|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Aktarx
li l-isem Elizabeth Kenny ma jfisser xejn.
Izda mhux hekk ghal eluf ta' pazjenti Awstraljani li tul is-snin
gew bzonn u wzaw is-servizzi provduti minn klinika li taghha Elizabeth
kienet in-nurse principali.
Il-pazjenti
kollha kellhom l-istess sentiment.
“Bniedma
ta' qalb kbira. Dejjem bi tbissima.”
“Lesta dejjem li tghin u ma tharisx lejn l-ucuh.”
“Issir habiba tieghek malli tidhol fil-klinika.
Thossok li ilha tafek is-snin.”
U
kollha wkoll kienu jaqblu li l-iktar haga li kienu jammiraw fiha kienet
il-kalma u d-dahka sinciera li kienet iggorr kull fejn tmur.
U
darba wiehed gurnalist staqsieha:
“Ms
Kelly, ghid il-verità, nahseb li int f'ghomrok kollu qatt ma tlift sabrek.
Jekk ikolli nghid int twelidt kalma u ma tghallimt qatt tisbel.”
Elizabeth
tbissmet u qaltlu:
“Ghandek
zball. Meta kont zghira kont sikwit
nitlef sabri fuq l-inqas tentufa. Bizzejjed
wahda minn shabi tghidli kelma zejda jew tiddawwar anke bi ftit minuti
ghal xi appuntament. Imma
darba ommi tatni parir li baqa' f'mohhi ghal dejjem. Qaltli:
'Liz,
ftakar li min jirnexxielu jinnervjak ikun rebhek!'”
Hadd
ma jiehu gost jintrebah. Mela jiswa
li ma nitilfu qatt is-sabar u l-kalma.
MID-DJARJU TA' DR A J
CRONIN
Cempluli
biex immur malajr f'Nottinghill Lane ghax kien hemm guvnott fis-sakra u
bezghu li ser jifga. Tlaqt bilgri u
sibtu f'kamra fqira. Xejn ghamara
ghajr sodda u komodina. Imma fl-art
kien hemm hafna kotba... u kotba ta' skular.
Zgur li ma kontx nistenna li dan iz-zaghzugh qatt fetahhom.
Ikkurajtu
kif stajt u smajt lil sidt il-kamra tghid li dak kien professur ta'
università u li kien taha ghax-xorb minhabba xi problemi li kellu.
Hadt interess fih u ridt inkun naf iktar dwaru.
Fetah qalbu mieghi. Kien
jismu David Murray u veru kien professur f'Oxford.
U kienu jghidu li kellu futur eccellenti quddiemu.
Imbaghad biex jahrab xi ftit mit-tensjoni beda jixrob xi grokk
kultant sakemm sar dipendenti fuq ix-xorb.
Sar sakranazz. Tilef
il-post li kellu u spicca qisu bum... jittallab.
U dejjem fis-sakra fil-pub ta' Marley.
Xtaqt
nghinu biex jerga' ghall-hajja ta' dari. Ghal
bidu qalli li kollu ghalxejn imma billi nsistejt iddecieda li jaghmel
prova ohra. Gibtlu xi hwejjeg li
qajla kont ghadni nuza u b'xorti tajba sibtlu impjieg
li kien mahluq ghalih mal-familja Harrison.
Ghax iben din il-familja kien student f'università u ried ftit
ghajnuna f'hafna suggetti. David
dahal ghax-xoghol b'ruhu u b'gismu. Kienu
jhallsuh tajjeb. Kien sab postu
fil-hajja. Zgur li familji
ohra kienu ser ifittxu s-servizzi tieghu. Fraht
bi shih.
U fraht
izjed meta darba – xi ftit gimghat wara – iltqajt ma' David u qalli li
bint il-Harrisons – Ada – kienet innamrat mieghu.
Kien digà qed johlom li jerga' japplika biex jghallem. Ried jixtri
dar u kellu hafna pjanijiet. Hajja
ohra mifdija, hsibt f'qalbi.
Izda l-Harrisons
ma ridux lil binthom tiehu ex-sakranazz. Hajruha
tinsieh u tfittex lil haddiehor. Sirt naf l-istorja b'kumbinazzjoni.
Mort infittex lil David biex naghmillu xi ftit kuragg u nurih li
fil-hajja hemm hafna tfajliet li kienu lesti jiehdu post Ada.
Izda ma sibtux. Staqsejt ghalih u qaluli li aktarx insibu fil-pub
ta' Marney.
Iva
hemm kien. Fis-sakra ma jarax art. Kien
taha ghall-hajja ta' qabel.
Il-vizzju
iktar facli ma tidholx fih milli tohrog minnu.
Dr
CORONATO GRECH M.D. ikompli jiktbilna dwar
IL-WIDNEJN
Il-Widna
interna. Il-widna ta' gewwa tikkonsisti minn zewg partijiet: mill-koklea,
u parti ohra iffurmata minn tliet tubi f'forma ta' nofs cirku lkoll
perpendikulari ghal xulxin u li ghandhom x'jaqsmu mal-bilanc.
Fil-koklea,
f'dan id-daqsxejn ta' bebbuxu, il-vibrazzjonijiet mekkanici tal-hoss jigu
trasformati f'impulsi newrokemikali u ghalhekk huwa daqsxejn ikkumplikat,
fil-fatt jikkonsisti minn tliet tubi mimlija likwidu mibrumin spiralment
ma' xulxin. L-istapes hija
mwahhla ma' naha minnhom, waqt li biex tirranga l-pressa fil-likwidu, hemm
speci ta' tieqa zghira ovali li tissejjah precizament hekk, 'it-tieqa
ovali'. Fost il-hafna
ismijiet li niltaqghu maghhom hawnhekk hemm dak l-aktar famuz tal-widna,
l-'organu ta' Corti' li jikkonsisti f'ringiela ta' celloli li fihom bhal
xaghar (kull koklea fiha madwar 15,000) jghum fil-likwidu u li huma l-intercessuri
tal-hoss diehel minn barra.
Imbaghad
hemm it-tliet kanali semicirkulari, tant prominenti imma li, bi skantament,
ma humiex assocjati ma' ismijiet ta' anatomisti.
Dawn fihom likwidu li l-pressa fih tvarja mal-movimenti tar-ras,
varjazzjoni li tigi rregistrata minn nervituri li mbaghad jghaddu l-informazzjoni
minn nerv, imsejjah in-nerv vestibulari, ghall-mohh, li allura jkun jaf
preciz dwar il-pozizzjoni u l-movimenti tar-ras.
L-ewwel persuna li wera li dawn il-kanali huma importanti
ghall-bilanc (qabel kien mahsub li huma assocjati mas-smigh) kien
il-Franciz Marie Jean Pierre Flourens (1794-1867) u dan minn esperimenti
li ghamel fuq il-hamiem. Fluorens
kien ukoll l-ewwel li skopra r-rabta bejn dawn il-kanali u l-mejt.
Fluorens wera wkoll li n-nerv li jiehu mill-widna ghall-mohh fih
zewg partijiet distinti, wiehed ghas-smigh (in-nerv kokleari) u l-iehor
tal-bilanc (in-nerv vestibulari). Il-parti tal-mohh li tinterpreta dawn is-sensi, ic-centru
awditorju, tinsab fuq in-naha u qrib l-istess widna, ghalkemm xi nervituri
mill-widna ta' naha jaqsmu ghac-centru awditorju tan-naha l-ohra.
Xi mard
tal-widnejn: B'daqshekk struttura u
funzjoni kkumplikati u delikati, mhux ghageb li hemm ukoll xi mard
tal-widnejn. Fost il-mard
komuni nsibu infezzjonijiet li ma humiex rari specjalment fit-tfal,
ghalkemm b'xorti tajba kura effettiva u bikrija (spiss bl-antibijotici),
kumplikazzjonijiet bhal nuqqas ta' smigh, ma humiex komuni hafna.
Imbaghad
hemm il-vertigini jew mejt, li jista' jkun kroniku u biss ftit skomdu, u
kwazi parti mix-xjuhija, jew inkella tant akut u qawwi li jitfa' l-pazjent
ma' l-art, b'hafna dardir u remettar.
Fil-fatt l-istess jigri f'min jaghmillu d-deni l-bahar.
Hemm
imbaghad min kontinwament jisma' hsejjes u zanzin fil-widnejn li jvarja
minn dak bilkemm jinstema' ghal dak li litteralment igennen u li ghalih
sfortunatament ma tantx hemm kura effettiva.
Mard
iehor ovvju tal-widna huwa nuqqas ta' smigh li jista' jigi minn, fost l-ohrajn,
infezzjoni, tendenza ereditarja, ghakar fil-kanal ta' barra jew trawma.
U f'forma ta' trawma huma hsejjes qawwija, li jvarjaw minn
sparatura kbira fil-qrib li ttarrax temporanjament jew, jekk qawwija
bizzejjed anke ghal dejjem, ghal hsejjes mill-industrija jew anke muzika b'hafna
artisti u zghazagh jispiccaw ibatu minn nuqqas ta' smigh.
Dr
Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta' Ottubru
FORSI JINTERESSAWK
Min
nej u min mahruq
Zewg
irgiel xjuh kienu qed igergru bejniethom:
"L-inkwiet tieghi hu li jien ma
niehu parir minghand hadd.”
“U tieghi hu li niehu parir minghand kulhadd!”
Min
jixtri u min jipprova jbiegh
Is-salespersons
huma maghrufa kemm kapaci jiffittaw lil dak li jkun biex jixtri. U hafna
drabi jirnexxielhom. Imma fi triq
kien hemm familja li qatt ma ngidmet ghad li kienet dejjem tiftah il-bieb
berah u min ried kien jidhol juri x'kellu ghall-bejgh.
Xi hadd gietu l-kurzità kif jirnexxielhom u din il-familja qaltlu:
“Facli.
Malli jidhol ikellimni fuq xi bejgh, jien nghidlu li interessata
hafna li nixtri basta hu wkoll jixtri minghandi.
U dlonk nurih vetrina mimlija imbarazz li nzommu apposta mghottija
taht it-tarag. Il-prezzijiet huma m'oghla
s-smewwiet. Hu jitwerwer... u
jbewweg 'il barra bla ma joqghod jiskomoda lili u lilu nnifsu.
Tirnexxi dejjem. Jekk
ghandkom xi tarag li tahtu tistghu tahbu xi vetrina bhalha forsi ma tkunx
idea hazina li tippruvaw intom ukoll din il-manuvra!”
Bibbja
fl-idejn – tiswa tnejn fuq l-ixkaffa.
Jekk
trid... issib xi tghid
Gizwita
u kappuccin iltaqghu flimkien u biex jigbdu saqajn xulxin bdew jiccajtaw
fuq l-ordnijiet taghhom:
"Li
kont minnek innehhi d-daqna u l-kurdun ghax ixebbhuk ma' Guda... bhalek
kellu daqna u bil-kurdun seta' tghallaq.”
“Li
kont minnek ma nibqax Gizwita... ghax Guda bhalek kien fil-'kumpanija ta'
Gesù'.”
L-ghotja
L-annimali
kienu qed jitkellmu bejniethom min kien l-iktar ta' servizz ghall-bniedem.
“Jien
ingorrlu t-taghbijiet,” ftahar il-hmar.
“U jien naghtih il-halib,” qalet il-baqra.
“Mal-halib naghtih ukoll is-suf,” qabzet qalet in-naghga.
Il-kelb
baqa' sieket ghax lil sidu ma kien qed jaghtih xejn hlief hafna mhabba.
Izda b'ghageb
ta' l-annimali u tal-kelb, meta s-sid gie mill-ghalqa l-iktar li ferah
kien bil-kelb.
U hekk
jaghmel maghna l-Mulej. Mhux kemm
nahdmu jghodd imma kemm naghmlu dmirijietna b'imhabba.
Dak li jghodd.
Hawn
min jaqra s-sinjali taz-zmien
Meta
Carol Woytila kien elett Papa fl-1978, Alexander Haig, membru importanti
fl-amministrazzjoni Amerikana ta' dak iz-zmien qal:
“Qed
nisma' l-qanpiena thabbar mewt il-Komunizmu.”
Din
qalha meta l-Komunizmu kien ghadu fl-aqwa tieghu.
AHBARIJIET TA' INTERESS
IZZEWGU
Vanessa
Buttigieg ta' Vjal l-Imnarja lil Michael Sciberras (Ghajnsielem);
Marita Sultana ta' Triq Guzè Ellul Mercer lil Etienne Micallef
(Victoria);
Claire Debono ta' Triq Xandriku lil Stefan Debono (Mellieha).
Nawgurawlhom
futur mimli hena flimkien filwaqt li nfakkruhom fit-talb.
Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien.
IL-LAQGHA
TA' AWISSU
Stedinna
lis-Sur George Camilleri biex jaghmlilna il-laqgha ta' l-anniversarju li
ghaliha kienu mistiedna wkoll l-old boys.
Kellemna fuq l-isports u wriena kemm hu importanti ghas-sahha
fizika ...isahhah il-pulmuni u l-muskolatura.
Minghajr ma nkunu konxji nkunu qed nuzaw bosta fakultajiet mentali
ta' kordinament ecc. Illum
sirna hafna iktar konxji fuq sahhitna u l-età ma ghadhiex problema
fil-fatt issib sport ghal kull età u ssib pensjonanti li jibdew
jipprattikaw xi dixxiplina sportiva.
Jghinna nirbhu l-istress ghax fih innifsu l-isport nipprattikawh
ghall-gost u ma ghandniex nilaghbu biex nirbhu biss.
Trid tidra taccetta telfa daqskemm tiehu gost b'rebha. Ghandna
wkoll noqoghdu attenti li ma nhallux cirkustanzi ta' loghba – meta ma
jqassmulekx, xi hadd jghidlek xi kelma, xi weggha fizika – jtellfulek
il-gost. Anzi ...hallihom
isahhuk.
Wara l-laqgha
hadna gost naraw l-old boys taghna jissieltu bejniethom ...dawk ta' fuq
l-40 ma' dawk ta' fuq it-tletin b'dawn ta' l-ahhar johorgu rebbieha 3-0.
Imbaghad iz-zghazagh taghna laghbu kontra it-tim taz-zghazagh tal-Youngsters
u rebhu 2-0. It-telliefa izda gabru unurhom meta fil-partita ta' wara
hargu rebbieha bl-iskor ta' 4-2 kontra l-fifth formers tal-Qasam taghna.
Minn qalbna nirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew.
Wara l-laqgha
tellajna biljett ghal ikla ghal tnejn f'Ta' Frenc Restaurant –
bix-xewqat it-tajba tax-chef Mario Schembri – li tela' fih William Said
ta' Triq ix-Xini. Hajr lil
Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna
wara l-laqgha.
IL-LAQGHA
TA' SETTEMBRU
Ser
issir nhar is-Sibt 4 ta' Settembru fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa
fil-parrocca. Ejja int u hajjar lil
shabek jigu wkoll. Dan il-fuljett
hu l-istedina taghna ghalik. Aghmel
mezz u ftakar... imqar b'reminder fuq il-mobile ghas-Sibt 4 ta' Settembru
fit-8.15p.m.
DUN
MIKIEL ATTARD
Dun
Mikiel halliena. L-ahbar
xterdet bhal-lehha ta' berqa mar-rahal kollu.
U f'kemm ili nghidlek ma' Ghawdex kollu.
Ghax hidmet Dun Mikiel kienet twassal minn tarf sa tarf tal-gzira.
U iktar ukoll permezz tal-Moviment Missjunarju tieghu.
Ghad li
konna nafu li Dun Mikiel kien marid l-ahbar ta' mewtu hasditna. U
sewditilna qalbna ghax konna nafu li tlifna habib u benefattur kbir
tal-Qasam taghna.
Kien hu
li holom bl-ewwel laqgha taz-zghazagh. U ghax kienet f'qalbu kien jintasab,
kull l-ewwel Sibt, f'tarf is-sqaq jistieden liz-zghazagh Nadurin jidhlu
jisimghu messagg ta' gid. U
mbaghad fl-ahhar ftit minuti tal-laqgha kien jidhol u jghid kelma ta' l-ahhar.
Dun
Mikiel halliena imma nemmnu bi shih li ghadu maghna fl-ispirtu tieghu. Jalla z-zghazagh tal-lum jaccettaw l-istedina li taslilhom
kull xahar biex il-holma li holom Dun Mikiel 39 sena ilu tibqa' holma
attwali. Il-prezenza tieghek
li rcivejt il-fuljett ghal din il-laqgha tkun imbuttatura 'l quddiem biex
din il-holma ta' dan il-qassis twajjeb ma tmutx.
EKU EVANGELIKU FI
ZMIENNA
[Armla
poggiet zewg habbiet fit-tezor:]
“Nghidilkom
is-sewwa din l-armla fqira tefghet aktar minn dawk kollha li tefghu fit-tezor;
ghax dawk kollha tefghu miz-zejjed taghhom, u din fil-ghaks taghha tefghet
kulma kellha, l-ghajxien taghha kollu.”
{Mk 12:43-44}
Hu u
miexi fuq xtajta wahdu,
ragel qaddis indjan sab perla.
Mara fqira ratu jigborha u talbithielu.
Tahielha bil-qalb kollha.
Il-mara telqet ferhana ser ittir.
Kienet saret sinjura.
Izda gimgha wara l-mara regghet fettxet lir-ragel qaddis.
Tatu lura l-perla u qaltlu:
“Aghtini dak li hu aktar prezzjuz mill-perla.
Aghtini dak li gaghlek
taghtini bil-ferh il-perla meta tlabthielek.”
X'gieghel
lil dak ir-ragel jaghti tezor bil-ferha?
Dak li
taghti fis-sahha hu deheb
dak li taghti fil-mard hu fidda
dak li taghti wara mewtek hu hadid.
Mulej,
ma nafx meta ser tigi l-mewt
irrid inkun dejjem ippreparat biex nidhak meta ta' madwari jkunu jibku.
IL-MUSMAR TAN-NERVI
Daqsxejn
ta' tfajjel kellu temperament li jbezzghek. Ghad li ta' ftit snin kien
jitlaghlu mix-xejn. Jghajjat,
ihabbat u jkisser kienu l-ordni tal-gurnata. Tempesta kapaci jqajjem jekk
ma jsirx kif irid hu. Darba
missieru tah landa msiemer u martell u qallu biex kull darba li jissahhan
isammar musmar mal-bieb tal-maqjel.
L-ewwel
gurnata dahhal 37 musmar. It-tieni
jum dahhal inqas, u t-tielet jerga' inqas.
Beda jintebah li hu aktar facli li jigdem ilsienu u jiftah il-ponn
milli jsammar f'dak l-imbierek bieb. Zomm illum u ssikka l-ghada sebah
il-jum li fih ma sammarx musmar wiehed.
Kollu
kburi mar hdejn missieru u qallu bl-akkwist.
Dan tah il-parir li kull gurnata li tghaddi li fiha jirnexxielu
jikkontrolla n-nervi kellu jaqla' musmar. U
wiehed illum u iehor il-pitghada, ftit ftit bdew jinqalghu.
Ghaddew bosta gimghat u xhur u fl-ahhar irnexxielu jaqla' l-ahhar
musmar li kien wahhal. U issa kburi,
iktar minn qatt qabel, mar jiftahar ma' missieru.
Dan
awguralu izda komplielu:
“Hares
sewwa lejn il-bieb. Ghadu 'l boghod minn kif kien fl-ewwel gurnata. Qishom sparaw ghalih... mimli toqob li ma tista' qatt
timliehom bl-injam li kien fihom. Il-musmar
taqalghu izda t-toqba hemm tibqa'. Ftakar li azzjonijiet jew kliem iebes
li jinghad huma bhat-toqob. Dak li
tghid ma tistax tirtirah. Tista'
lill-bniedem taghtih daqqa ta' stallett, u meta tohrog l-arma minn go fih
titolbu elf skuza, izda l-gerha hemm tibqa'. Certu kliem li nghidu hu
aghar minn daqqa ta' bastun.”
Nidraw
nikkontrollaw l-azzjonijiet u l-kliem taghna.
Facli tagixxi b'mod jew tghid xi kliem li wara jiddispjacik.
Il-kelma jiddispjacini tista' tghatti izda qatt thassar dak li
nkunu ghamilna fis-sahna tal-mument.
Noqoghdu attenti. Meta tghid kelma ma tista' qatt tirtiraha.
1
Wiehed
gab is-salvazzjoni
Kanzunetta ddawwal mument
Warda tislet holma
B'sigra tibda masgar.
B'qatra
tibda ocean
B'ittra tibda enciklopedija
Blanzun l-ewwel f'bukkett
U ghasfur jhabbar ir-rebbiegha.
Tbissima
tnebbet hbiberija
Dahka tikkonfermaha
Tixjira ssahhahha
Capcipa tissodisfa sforz.
Kewkba
tmexxi vapur
Kelma wahda sserrah mohh
Vot wiehed jibdel pajjiz
Ragg wiehed idawwal dar.
Xemgha
wahda tnehhi dalma
Dahka tnessi d-dwejjaq
Pass wiehed jibda maratona
Kelma wahda tintona talba.
Tama
tqawwi l-ispirtu
Taptipa turi li tapprezza
Vuci bizzejjed tippriedka l-gherf
Qalb wahda tikxef il-verità.
Hajja
wahda taghmel differenza
U dan jiddependi MINNEK!!
>
Mur lura ghall-pagna
principali
|