieli l-ahhar mumenti ta' partita kienu l-aktar decizivi. Players baqghu jissemmew u jigbdu ammirrazzjoni mhux semplicement ghat-talenti taghhom izda aktar minn hekk ghall-irgulija li wrew fil-loghob. Min is-success tela' ghal rasu rari temm il-karriera tieghu bl-unuri. U tiehu gost ukoll tinnota li nsibu kazijiet fejn Alla xorta nghata l-ewwel post minkejja li l-ground mhux knisja – htija ta' player inbniet kappella ma' training ground u whud ma jaghtux kaz ta' min hemm ihares, xorta jroddu salib bhala ringrazzjament lil Alla qabel jibdew partita. Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. Joseph Camilleri ta' Triq l-Isqof Buttigieg tela' fir-rigal fi tmiem il-laqgha. STEDINA GHAL-LAQGHA TA' SETTEMBRU Ser issir nhar is-Sibt 3 ta' Settembru fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca. Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll ghal din il-laqgha li issa diehla fil-41 sena taghha. Ghal dawk li jixtiequ jiehdu sehem wara jsir xi loghob fuq il-pitch ta' l-artificial turf. Jekk m'intix ma' xi tim ejja xorta wahda. Ma' xi tim tilghab zgur. Mela nistennewkom. EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA [Gesù qal:] "U min ifixkel wiehed minn dawn iz-zghar li jemmnu, ikun ahjar ghalih li tiddendel ma' ghonqu gebla ta' hmar u jintefa' l-bahar." {Mk 9:42}
O Henry huwa maghruf
Meta mietet, Pietru qal lil Gesù:
Kemm qed noqghod attent
It-tfal jirregolaw l-arlogg taghhom Rev Dr Michael Galea jaghtina t-tielet artiklu minn sensiela ta' psikologija applikata: 3. L-Arti tal-Gratitudni.
Jum minnhom, il-ministri tieghu kollha ftehmu li jaghtuh lezzjoni. Meta mar fl-ufficcju tieghu u sejjah lis-segretarju tieghu, qalulu li dak kien marid. 'Ma gara xejn', qalilhom ir-re, 'naf nirranga wahdi'. U beda jittajpja ittra li kellu jibghat. Pero' malajr spicca bla karti vojta u tghidx kemm sibel. Ghajjat malajr lill-ministru ta' l-affarijiet barranin tieghu, izda gharrfuh li dan kien ma' martu ghax kienet qed tistenna tarbija. Is-sultan iktar infixel u rrabja. Mar biex jiekol, imma sab li l-kok ma dahalx id-dar il-lejl ta' qabel, ghax mar jixrob ma' shabu, u qalulu li kien ghadu xurban. Is-sultan ma nkwetax, u mar biex isajjar hu. Minghalih li sajjar izda malajr sab li l-laham kien iswed minn barra u mdemmi minn gewwa. Is-soppa kienet ghadha ilma, u l-ghagin gie mgholli zzejjed u ma kienx tajjeb. L-ghada, is-sultan sejjah lill-ministri u s-servi kollha tieghu, u qalilhom: 'Illum xtaqt irroddilkom hajr tas-servizz kollu li taghtuni. Ma kontx naf kemm xogholkom hu tqil u kemm tafu taghmluh tant tajjeb'. Mhux biss lil Alla ghandna nirringrazzjaw. Matul kull gurnata, nghaddu minn bosta affarijiet li taghhom tajjeb nuru l-gratitudni taghna lil hafna nies: genituri, pulizija, teachers fl-iskola, katekisti tad-duttrina, haddiema li jigbrulna l-iskart, xufiera, nurses u tobba, bdiewa, qassisin, nies sportivi, haddiema li waqt hidmiethom, u permezz taghha, ahna nistghu nirrilassaw u nistriehu mal-familja u ma' hbiebna.
Veru li
hafna minn dawn in-nies huma mhallsa. X'uhud imhallsa tajjeb ukoll.
Pero' ahna xorta ghandna ghaliex nirringrazzjawhom ghal hidmiethom u
d-dedikazzjoni taghhom. Il-ftit taghhom, kollu flimkien, jghinna
fil-ferh u fl-armonija ta' hajjitna. Wara kollox, ma thallas xejn biex
tghid minn qalbek 'Grazzi' lil xi hadd. Pero' kemm tiswa! Gratitudni li
hi wkoll dejn li kull wiehed u wahda minna ghandna ma' tant nies,
kontinwament, kull jum ta' hajjitna.
a)
Aghmel lista
tan-nies li b'xi mod, ghenuk matul dan il-jum...
minn x'hin stenbaht. ________________________________________ > Lura ghall-pagna ewlenija < |