----
IL-HBIEB ISEJHU
Settembru 2003 | Harga Nru. 445
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Jacques Lafitte kien guvnott mimli entuzjazmu imma wasal Parigi bla sold fil-but.  Iddecieda li jfittex impieg f’bank u mar fejn il-manager – is-Sur Perregaux.  Dan wara li ra l-kwalifiki qallu:

“Tidher li studjajt u mhejji tajjeb.  Imma bhalissa ma ghandix bzonn ta’ haddiema.  Hallili l-indirizz biex meta nkun fil-bzonn ninfurmak.”

Jacques hallielu l-indirizz u telaq ’il barra.  Kif kien miexi fil-kuritur tbaxxa u refa’ xi haga mill-art.  Poggieha fil-but u baqa’ sejjer.  Il-manager rah jitbaxxa u xtaq ikun jaf x’gabar. Ghajjatlu lura.

“Gbart dan il-labra,” qallu waqt li newwelulu.

“U ghaliex gbartu?”

“Ma kenitx f’postha... setghet twegga’ lil xi hadd u kif jien bla sold... forsi min jaf... nista’ nigi bzonnha.”

Il-manager dar lejh:

“Ibda ahdem mieghi issa stess.  Zaghzugh b’tant riflessjoni dejjem ghandu post fil-bank tieghi.”

Hekk bdiet il-hbiberija bejn Perregaux u Lafitte li lahqet il-quccata taghhom meta t-tnejn saru diretturi ta’ l-ikbar bank Franciz ta’ zmienhom: ‘Perregaux Lafitte et Cie’.

L-opportunita thabbtilna imma kultant naghzlu li ma nifthulhiex.  U dan ma jghoddx biss ghall-gwadann materjali izda wkoll ghall-opportunitajiet spiritwali li minnhom tkun tiddependi hajjitna ’l hemm mill-qabar!


PIT STOPS 2

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Paderewski - illum meqjus wiehed mill-ikbar pjanisti li qatt kellha d-dinja - meta mar ghall-ewwel lezzjoni tal-pjanu qalulu:

“Subghajk qosra wisq.  Ma tistax titghallem iddoqq.”

Meta Caruso – forsi l-ikbar tenur li qatt rat id-dinja –  mar biex jitghallem ikanta, l-ghalliem qallu:

“Mur fil-hanut ta’ missierek tghallem sewwi xi karozza.  Lehnek qisu r-rih ivenven fil-persjani.”

Benjamin Disraeli – meqjus bhala wiehed mill-ikbar Parlamentari fl-istorja Ingliza – qam biex jitkellem l-ewwel darba fil-Parlament tant qala’ tisfir li kellu joqghod bilqieghda bla ma temm dak li kellu mhejji.

Kieku dawn qatghu qalbhom ….


“Meta hu l-itwal il-bniedem?” staqsa l-Professur.  Kien qed jistenna ‘Bejn id-19 u l-25 sena’ ghax hekk sabet ix-xjenza.  Izda f’qalbu wiehed mill-istudenti qal:

“Il-bniedem hu l-itwal... meta jkun gharkobbtejh quddiem il-Mulej ghax ikun ‘jilhaq mas-sema’.”


Robert Moffat, missjunarju Skocciz kellu jaghmel tahdita dwar il-missjoni izda tnejn minn nies biss gew ghad-diskors... mara xiha u bin bintha... tfajjel ta’ 10 snin.  Il-missjunarju haseb forsi li ser jahli zmienu imma kien bniedem ta’ principju u la wieghed diskors fuq il-missjoni hass li ghandu jaghmlu minkejja n-nuqqas ta’ udjenza.  U mn’alla ghamlu ghax dak it-tfajjel ma kien hadd ghajr David Livingstone li ’l quddiem kellu jkun wiehed mill-ikbar missjunarji lajci ta’ zmienna.  U David baqa’ dejjem jghid li l-vokazzjoni tieghu twieldet dakinhar li sema’ lil Robert Moffat jitkellem b’tant entuzjazmu fuq il-missjoni.

Aghmel dmirek minkejja li ma jkun hemm hadd itaptaplek fuq spalltek biex ifahhrek talli ghamiltu.


Ragel sinjur kien ghaddej mit-triq u lemah tifla ta’ xi 6 snin titlob il-karita.  Tghidx kemm gerger f’qalbu u meta wasal id-dar ilmenta mal-Mulej:

“Ghaliex thalli lil dik l-anglu ckejken tbati?”

“Hloqt lilek u ghanejtek bil-gid.  Laqqajtek maghha u ghallimtek li meta tkun qed tghin lilha qisek qed tghin lili.  Kif ghandek il-wicc tilmenta mieghi li dik it-tifla qed tbati?  Ghandek kollox f’idejk biex ma thallihiex!”


Qisu li hadd ma jrodd
deni ghal deni
imma fittxu dejjem it-tajjeb
bejnietkom u ma’ kulhadd.
Kunu dejjem ferhanin.

SAN PAWL (1 Tess. 5, 15-16)


DR CORONATO GRECH IKOMPLI L-ARTIKLU LI BEDA FIL-HARGA TA’ AWISSU DWAR ...

L-ISTONKU

Ghal snin shah Dr Beaumont gera wara St Martin (li kultant kien jitlaghlu u harablu kemm-il darba) u ghamel esperimenti unici: sab per ezempju billi jpoggi fl-istonku bicciet ta’ l-ikel marbutin bi spaga u jigbidhom f’intervalli differenti, kif l-ikel jigi mahdum, li hemm acidu qawwi, li l-istonku jahdem l-istess fuq kull tip ta’ ikel, u li l-alkohol jaffettwah, kif ukoll l-emozzjonijiet (jihmar bir-rabja).

Kwazi fl-istess zmien, fil-1823 l-Ingliz William Prout (1785 – 1850) kien sab li l-acidu ta’ l-istonku huwa acidu idroliku (spirtu tal-melh).  Din kienet sejba stramba u kontra l-idea ta’ vitalizmu, komuni dak iz-zmien, u li kienet tghid li l-affarijiet hajjin (organici) huma differenti ghax ghandhom xi haga vitali, minn affarijiet mhux hajjin (inorganici).  Intant,  ghaliex dan l-acidu qawwi ma jeqridx l-istonku stess ghadu mhux maghruf sallum.

Xi esperimenti fuq l-istonku (ta’ ghasfur) kienu saru wkoll qabel mill-Franciz Rene de Reaumur (1683 – 1757).  Reaumur kellu seqer, li bhall-isqra l-ohra kien itella’ dak li ma jistax jahdem l-istonku.  Huwa kien jitimghu ikel f’cilindri zghar miftuha, li meta jitilghu sab li l-ikel jinhadem minn acidu qawwi.  Huwa rrealizza li d-digestjoni hija iktar kemikali, kif kien ippropona l-Olandiz Sylvius (1614 – 1672) milli mekkanika, kif kien ssuggerixxa Giovanni Borelli (1608 – 1679) li qaghad fuq il-mudell mekkaniku ta’ Renè Descarte (1596 – 1650).

Kien imbaghad fil-1833, fi zmien meta Beaumont kien qed jigri wara St Martin, li l-Franciz Anselme Payen (1795 – 1871) sab l-ewwel enzimi tad-digestjoni.  Illum nafu li fil-gisem hemm eluf u eluf minn dawn il-kimici li xogholhom huwa li jhaffu l-hafna reazzjonijiet kemikali li hemm ghaddejjin f’kull cellola kull sekonda.  Minghajrhom id-digestjoni fl-istonku tiehu xhur shah u mhux ftit sighat.

Stonkjiet ohra

Annimali ohra ghandhom sistemi digestivi differenti fl-istonkijiet taghhom li jvarjaw fid-daqs minn daqsxejn ta’ organellu mikroskopiku f’dawk unicellulari bhall-bakterja, ghal dak tal-balena blù li iktar qisu xi garaxx enormi.  Fost l-iktar interessanti nsibu dak ta’ l-erbivori li jixtarru,  li ghandhom stonku relattivament kbir (dak ta’ naghga jesa’ 18-il litru, u ta’ baqra 160 litru), u huwa mqassam f’erba’ kompartamenti differenti.  Mill-halq l-ikel (haxix) jghaddi fir-rumen minn fejn wara ftit jghaddi fir-reticulum fejn jirtab u jibda jinhadem.  Il-muskoli tar-reticulum jergghu jtellghu l-ikel fil-halq, generalment meta l-annimal qed jistrieh, fejn jerga’ jinhadem mis-snien.  Wara jerga’ jinbelgha u jghaddi mir-rumen, ghar-reticulum, ghal kompartament iehor, l-omasum, u finalment ghal obamasum, qabel ma jghaddi ghall-bqija ta’ l-imsaren.

Fit-tigieg u tajr bhalhom, l-istonku fih tliet partijiet.  L-ikel jinzel l-ewwel fil-hawsla, li hija speci ta’ borza ma’ l-esofagu, u li sservi biex tahzen l-ikel; li mbaghad jghaddi ghall-proventriculus fejn tibda id-digestjoni kemikali; u mbaghad jghaddi ghall-qanzha, speci ta’ borza li fiha muskoli hoxnin biex ikissru l-ikel. Fiha wkoll bicciet taz-zrar ghall-istess skop.

Dr Coronato Grech M.D. ikompli dan l-artiklu fil-harga ta’ Ottubru.  


FORSI JINTERESSAWK

Mela l-maestro…!!

Arthur Rubinstein, il-pjanista famuz, kellu kuncert importanti u hassu li ma kienx ippreparat bizzejjed ghalih.  Ghalhekk qal lill-butler tieghu, François, biex imur min imur jew icempel min icempel jghidlu li ma kienx id-dar.  Ftit wara cempel xi hadd u l-butler qalilha:

“Jiddispjacini, il-maestro mhux hawn!”

“Tghidlix li mhux hemm!  Qed nisimghu jdoqq minn fuq it-telefon!”

“Le jahasra, sinjura.  Dak mhux lill-maestro jdoqq smajt int imma lili nfarfar it-testiera tal-pjanu.”

“Jekk biex tnaddaf iddoqq b’tant hlewwa ara x’noti johorgu meta tkun qed iddoqq!” qaltlu u qatghet it-telefon b’tisbita.  


Talba... wara xewqa... wara talba…

Il-gurdien mar quddiem il-Mulej jilmenta ghax kien jibza’ mill-qattus.

“Aghmilni qattus!” talab.

U l-Mulej tah gisem ta’ qattus. 

Imma dlonk intebah li beda jibza’ mill-kelb:

“Aghmilni kelb!”

Izda bil-kemm kien sar kelb li ma ntebahx li beda jibza’ mil-leopard:

“Aghmilni leopard!”

Imma twerwer meta lemah quddiemu kaccatur u waqt li lebbet ghal gol-foresta ma kienx jaf x’jitlob lill-Mulej.  Izda Dan hadu bil-hlewwa u qallu:

“Mhux gismek trid tibdel imma qalbek!”

It-twiddiba tghodd ghalina lkoll …


Dik karita!

Xiha nizlet fi stage ferm imbieghed minn darha.  Min kien jafha xtaq ikun jaf ghaliex:

“Fil-karozza tela’ ragel handikappat.  Hadd mill-passiggieri ma qam biex joqghod floku.  Hsibt li nimbarazzah naghtih posti ghax jien xiha u hu kien ghadu zaghzugh.  Ghazilt li nippretendi li wasalt biex posti jkun vojt u hu jkun jista’ joqghod minfloki bla xkiel!”

Dakinhar l-anglu taghha tas-sema nizzel dan l-episodju b’ittri tad-deheb.


Dawl u dlam

Bob Evans ghex 50 sena ghama.  Imbaghad wara operazzjoni difficli nghata ghajnejn zaghzugh li miet f’incident tat-traffiku u beda jara.  F’intervista lill-gazzetta Chicago Sun qal:

“Ghalija ma hemmx granet koroh.  Xita u xemx kollox sabih.  Nistenna b’herqa d-dawl ta’ sbih il-jum u ghajjien inhares b’tama lejn il-lejl... kemm il-jum u kif ukoll il-lejl ghandhom is-sbuhija taghhom.  Intom ma tifhmunix... imma jien li qattajt 50 sena fid-dlam cappa napprezza ferm izjed is-sabih ta’ madwari.”


Pariri... jew nuqqas taghhom

Zewgt irgiel kienu qed igergru bejniethom:

“L-inkwiet tieghi hu li jien ma niehu parir minghand hadd.”

“U tieghi hu li niehu parir minghand kulhadd.”


AHBARIJIET TA’ INTERESS

IZZEWGU

Noemi Camilleri ta’ Triq it-Tramuntana lil Ivan Attard(Birkirkara);

Antoine Meilak ta’ Triq il-Madonna ta’ Lourdes lil   Marlene Grima (Sannat);

Brian Portelli ta’ Triq San Blas lil  Charmaine Buttigieg (Ghajnsielem);

Lino Meilak ta’ Triq Cimcem lil Doreen Cassar (San Lawrenz);

Filwaqt li nifirhu lil dawn il-mizzewgin godda nfakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien, tibqa’ flimkien.


IL-LAQGHA TA’ AWISSU

Il-laqgha ta’ Awissu, bhas-soltu, jkollha bixra specjali.  Kien proprju f’dan ix-xahar, 38 sena ilu, li ghamilna l-ewwel laqgha taz-zghazagh u minn dakinhar saret dejjem kull l-ewwel Sibt tax-xahar.  U biex infakkru dan l-avveniment kull sena nistiednu l-old boys ta’ din il-laqgha u niehdu gost li din is-sena rajna numru sabih minnhom.  Bdejna l-laqgha b’talk qasira imma ferm interessanti ta’  Frank Muscat – ghalliem fis-Sixth Form ta’ Ghawdex u membru attiv fl-Iscouts.  Kellemna fuq l-importanza ta’ l-isports f’hajjitna u wriena kemm ghandu wiehed x’jirbah minn attività sportiva – self confidence, onestà, team spirit, valuri, principji ecc.  Frank ghamel karriera fil-football kemm bhala player (fejn laghab anki ma’ timijiet Maltin) kif ukoll bhala coach.  Semmielna kemm fl-isports hemm role models pozittivi bhal Lance Armstrong li fl-1997, meta nduna li qed ibati minn cancer, it-tobba tawh 50% cans li jghix u safrattant din is-sena rebah it-Tour de France ghall-hames sena konsekuttiva.   Anke f’pajjizna ghandna sportivi li mhux biss jaghmlu unur lid-dixxiplina sportiva li jiprattikaw izda jistghu jservu ta’ mudell ghal nies ohra.   Heggeg lil dawk prezenti biex jipprattikaw xi sport u jaraw kemm ikunu qed itejbu l-kwalità ta’ hajjithom.

Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha u lil Mario Schembri ta’ Ta’ Frenc Restaurant li tana biljett ghal ikla ghal tnejn u li mess bix-xorti lil Keith Camilleri ta’ Triq D Cocco Palmeri.  Nixtiequ nirringrazzjaw ukoll lil Raymond Muscat li meta kien fostna tana xi rigali biex intellghuhom fil-laqghat tal-guvintur.

Wara l-laqgha kellna zewg partiti football bejn l-over 40 kontra l-over 30 b’dawn ta’ l-ahhar johorgu rebbieha 3–0.  Ghad li z-zmien ma jahfirha lil hadd izda tara li t-talenti ta’ dari ma sfumawx ghal kollox.

Imbaghad kien hemm il-partita bejn xi players tal-Youngsters u xi zghazagh taghna.  Iz-zghazagh taghna din is-sena pattew ghad-dizappunt tas-sena l-ohra u hargu rebbieha bl-iskor ta’ 4-2.  Kellu partita tajba ferm il-goaler taghna Jozef Sultana u spikka wkoll iz-zaghzugh Josef Buttigieg li skorja wkoll goal sabih.

Prosit lil dawk kollha li ppartecipaw!


IL-LAQGHA TA’ SETTEMBRU

Ser issir nhar is-Sibt 6 ta’ Settembru fit-8.15p.m.  Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll.  Tista’ tibqa’ cert li xi haga ta’ gid tiehu mieghek zgur.


SNAPSHOTS

Stejjer u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom

Rembrandt hu meqjus bhala

wiehed mill-aqwa artisti li qatt ghexu.

Kien jghix fis-sbatax-il seklu.

Wara l-mewt ta’ martu

ghadda minn zmien ta’ dipressjoni

u skond il-kritici era dghajfa ta’ pittura.

Izda rnexxielu johrog minnha

u beda jpitter b’aktar qawwa, passjoni u skop.

Xi kritici jghidu li mewt martu

kienet bidla pozittiva

fil-kamp professjonali tieghu.

Irnexxielu jilhaq quccata ferm oghla

minn qatt qabel.

 

L-istorja ta’ Rembrandt

turi kif Alla

kapaci jinqeda bi tragedji

biex ifassalna f’xi hadd ahjar minn qabel.

 

Izda minn naha taghna

kemm ahna konvinti

li Alla kapaci jiehu d-dghufija taghna

kif ukoll in-nuqqasijiet

u jaghmilna persuni ahjar?

 

Bosta drabi kulma jkun jonqos hu

li nintelqu f’idejh –

konvinti li f’idejh inkunu f’idejn tajba.


DAK LI INT JINSTEMA’ AKTAR MINN DAK LI TGHID

jikteb LEE RYAN MILLER

Nghallem l-Ekonomija fl-UNLV tliet darbiet fil-gimgha.  Nhar it-Tnejn li ghadda, bi tbissima staqsejt lill-istudenti tieghi kif kienu qattghu tmiem il-gimgha.  Wiehed mill-guvintur tal-klassi stqarr li ma kinux il-jumejn li xtaq.  Kellu jaqla’ d-darsa ta’ l-ghaqal.  Imbaghad kompla biex staqsieni ghalfejn inhobb inzomm tbissima fuq xofftejja.

Il-mistoqsija tieghu fakkritni f’sentenza li kont qrajt x’imkien: “Kull ghodwa, hekk kif tqum, ikollok ghazla ta’ kif ser thares lejn il-hajja.”  Komplejthielhom, “...u jien naghzel li niffaccja d-dinja bi tbissima.”

“Halluni ngibilkom ezempju,” issoktajt nindirizza lis-sittin student u studenta tal-klassi.  “Barra minn hawnhekk fl-UNLV, jien nghallem ukoll fil-kullegg ta’ Henderson, madwar 17-il mil imbieghed minn fejn noqghod jien.  Xi ftit gimghat ilu soqt is-17-il mil u mill-freeway ksirt ghat-triq tal-kullegg.  Kien fadalli biss kwart ta’ mil biex nasal.  Dak il-hin il-karozza ntfiet.  Ippruvajt inqabbadha.  Ghalxejn!!  Hallejt l-indicators jaghtu, qbadt il-kotba, u rhejtilha bil-mixi sal-kullegg.

“Malli wasalt cempilt l-AAA u ffissajt appuntament maghhom ghal wara l-lezzjoni.  Is-segretarja fl-ufficcju staqsietni xi grali.  ‘Din hi l-gurnata tieghi!’ wegibtha bi tbissima.

“‘Tiqaflek il-karozza u tghid li llum hi l-gurnata tieghek?’  Ma setghetx tifhem.  ‘Xi trid tghid biha din?’

“‘Jien noqghod 17-il mil ’il boghod minn hawn,’ wegibtha.  ‘Il-karozza setghet waqfitli kullimkien f’dawn is-17-il mil.  Minflok waqfet fl-ahjar post li setghet tieqaf: hekk kif hrigt mill-freeway, ftit passi biss ’il boghod minn hawn.  B’hekk m’iniex ser nitlef il-lezzjoni li ghandi naghmel u bil-kwiet kollu rrangajt ghal trakk biex wara l-lezzjoni nirmonkaw il-karozza.  La l-karozza kellha tieqaf illum, ma setghetx taghmel hekk b’mod ahjar.’

Ghajnejn is-segretarja nfethu berah u mbaghad rajtha ccarrat halqha.  Tbissimtilha jien ukoll u rhejtilha lejn il-klassi.’  U hekk temmejtilhom l-istorja.

Flejt sewwa s-sittin wicc li kelli jharsu cassi lejja. Minkejja li kienet l-ewwel lezzjoni ta’ filghodu hadd ma kellu ghajnejh imbexxqin.  Hadd ma ried jitlef kelma minn dak li kont qed nghid.  B’xi mod l-istorja tieghi kienet lahqet il-gewwien taghhom.  Jew forsi anqas kienet l-istorja.  Kollox kien beda minn osservazzjoni ta’ student li jien kont inhobb inzomm lili nnifsi ferhan.

Wiehed gharef Indjan darba qal: ‘Dak li int jinstema’ aktar minn dak li tghid’.  Nahseb li ghandu ragun!!


IL-KNISJA MHIX GALLERIJA TAL-QADDISIN
IZDA SPTAR TA’ MIDINBIN LI JIXTIEQU JFIQU


> Mur lura ghall-pagna principali