|
Il-Kardinal Otunga |
|
Twieled
fil-31 ta’ Jannar tas-sena 1923 fil-Chebukwa, li tinsab fid-djocesi
ta' Kakamega, li taghmel mid-distrett ta' Bungoma, il-Kenja, l-Afrika.
Missieru Bukusu, li kien pagan u kap ta’ tribù, kellu
hafna nisa, fejn mis-seba' wahda, Rose Namisi, twieled Maurice.
Meta kiber, missieru ddecieda li mhux it-tifel ta' l-ewwel
mara tieghu jkun il-mexxej warajh izda Otunga.
Ghalhekk ried li ibnu joqghod ghal diversi ordnijiet tieghu,
fejn riedu ta' bilfors imur fl-iskola tal-missjoni halli jigi edukat.
Hawn, bil-kunsens ta' missieru, gie mghammed bl-isem ta'
Maurice Michael Otunga. Insibu
li mar jistudja fil-High
Schools ta' Kabaa u Mangu, immexxija mill-Patrijiet ta' l-Ispirtu
Santu, maghrufa bhala l-Patrijiet il-Bojod.
Meta kellu 15-il sena huwa fetah qalbu mal-missjunarju De
Reeper u qallu li kellu x-xewqa li jsir sacerdot.
Izda missieru rrifjuta t-talba tieghu.
Kontra x-xewqa ta' missieru, Maurice dahal fis-Seminarju
Minuri. Fil-vaganzi kellu
jibqa' fis-Seminarju minhabba l-biza' li missieru kien qieghed
jippjana biex izommu bil-forza. Is-sena
ta' wara, De Reeper baghtu
jistudja l-filosofija fis-Seminarju ta' Gaba, fil-pajjiz vicin ta'
l-Uganda. Izda missieru ma
qatax qalbu, ghaliex baghat xi nies tieghu biex jisirquh u jgibuh
lura ghandu. Damu tlitt ijiem
iduru mas-seminarju, izda Maurice gharaf wiehed minnhom u ghalhekk
ma harigx barra.
Otunga
kien kappillan ta' diversi parrocci u ghalliem fis-Seminarju ta' San
Guzepp fil-Kakamega, fejn ghallem it-Teologija, id-Drittu Kanonku u
l-Liturgija ghal sentejn, 1951-1953.
Narawh ghat-tliet snin ta' wara bhala segretarju tad-Delegazzjoni
Appostolika ta’ Mombasa. Kien
il-Papa Piju XII li ghazlu bhala Isqof Awziljarju ta' Kisumu u Isqof
tal-Knisja Titulari ta' Tacape, fis-17 ta' Novembru 1956.
Gie kkonsagrat Isqof nhar il-25 ta' Frar 1957 fejn, minhabba
l-folla kbira li kien hemm, ic-cerimonja saret fi stadium tal-futbol. Kien l-ewwel isqof nattiv Afrikan mill-Kenja.
Il-Qdusija
Tieghu l-Papa Pawlu VI fir-raba' Koncistorju tieghu, tal-5 ta' Marzu
1973, ghazlu biex ikun Kardinal flimkien ma' tlettax ohra. Huwa jigi
l-ewwel Kardinal indigenu Afrikan, bil-Knisja Titulari ta' San
Girgor Barbarigu fi Tre Fontane, f'Ruma u Arcisqof ta' Nairobi.
Meta wasal f'pajjizu il-Kenja bl-ajruplan tal-East
African Airways, akkompanjat mill-Arcisqof Emille Biayende tal-Brazzaville
tal-Congo, fl-ajruport kien hemm folla enormi entuzjasta tistennieh,
fosthom zewg ministri tal-gvern tal-President Mzee Jomo Kenyatta;
il-Ministru tal-Finanzi u l-Ekonomija, Mwai Kibaki u l-Ministru ta'
l-Industrija, James Osogo. Ftit
granet wara, fil-Katidral tas-Sagra Familja ta' Nairobi, li kien
mimli kollu, fejn kien hemm prezenti ukoll ommu Rose Namisi, huwa
ippresieda l-ewwel quddiesa tieghu bhala Kardinal.
L-Emminenza
Tieghu Otunga kellu rabta mill-qrib mal-Kolleggjata tan-Nadur
ghaliex il-parrocca kellha x-xorti tilqghu ghandha.
Dan gara fl-okkazjoni tal-festi tricentinarji, 1688-1988,
mill-erezzjoni tal-parrocca mill-Isqof Davide Cocco Palmeri fit-28
ta' April 1688. Ghalhekk kien
xieraq li l-parrocca missjunarja tan-Nadur stiednet kardinal
missjunarju biex jiehu sehem f'dawn il-festi.
Kienet okkazjoni unika ghall-parrocca.
Il-Kardinal wasal in-Nadur, il-Hadd, 26 ta' Gunju 1988.
Mal-wasla tieghu n-Nadur, bierek u ffirma fuq il-Bandiera
tan-Nadur bit-tliet kuluri, abjad, isfar u ahmar bix-xemx fl-isfond.
Din il-bandiera kienet giet maghzula minn kumitat
straordinarju nhar id-29 ta' Jannar 1987, bhala parti mill-preparazzjonijiet
ta' dawn il-festi. Fost
diversi attivitajiet huwa inawgura u bierek il-monument ta' dawn
il-festi fil-Bazilka. Ghalkemm kienu ngabru eluf ta' liri ghal dan it-tricentinarju, in-Nadurin
li jhobbu l-missjoni u habbew lil dan il-Prelat, fit-tlitt ijiem li
dam fosthom gabru s-somma sabiha ta'
Lm6,000 ghall-missjoni tieghu.
Fl-14
ta' Mejju 1997 naraw li l-Kardinal Otunga jirtira mill-kariga tieghu
sena qabel ma titlob il-Knisja, u dan minhabba sahhtu, fl-età ta'
74 sena. Ghalhekk gie
nnominat bhala Arcisqof emeritus ta' Nairobi u lahaq minfloku l-Arcisqof
Ndingi Mwana a'Nzeki. Hekk
marru jiktbu fil-gurnali dwar dan il-Kardinal: "The
humble Cardinal never dithered when it came to voicing what he
thought was right." -
"He was such a humble, caring servant
of God." Dan
l-ahhar kien rikoverat fl-isptar Mater Misericordiae f’Nairobi,
il-Kenja fejn, wara marda twila miet fis-6.45 ta' fil-ghodu (hin
tal-Kenja), nhar is-Sibt, 6 ta' Settembru, fl-età ta' 80 sena.
Gurnata qabel il-funeral tieghu, il-Gimgha, 19 ta' Settembru,
il-katavru tal-Kardinal gie espost ghal qima tal-pubbliku
fil-Bazilika tas-Sagra Familja, f'Nairobi, fejn baqa hemm matul
il-lejl. L-ghada
s-Sibt, inzamm il-funeral tieghu fl-Istadium Nazzjonali Nyayo fejn
giet iccelebrata quddiesa presente
cadavere mill-mibghut tal-Papa, il-Kardinal Emm T. Polycarp
Pengo, Arcisqof ta' Dar-es-Salem, li kien assistit min-Nunzju
Appostoliku ghal Kenja, l-Arcisqof Mons. Giovanni Tonuccu u l-Arcisqof
ta' Nairobi, Mons. Ndingi Mwana a' Nzeki.
F'din il-koncelebrazzjoni hadu sehem ukoll 15-il Isqof mill-Kenja
u mill-Kontinent Afrikan u sacerdoti ohrajn.
Ghall-funeral kienu prezenti eluf kbar ta' nies fosthom il-President
tal-Kenja Mwai Kibaki li ghamel diskors ta' tifhir lill-mejjet
Kardinal Otunga. Kif kienet
ix-xewqa tieghu fit-testment li halla, huwa gie midfun fic-cimiterju
ta' Santu Wistin, Msongari, f' Nairobi, fil-10.00 ta' fil-ghodu.
Hawnhekk fin-Nadur nhar il-Erghba, 24 ta' Settembru saret
koncelebrazjoni mill-membri tal-Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata
Bazilika mmexxija mill-Arcipriet Mons. Salvu Muscat fejn ghamel
omelija ta' l-okkazjoni. Il-Kardinal
Otunga zgur jibqa’ mfakkar ghal tjubitu u l-umiltà kbira li
dejjem wera mal-proxxmu tieghu. Ghalhekk
wara hajja tassew ezemplari bhala nisrani, u sacerdot ta' Kristu
ghal kwazi 53 sena, (li minnhom 46 sena kienu bhala isqof u 30 sena
bhala kardinal), bix-xieraq li jmur jahsad, dak li zera’ b'tant
ghaqal u tbatija, fil-glorja tal-genna.
O
Mulej aghtieh il-mistrieh ta' dejjem.
|
|||
|
|
|||