Mnarja 2002 

 
 

PROGRAMM TAL-FESTA 2002

(18-29 ta’ Gunju 2002)

 

TLIETA, 18 TA’ GUNJU

HRUG TA’ L-ISTATWA MIN-NICCA

7.15 p.m.:     Quddiesa Koncelebrata bis-sehem tal-Banda Mnarja.  Wara l-quddiesa, qabel ic-cerimonja tal-hrug tal-istatwa ta’ San  Pietru u San Pawl min-nicca, it-tifel rebbieh tal-premju Qalb Generuza tas-sena 2001, Joseph Xuereb, jaghti bidu ghal din ic-cerimonja.

9.30 p.m.:     Marc mill-Banda Mnarja mill-Pjazza sal-Kazin

 

ERBGHA, 19 TA’ GUNJU

JUM IT-TFAL

9.00 p.m.:     Fil-Pjazzetta jkun hemm serata divertenti organizzata mill-Kunsill Lokali ghat-tfal kollha. Jiehdu sehem it-tfal ta’ l-iskola Primarja, ta’ l-iskola tad-Drama u tal-iskola tas-sorijiet Frangiskani fin-Nadur.  Mistiedna specjali ‘The Greenfields’.  Ikun hemm loghob ghat-tfal. 

 

HAMIS, 20 TA’ GUNJU

JUM IL-HADDIEMA

9.00P.M.:      Kuncert mis-Socjeta Filarmonika Mnarja taht it-tmexxija ta’ Mro. Joseph Grech fi Pjazza l-Arcipriet Martin Camilleri.  Dan il-kuncert qed jittella’ mis-Socjeta Filarmonika Imnarja bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali.

 

GIMGHA, 21 TA’ GUNJU

JUM IZ-ZGHAZAGH

07.30P.M.:     Il-quddiesa tan-Novena titmexxa minn Fr. Martin Micallef MSSP u tkun bis-sehem taz-zghazagh. Wara l-quddiesa jkun hemm diversi attivitajiet ghaz-zghazagh quddiem ic-Centru Parrokkjali. Din l-attivita’ qed tittella’ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali.

 

SIBT, 22 TA’ GUNJU

JUM IL-FAMILJA

5.15 pm Quddiesa

7.15pm Quddiesa tan-novena li fiha jigi amministrat is-Sagrament tal-Maghmudija. 

 

9.00 p.m.:     Ftuh tal-Wirja Agrarja fil-Pjazzetta organizzata mill-Kunsill Lokali.  Serata ta’ ghana u Zfin folkloristiku bis-sehem ta’ diversi ghannejja u l-Folk Group Imnarja.  Tiehu sehem ukoll l-Mnarja Wind Ensemble.  Ikun hemm stands tal-ikel tradizzjonali u xoghol artiggjanali.

 

HADD, 23 TA’ GUNJU

JUM IL-MORDA

8.30 a.m.:     Tkompli l-Wirja Agrarja. Tiehu sehem il-Banda Mnarja, li taghmel marc minn Triq Ta’ Said kantuniera ma Triq Cimcem sal-Pjazzetta bis-sehem tal-annimali u l-pets. Wara jsir it-tberik tal-wirja agrarja u tal-annimali minn Mons Arcipriet u tqassim ta’ tifkiriet.  Isiru messaggi qosra mill-Onor Ministru Giovanna Debono u s-Sindku Dr. Chris Said.

5.00 p.m.:     Quddiesa bis-sehem tal-morda.

 

TNEJN, 24  TA’ GUNJU

JUM IL-VOKAZZJONIJIET

Il-quddiesa  tkun bis-sehem ta’ diversi  gruppi ta’ vokazzjonijiet

 

TLIETA, 25 TA’ GUNJU

JUM IL-GENEROZITA’

 

9.00 p.m.:     Ikla Tradizzjonali ta’ l-Imnarja fil-Pjazzetta.  Jigi servut ikel tipikament Malti.  Ikun hemm varjeta mmexxija minn Benny u Tonia Grima bis-sehem ta’ Ira Losco, Alfred Portelli, Folk Group Imnarja, ghannejja maghrufa fosthom il-Budaj, Aceline Dancers, Alexis Samantha Falzon u gruppi ohra.  L-entertainment ser ikun sponsorjat mill-Kunsill Lokali.

 

ERBGHA, 26 TA’ GUNJU

JUM IL-PERSUNI KONSAGRATI 

7.15 pm:       Il-Kan Kantur Pawlu Mejlak li qed jiccelebra l-hamsin anniversarju tas-sacerdozju tieghu imexxxi quddiesa Solenni Koncelebrata flimkien mal-Kapitru u Kleru tal-Parrocca. Huh, il-Kan Anton Mejlak, Vigarju Parrokjali, jinseg l-omelija 

9.30p.m.:      Isir marc mat-toroq principali mill-Banda “Ite ad Josef” tal-Qala.

 

HAMIS, 27 TA’ GUNJU

JUM L-EMIGRANTI U RESIDENTI BARRANIN FIN-NADUR

7.15 pm:       Il-quddiesa tan-Novena tkun bis-sehem ta’ l-emigranti u tar-residenti barranin li joqoghdu fil-parrocca.  Wara l-quddiesa jsir riceviment ghalihom fis-sagristija.

 

9.00p.m.:      Il-Banda Mnarja tibda marc minn hdejn il-Kazin lejn il-Pjazza fejn tinghaqad mal-Banda San Guzepp t’Ghajnsielem ghad-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Pietru u San Pawl mat-toroq principali

9.30 p.m.:     Marc mill-Banda Prekursur tax-Xewkija li jitlaq minn Triq San Gwann, kantuniera ma Triq Xandriku lejn Triq Dicembru 13 u lejn il-Pjazza. Wara, l-banda tesegwixxi program fil-pjazza.

12.00 a.m.:    Tlugh ta’ l-istatwa ta’ San Pietru u San Pawl fuq il-pedestal waqt li l- banda Mnarja tesegwixxi l-Innu Marc ‘Lil San Pietru u San Pawl.’  Wara jkun hemm loghob tan-nar ta’ l-art mahdum mid-ditta ‘Farrugia Brothers’ t’Ghawdex.

 

IL-GIMGHA, 28 TA’ GUNJU

JUM IL-BENEFATTURI

8.30 a.m.:          Quddiesa ta’ ringrazzjament ’l Alla li fiha jitkanta t-Te Deum.

5.00 p.m.:          Quddiesa

6.15p.m.:      Wasla ta’ Mons Beniamino Depalma, Arcisqof ta’ Nola, fil-provincja ta’ Napoli fl-Italja,  u ta’ Don Francesco d’Ascoli, kappillan f’Cicciano l-post li mieghu n-Nadur ghamel gemellagg, u li hu parti mill-provincja ta’ Napoli.   Jinghataw merhba mill-Arcipriet f’isem  il- Kapitlu u Kleru, u mis-Sindku f’isem il-Kunsill Lokali.

6.30 p.m.:     Translazzjoni Pontifikali mmexxija minn Mons Arcisqof De Palma.

Wara Mons Arcisqof imexxi Ghasar Pontifikali, Antifona u Barka Sagramentali.

8.15 p.m.:     Quddiesa mmexxija minn Don Francesco d’Ascoli kappillan f’Cicciano.

 8.00p.m.:     Il-Banda Victory tax-Xaghra taghmel marc minn Ta’ Hida lejn il-Pjazza fejn tesegwixxi programm muzikali.

9.00 p.m.:     Marc mill-Banda Mnarja tan-Nadur minn quddiem il-Kazin, fejn fid-9.30p.m. tinghaqad mal-Banda Imperial tal-Mellieha u flimkien jaghmlu marc mat-toroq principali.

12.00a.m.:     Hruq tan-nar tal-art maghmul minn Farrugia Brothers.

 

IS-SIBT, 29 TA’ GUNJU: JUM IL-FESTA

Hin tal-quddies:

Fil-Bazilika:  5.00a.m., 6.00a.m., 7.00a.m., 7.45a.m., 9.00a.m. (Pontifikal Solenni), 11.30a.m. u 5.00p.m.

Fil-Knisja tal-Qalb ta’ Gesu: 5.30a.m., 9.30a.m., 10.30a.m.

Fis-Sala tal-Kazin tal-Banda:  9.30a.m.; 10.30a.m.

 

8.00 a.m.:      Marc mill-Banda Mnarja mill-Kazin sal-Pjazza.

8.45 a.m.:     Wasla ta’ Mons Arcisqof Beniamino DePalma, Arcisqof ta’ Nola u Mons Isqof Sylvester Magro, Isqof ta’ Salde u Vigarju Apostoliku ta’ Benghazi, flimkien mal-Kapitlu u Kleru tal-Bazilika mid-Dar Parrokkjali.

9.00 a.m.:     Koncelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija minn Mons Isqof Sylvester Magro flimkien mal-Arcisqof De Palma, ma Mons Arcipriet Salvu Muscat, l-Kapitlu u Kleru  tal-Parrocca.  Wara l-Vangelu, Patri William Axiaq O.F.M Cap jinseg il-Panigierku ad unur ta’ San Pietru u San Pawl.  Wara jinghata l-Premju Qalb Generuza lil dak it-tifel jew tifla li jkunu kkwalifikaw ghalih.  Isir ukoll it-tberik tad-dijademi tad-Deheb  ta’ San Pietru u San Pawl. 

11.00 a.m.:    Marc mat-toroq principali mill-Banda San Girgor, ta’ Kercem li tiltaqa’ mal-Banda Sant’Elena ta’ Birkirkara bil-kollabrazzjoni ta' l-Ghaqda Zghazagh 29 ta' Gunju, fi Triq San Gwann minn fejn l-marc jibqa’ sejjer u jintemm fis-2.00p.m. fil-Pjazza Principali.

2.30 pm:       Tigrija Tradizzjonali tal-bhejjem fi Triq Ta’ Xhajma. 

6.30 p.m.:     Ghasar Pontifikali minn Mons Isqof Sylvester Magro, Antifona u Celebrazzjoni Ewkaristika.

7.00 p.m.:     Marc mill-Banda Santa Margerita ta’ Sannat minn ta’ Hida ghal Triq it-Tigrija lejn Triq San Gwann lejn il-Pjazza.

7.30 p.m.:     Marc mat-toroq principali mill-Banda La Stella ta’ Victoria fejn x’hin tasal fil-pjazza tesegwixxi programm.

7.00 p.m.:     Marc mill-Banda Mnarja minn quddiem il-Kazin tal-Banda sal-pjazza.

8.00 p.m.:     Hrug ta’ l-istatwa mill-Bazilika u jsir hruq ta’ salut.  Il-Banda Mnarja ddoqq l-innu ‘Divi Sovrani,’ taht it-tmexxija tas-surmast Joseph Grech L.C.C.M., bis-sehem tal-kor ‘Jubilate Deo’ tal-parrocca.  Wara tkompli l-purcissjoni mmexxija minn Mons Arcisqof Beniamino DePalma flimkien mal-Isqof Sylvester Magro u l-Kapitlu u Kleru tal-Parrocca.  Takkumpanja l-Banda Mnarja.

9.30 p.m.:     Hruq ta’ murtaletti tal-kulur, xoghol tad-ditta St. Michael’s Fireworks ta’ Hal Lija, Malta.

10.00 p.m.:    Dhul tal-purcissjoni.

10.45 p.m.:    Marc ta’ l-ahhar fi Triq Dicembru 13 mill-Banda Mnarja

   
 
 

Best viewed with