Triq San Gwann

 

Nadurin! Il-festa kbira ta' l-Imnarja regghet maghna u bhal kull sena l-kumitat ta' l-armar Triq San Gwann rega ha hsieb li jzomm kuntatt maghkom u jaggornakom bix-xoghol li sar matul is-sena.

Matul din is-sena l-kumitat hadem bi shih u b'hegga kbira biex ikollna festa mill-isbah. L-ghaqda kompliet sejra bix-xoghol bhal restawr ta zewg pavaljuni tad-dawl, restawr ta erba' kolonni ta l-antarjoli, tkompla l-progett tal-kolonni ta l-antarjoli u hafna xoghol iehor.  Kienet ukoll bdiet tigi restawrata l-arma li zmien ilu kienet tintrama f'salib it-toroq imma peress li kellna hafna xoghol xi jsir din man tlahqitx. Dan ix-xoghol kollu jikkonsisti f'hafna spejjez u hin u allura f'isem il-kumitat nghidilkom li kull ghajnuna finanzjarja u fizika hi mehtiega.

Il-festa hija opportunita ta' darba biex niccelebraw bil-kbir lil kbar San Pietru u San Pawl. Nistghu niccelebraw minghajr ma naghmlu hsara xejn lill-armar tat-toroq ghax bhalma diga semmejt, l-ispejjez huma kbar wisq u atti vandali ma jaghtu sodisfazzjon lil hadd. 

Fisem il-kumitat nawgura l-festa it-tajba lin-Nadurin kollha u nghidilkom illi f'din il-festa ninsew il-glied ta' bejnietna u ngawdu flimkien.  

Antonello Camilleri
Membru


Messagg mill-Arcipriet Mons Salvu Muscat

Biex naghmlu festa

Hemm differenza kbira bejn festa hi x’inhi, u festa li ahna l-Insara naghmlu lill-qaddisin.

Fil-Birthdays, gublewijiet, tigijiet, ecc. dejjem ikun hemm festa u fiha hu mistenni biex min jiehu sehem  jifrah  bl-okkazjoni. Izda fil-festi tal-qaddisin li ahna niccelebraw fihom id-dhul ta’dawn fis-sema, ahna mistnnijin li mhux niccelebraw esternament biss, izda li nitheggu biex nimitaw lil dak il-qaddis jew qaddisa. Ikun kollu hela ta’ zmien jekk il-festa tal-qaddisin ma tqanqalniex biex naghmlu bhalhom billi nimitawhom.

San Pietu uSan Pawl li taghhhom ahna n-Nadurin ser naghlu festa, huma zewgt idwal mqegdin fil-gholi hafna biex d-dinja kollha thares lejjhom u titghallem minnhom. Huma dwal ghax huma ghalliema tal-Bxara t-Tajba. Pietru huwa l-ewwel fost l-appostli, u l-iehor, Pawlu huwa l-imghallem tal-gnus.

Matul is-sena il-hegga fl-imhabba  li dawn l-appostli wrew lejnGesu l-mexxej taghhom, jaqsmuha maghna billi nisimghuha fil-qari tal-liturgija tal-quddiesa. Ahna li nisimghu l-klema taghhom m’ahniex biss supporters taghhom bhas-supporters fi ground tal-football, li nghajtu u ncapcpu biss fl-okkazjoni tal-festa waqt il-hrug ta’ l-istatwa taghhom, izda iktar minn hekk ahna nissapportjawhom  billi  nimitawhom f’hajjitna u naghmlu bhalhom skond l-istat ta’ kull wiehed minna.

Huma habbew ‘l Kristu tul hajjithom - sa mietu ghalih.

Ahna bhalhom  nhobbu ‘l Kristu billi nghixu l-hajja tal-grazzja akkost ta’ kull sagrificcju.


Rendikont Finanzjarju

Dicembru 2002

Hrug: 
Hlas Bukket Fjuri - Lm3.00

Dhul:
Qliegh mil-Ikla tal-Milied - Lm23.00

Jannar 2003

Hrug:
Deposit ghal kolonni Fredu - Lm50.00
Deposit ghal forom tal-kolonni Michael - Lm25.00

Dhul:
Riklami Fuljett Dicembru 2002 - Lm20.00
Lotterija TV Lm65.00
Gabra Strina - Lm43.95

Frar 2003

Dhul:
Lotterija - Lm38.25

Marzu 2003

Hrug
Kuruna Fjuri - Lm3.00
Deposit ghal kolonni Fredu - Lm100

Dhul:
Lotterija Salib - Lm17.75

April 2003

Hrug
Deheb ghal Lotterija - Lm40.00

Dhul:
Lotterija Irxoxt - Lm23.00
Lotterija Hamper - Lm38.40

Mejju 2003

Dhul:
Donazzjoni - Lm10.00
Gabra Lm1 fix-xahar - Lm17.50

Gunju 2003

Dhul:
Lotterija tad-deheb - Lm62.50