San Blas

 

click on the banner to visit june29th.com's San Blas Photo Gallery

San Blas: storja, tadizzjonijiet u drawwiet
jikteb Dr. Mario Saliba

Meta wiehed isemmi lill-qaddis San Blas jew San Bjagju malajr tigi quddiem ghajnejh il-lokalita’ taghna tan-Nadur. Dan minhabba x-xtajta pittoreska ta’ San Blas. Fl-imghoddi z-zewg xtajtiet, dik tar-Ramla u dik ta’ San Blas, kienu maghrufin b’isem wiehed, li kien “Ir-Ramla ta’ San Blas” . Tul il-firxa ta’ dawn iz-zewg xtajtiet qrib xulxin kienu jezistu numru ta’ knejjes ckejknin aktar milli nsibu f’postijiet ohra.

Sa mill-1598, meta saret il-vizta pastorali mill-vigarju generali Dun Anton Bartolo, qrib ix-xtajta  kien hemm knisja li kienet imsemmija ghal San Blas.  Sa minn dak iz-zmien din il-kappella ga kienet nieqsa minn kollox u kienet abbandunata.  Mir-rapport ta’ vizti li saru zmien wara nsibu li fl-1644 il-kappella kienet ga mgarrfa. Fis-sena 1750, meta n-Nadur kellu l-knisja parrokkjali tieghu, minn din il-kappella ta’ San Blas ma kienx fadal hlief il-pedamenti.  Dawn kienu jidhru fi gnien li kien igib l-isem ta’ din il-kappella; kien jissejjah Gnien San Blas.) Biz-zmien it-triq principali li minn Triq it-Tigrija twassal ghall-bidu ta’ dawn l-inhawi ssemmiet ghal dan il-qaddis: Triq San Blas.

F’Malta ghadek issib knisja qadima li hija ddedikata lil dan il-qaddis fl-inhawi ta’ bejn is-Siggiewi u Haz-Zebbug. Din il-knisja jinghad li kienet inbniet fis-seklu XV.  Huwa maghruf ukoll li kienet tkabbret fis-seklu XVII.  Xi ftit tas-snin ilu l-Kapitlu tal-Katidral ta’ l-Imdina kien halla din il-knisja qadima f’idejn il-Moviment Azzjoni Socjali (MAS) biex jiehu hsiebha. Il-MAS hadet hsieb tar-restawr tal-knisja u ta’ xoghlijiet ohra mehtiega u llum qed tintuza biex isiru xi attivitajiet socjali u kulturali mill-istess moviment.

San Blas kien Isqof ta’ Sebaste fl-Armenja fis-seklu IV. Huwa jissemma f’Matrilogiji storici tas-seklu IX u huwa assocjat mad-data tal-15 ta’ Frar; ghalkemm il-kalendarju Griek ipoggieh fil-11 ta’ Frar. Minkejja dan, kull referenza ghal San Blas taqbel li huwa kien Isqof ta’ Sebaste fl-Armenja u li l-martirju tieghu sehh fi zmien il-hakma ta’ Licinius, madwar is-sena 316. Ta’ min ighid li San Blas huwa l-uniku qaddis rapprezentattiv tal-Knisja ta’ l-Armenja fil-Kalendarju Ruman.

L-informazzjoni li tezisti dwar San Blas hi msejsa fuq Atti legendarji. Skond dawn l-Atti, Bjagju kien tabib qabel ma sar isqof. Huwa kien mehud prigunier fuq ordni tal-gvernatur Agricolaus. Minhabba l-persekuzzjoni ta’ Licinius huwa kien harab fid-dezert u n-nies tal-gvernatur kienu sabuh mistohbi gewwa ghar. Meta kien il-habs San Blas ghamel miraklu meta fejjaq tifel li kellu xewka ta’ huta mwahhla fi grizmejh u li minhabba fiha kien qed jifga. Minhabba f’hekk San Blas qabel maghruf li jfejjaq il-mard tal-griezem.

F’Malta, sa ftit taz-zmien ilu, kienu jbierku hbejziet li jitqassmu lil dawk prezenti. Dawn kienu jintuzaw bhala devozzjoni fil-mard tal-griezem u xi drabi ukoll waqt il-hlas. Din it-tradizzjoni kienet issir kemm fil-Katidral ta’ l-Imdina kif ukoll fil-knisja tal-Gizwiti l-Belt. Illum din it-tradizzjoni ghadha ssir fil-Kappella ta’ San Blas, ga msemmija, billi jsir tqassim ta’ hbejziet tradizzjonali u trattament fil-festa ta’ dan il-qaddis, li tahbat fid-data tal-mewt tieghu, fit-3 ta’ Frar.  F’din l-okkazjoni jsir ukoll it-tberik ta’ l-annimali u l-prodotti tar-raba’, peress li San Blas huwa popolari hafna fil-kampanja, tant li huwa kkonsidrat bhala l-patrun tal-bdiewa wkoll.  San Blas kien ihobb hafna lill-annimali, peress li ghex ghal numru ta’ snin imdawwar bihom.  Sahansitra kien anke jaghmel il-mirakli biex ifejjaqhom mill-mard taghhom.

Meta kien il-habs, Bjagju sofra diversi ghamliet  ta’ tortura.  Skond l-Atti li ga semmejna huwa kien maqtul billi qatghulu rasu barra. Il-qima fl-Ewropa lejn dan il-qaddis Orjentali bdiet fis-seklu IX u San Blas kien wiehed mill-aktar qaddisin popolari taz-Zmenijiet tan-Nofs. Ghala kien daqstant popolari ma nafux. Probabbilment din il-popolarita’ kienet minhabba li kien tabib u minhabba n-numru kbir ta’ fejqan li sehhew bl-intercessjoni tieghu. Ghalhekk kienu hafna dawk l-insara li kienu jitolbuh fil-bzonnijiet taghhom waqt il-mard.

Hawn Malta San Blas huwa wkoll il-qaddis protettur tal-qabla. Barra minn Malta l-konnessjoni ta’ San Blas mat-twelid tat-tfal mhix imsemmija, izda hawn Malta kienu jitolbuh waqt il-hlas. Dan forsi ghax kien tabib? Fl-imghoddi f’Malta qabel il-hlas kienu jsiru hafna weghdiet lil diversi qaddisin, u jaghmlu li jistghu biex idahhlu l-ghajnuna sopranaturali. Kien hemm devozzjoni kbira lejn il-Madonna tal-Hlas izda kienu jitolbu wkoll lil diversi qaddisin, fosthom San Blas. Lil San Blas kienu jitolbuh: “San Blas, San Blas, wessa’ t-toqba u cekken ir-ras!”.

Madwar l-Ewropa nsibu diversi knejjes iddedikati lil San Blas. Fost dawn hemm f’Taranto, Ragusa u fil-Foresta s-Sewda fil-Germanja. Fis-seklu XV u XVI fil-Germanja San Blas kien invokat hafna f’kazijiet ta’ emorragiji u ulceri.)  F’dawn il-postijiet insibu xi relikwiji li jinghad huma ta’ dan il-qaddis. San Blas huwa meqjum hafna f’Maratea, belt zghira li tigi fuq wahda mix-xtut sbieh ta’ Tirreno. Ghal iktar minn tnax-il seklu nsibu r-relikwiji fis-santwarju tieghu. Skond it-tradizzjoni tal-post, fit-12 ta’ Mejju tas-sena 732 xi nsara Armeni gabu bicca minn gismu mill-Bazilika ta’ Sebaste fl-Armenja, fejn kien midfun wara l-martirju biex jahbuh u ma jigix meqrud mill-ikonoklasti.

L-uzanzi f’dawn il-postijiet huma differenti minn taghna. Fil-festa tal-qaddis, fil-knisja ssir cerimonja fejn il-qassis izomm zewg xemghat fuq ras in-nies u jghid talba. Il-qassis ukoll imiss il-grizmejn tan-nies bix-xemgha mbierka waqt li jghid talba lil San Blas li bil-Latin hija xi haga hekk: “Per intercessionem S. Blasii liberat te Deus a malo gutteris et a quovis alio malo”. Bil-Malti din tfisser: “Nitolbu biex bl-intercessjoni ta’ San Blas Alla jharisna mill-mard tal-griezem u minn kull deni iehor”.  Immagini ta’ dan il-qaddis turina lil San Blas b’zewg xemghat imsallbin f’idejh jew lill-qaddis go ghar ‘il barra mill-belt ta’ Sebaste mdawwar bl-annimali selvaggi kif kienu sabuh skond il-leggenda n-nies tal-gvernatur Agricolaus.) Din l-uzanza tat-tberik tax-xemgha probabbli gejja mir-rakkont ta’ wiehed mill-hafna mirakli li ghamel San Blas matul iz-zmien li gie ttorturat fil-habs. Jinghad li kien hemm armla li l-lupu serqilha ferh ta’ majjal. Il-mara li hadet il-barka tieghu, haditlu l-ikel u xemgha u hu, kommos, qalilha: “Offri kull sena xemgha lill-knisja li tinbena f’ismi u jkollok hafna gid u xejn ma jkun jonqsok”.)  Fil-jum tal-festa tieghu l-Knisja ghadha din it-talba: “Mulej isma’ t-talb tal-martri tieghek San Bjagju. Aghtina l-hena u l-paci f’din id-dinja u ghenna naqilghu il-ferh ta’ dejjem.

Il-Bajja ta’ San Blas fir-rahal taghna wasslitna biex naghtu xi ftit taghrif dwar dan il-qaddis mill-Orjent, li l-kult tieghu ghadu haj anke lllum.


Saint Blaise

Many Catholics might remember Saint Blaise's feast day because of the Blessing of the Throats that took place on this day. Two candles are blessed, held slightly open, and pressed against the throat as the blessing is said. Saint Blaise's protection of those with throat troubles apparently comes from a legend that a boy was brought to him who had a fishbone stuck in his throat. The boy was about to die when Saint Blaise healed him.

Very few facts are known about Saint Blaise. We believe he was a bishop of Sebastea in Armenia who was martyred under the reign of Licinius in the early fourth century.

The legend of his life that sprang up in the eighth century tell us that he was born in to a rich and noble family who raised him as a Christian. After becoming a bishop, a new persecution of Christians began. He received a message from God to go into the hills to escape persecution. Men hunting in the mountains discovered a cave surrounded by wild animals who were sick. Among them Blaise walked unafraid, curing them of their illnesses. Recognizing Blaise as a bishop, they captured him to take him back for trial. On the way back, he talked a wolf into releasing a pig that belonged to a poor woman. When Blaise was sentenced to be starved to death, the woman, in gratitude, sneaked into the prison with food and candles. Finally Blaise was killed by the governor.

Blaise is the patron saint of wild animals because of his care for them and of those with throat maladies.