
|
+L-Iben t'Alla sar Bniedem - Ottubru 2005 | Numru 470 L-EDITORJAL
Fit-tielet jum il-bidwi xtaq li jserrhu xi ftit mix-xoghol iebes. Kellu kartell patata u ried li l-guvnott jaghzilhom f'erba' kategoriji… il-kbar li 'l quddiem kellhom jinzerghu, tan-nofs li riedhom ghall-htigijiet tal-familja, iz-zghar li kien bi hsiebhu juzahom halli jitma' l-bhejjem u l-imhassrin biex idemmel l-ghalqa bihom. Hallieh jahdem wahdu bhas-soltu imma meta gie lura filghaxija skanta ghax il-guvnott kien ghadu bilkemm fela nofs il-kartell.
"Illum hadtha ftit bil-mod!" qallu l-bidwi. U jekk biex tifli patata trid iz-zmien, ma jidhirlekx li certi decizjonijiet fil-hajja li minnhom jiddependi l-futur tieghek trid ukoll iz-zmien biex tasal ghalihom. Min jiddeciedi fuq dak li jhoss fil-mument jixraqlu l-qawl "qattusa ghaggelija frieh ghomja taghmel". L-ghazliet tal-hajja jehtiegu l-hsieb, il-parir u t-talb. ESPERJENZI LI JISTGHU JSERVU TA' LEHHA DAWL GHAL MATUL IT-TRIQ
Jghidilna meta darba kien qieghed ihares u jitpaxxa bil-gmiel artistiku tal-maqdes ta' San Lawrenz, f'Ruma meta f'daqqa hass forza misterjuza messagg gewwien ferh li ma setax ifisser esperjenza li fixlitu. Ghax Sir Kenneth kien ateu u qatt ma emmen f'qawwiet barra mill-bniedem u allura din il-grajja ssummatu fixklitu u hawditu. Xtaq li dak il-hin jinzel gharkobbtejh jadura lil Dak li kien messlu qalbu. Izda beza' ghax x'kienu jghidu hbieb x'kienu jghidu qrabatu jahsbuh li qed jiggennen. U Sir Kenneth flok fetah bieb qalbu ghalqu sewwa ma riedx jisma' ghax fehem li l-'iva' tieghu tfisser hafna u hassu iktar komdu kif kien milli kif riedu l-lehen izda anke meta ghaddew hafna snin baqa' jiftakar f'dak il-jum tal-ghageb meta daq il-ferh genwin li d-dinja qatt ma taghtu. C S Lewis mhux inqas maghruf minn Clark ghal min ihobb il-letteratura Ingliza. Bhal Clark kien atew u bhalu wkoll hass forza qawwija tipprova tiftah bieb qalbu. U hu jzomm anqas biss ibexxaq imma l-forza baqghet timbotta u fl-ahhar irnexxielha tiftah. C S Lewis hassu mrekken f'kamartu. Kultant jghid 'le' drabi ohra jghid 'iva'. Sakemm fl-ahhar iddecieda u llum C S Lewis hu meqjus wiehed mill-ahjar kittieba tas-seklu ghoxrin. 2 esperjenzi. 2 risposti. Ahna ma' liema minnhom naghmlu? DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna dwar ... IZ-ZMIEN
Iz-zmien huwa tant ovvju imma fl-istess hin misterjuz. Jekk jieqaf ghal mument, kollox jieqaf; ma hemmx iktar zmien lanqas il-prezent! Min-naha l-ohra jekk tghid waqaf ghal mument lanqas ikun spicca ghax mument huwa zmien! Mid-dehra l-idea li z-zmien jista' jieqaf tista' tinhaseb biss fiz-zmien, bil-kuncetti 'qabel' u 'wara' u allura tohrog id-diffikultà tremenda li timmagina 'barra z-zmien'. X'inhu allura dan iz-zmien li jghaddi jekk inhuwa hemm, u huwa hemm biss jekk jghaddi li jista' jkollna l-esperjenza tieghu? U tant jaharbilna! Ghalina z-zmien huwa s-sensiela mill-futur, ghal prezent, ghal passat u li donnu jimxi biss f'din l-ordni. Imma ma huwiex il-futur ghax dan ghadu ma sarx u lanqas il-passat ghax dan ghadda. Rigward il-prezent dan mument b'mument qed jitbiddel mill-futur ghall-passat. X'inhu dan il-prezent elusiv mhaxxem bejn il-futur u l-passat li ma jezistux? Dak li qrajt sa issa minn dan l-artiklu digà huwa passat u ma ghadux jezisti fiz-zmien, ghalkemm sa certu punt ghadu jezisti bhala memorja, izda memorja li tahdem biss fil-prezent. Li jgibna ghad-dilemma jekk memorji li hadd ma jiftakar ghadhomx fl-ebda sens jezistu. U l-futur? Il-futur immedjat huwa dak li jigi ftit qabel il-prezent. Aktarx li tkompli taqra dan l-artiklu imma mhux bilfors – forsi jcempel it-telefon, forsi tixba' taqra, jew forsi tmut… hu x'inhu l-futur ma jezistix – kull tama, anticipazzjoni u pjan jezistu biss fil-prezent, u jsehhux jew le nkunu nafu biss meta l-futur inezistenti jizloq u jsir passat. Idea komuni hafna hija dik tad-destin, dik li l-futur digà qed hemm u li bilfors irridu nghadduminnu – qisu xi rota ta' film bis-sekwenza ta' l-istampi lesti, u li biex jiehdu l-hajja momentarja jridu jghaddu wahda wahda minn quddiem il-lentijiet u d-dawl. Hija paragun qawwi u ta' xi konsolazzjoni ghal min ma jridx jiffaccja r-realtà universali indifferenti u ta' cans, barra li wkoll il-vantagg li jnaqqas is-sens ta' responsabbiltà. Imma d-destin huwa kelma ohra ghal predestinazzjoni li tnehhi r-rieda hielsa u tant tidhol f'dilemmi teologici. Fuq kollox ma hemm ebda xhieda ta' xi destin. Ghix il-prezent. Parir tajjeb kieku imma fil-fatt ftit ghandna ghazla ohra, ghalkemm il-memorja tal-passat u l-pjanijiet ghal futur huma parti importanti minn dan il-prezent. Intant x'ghandha xi tghid ix-xjenza fuq iz-zmien? ghalkemm ghadna ma nafux ezatt n-natura taz-zmien, però s'issa nafu (sakemm tista' tkun taf ix-xjenza) li z-zmien kellu bidu, li jimxi f'direzzjoni wahda, u li huwa relattiv. Skond l-ahjar xhieda ta' l-origini ta' l-univers, dan beda f'mument definittiv, l-hekk imsejha Big Bang, madwar 15-il biljun sena ilu, fejn il-materjal u l-energija bdew jespandu minn dimensjonijiet ultramikroskopici. Il-mistoqsija x'kien hemm qabel il-Big Bang jew go fiex qed jespandi l-univers ma jaghmilx sens ghax kemm iz-zmien u kemm l-ispazju bdew mal-Big Bang. Il-mistoqsija imma, x'ikkawza l-Big Bang tehodna fid-dinja stramba tal-kwantum fejn mhux kull effett ghandu kawza u fejn il-virtwali jista' jsir realtà kif nafuha. Madanakollu s'issa l-mistoqsija, ghaliex l-ezistenza milli x-xejn ghadha minghajr twegiba xjentifika. Ser ikollu tmiem iz-zmien? Jiddependi x'ser jigri mill-univers. Jekk dan jibqa' jespandi z-zmien jibqa' ghaddej, imma jekk l-univers fih materjal bizzejjed, (mistoqsija li ghadha mhix solvuta), dan jerga' jikkollassa fuqu nnifsu, fl-hekk imsejha Big Crunch, u allura z-zmien jerga' ma jibqax jezisti ghal dan l-univers partikolari. Mil-esperjenza ta' kuljum nafu li z-zmien ghandu direzzjoni, jimxi mill-futur ghall-prezent ghall-passat. U d-distinzjoni bejniethom hija ovvja. Jekk, per ezempju naraw zewg ritratti, wiehed ta' tazza fuq mejda u l-iehor tat-tazza mfarrka fl-art, nafu preciz s-sekwenza tar-ritratti. Il-kurjuza hija imma, li fuq livell subatomiku, din id-direzzjoni taz-zmien mhix ovvja. Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta' Novembru FORSI JINTERESSAWK Min irid, isibha t-triq... jew it-tellieqa Ghal hafna snin lin-nisa ma kinux jippermettulhom jiehdu sehem f'maratoni u f'tigrijiet twal bhal nghidu ahna t-tigrija ta' 10,000 metru. Ghax kienu jghidu li l-fiziku tal-mara ma jiflahx ghal dak l-istrapazz. Izda Katherine Switzer riedet turi li dan ma kienx veru. Inkitbet ghall-maratona ta' Boston taht l-isem ta' K V Switzer. Kien tard wisq meta l-organizzaturi ntebhu b'dan u kellhom ihalluha tigri. U fil-fatt waslet bhal ma waslu l-kompetituri rgiel. Anzi waslet qabel hafna minnhom. U hekk rebhet ghan-nisa d-dritt li jippartecipaw f'dawn il-maratoni. U wara dahhluhom ukoll fit-tigrijiet olimpici tal-10,000 metru. Ghal min irid jasal ma hemmx skuzi. Ghal min ma jridx jasal tghidx kemm ifittixhom. Quddiem il-problema Ragel kien rieqed taht sigra tal-coconut u ha l-qatgha ta' hajtu meta frotta ghaddiet zbrixx minn ma' rasu. Intebah li din ma waqghetx imma ntefghet. U ma gharralux ghax ezatt fuqu ra xadina tikxef snienha. Indanna ghaliha u kien ser jaqbad ponn gebel u jwaddabulha. Imma minflok qabad il-coconut, qasamha, xorob l-ilma, kiel il-frotta u uza l-qoxra biex ikollu fejn izomm l-ilma meta taghmel ix-xita u jkun imbieghed mill-abitat. Quddiem il-problemi tal-hajja hawn min jiddispra u hawn min jibbrilla. Papa bi tbissima Il-Papa Gwanni XXIII meta kien ghadu kardinal fi Franza kien mistieden ghal ikla li fiha kien prezenti wkoll ir-Rabbi Lhudi ta' Parigi. Meta kienu dehlin flimkien fis-sala, ir-Rabbi Lhudi ghamel sinjal b'idejh biex il-Kardinal Roncalli jidhol qablu: "Le, ma jixraqx. Int hawn tirraprezenta t-testment il-qadim u jien il-gdid. U bhal ma jaf kulhadd il-qadim kien qabel il-gdid." Meta ma tistax tehodhom mieghek... Meta awtur famuz Franciz sar jaf li zijuh hallielu fortuna qal: "Nittama li ghaz-ziju bdiet hajja ferm ahjar ...u nahseb li anke ghalija." Ma tistax…
Ma tistax tixtrih Qis li tonfqu tajjeb… IZ-ZMIEN. "Sorry!" Gurnalist kiteb artiklu ahrax fuq Morarji Desai, dak iz-zmien kap ta' l-istat ta' Bombay fl-Indja. Wara zmien il-gurnalist iddispjacih u kiteb lil Morarji biex jiskuza ruhu. U Morarji wiegbu: "Tahseb li hu sewwa li tikkritikani fil-pubbliku u tiskuza ruhek fil-privat?" AHBARIJIET TA' INTERESS IZZEWGU
Peter Paul Camilleri ta'
Triq ta' Said lil Tracy Falzon ta' Triq San Blas; Filwaqt li nifirhu u nawguraw futur hieni lil dawn il-koppji nfakkruhom fit-talb jekk iridu li l-familji taghhom ikunu mibnija fuq pedamenti sodi. Il-familja li titlob flimkien tibqa' flimkien. IL-LAQGHA TA' SETTEMBRU Kellemna s-superjur Benny Mercieca dwar il-fidi. Hmistax qabel il-laqgha taghna, il-Papa kien iltaqa' maz-zghazagh fi Munich u rajna xeni tassew sbieh ta' zghazagh jitolbu. U wahdek tistaqsi kif tant zghazagh kapaci jidhlu daqstant fil-prezenza ta' Alla u ahna, li sa minn twelidna mgharrqin b'kull haga religjuza, rari naraw daqstant profondità fit-talb. Ghax il-fidi hi mod ta' hajja. Facli tghid imma jkun vojt jekk ma jaqbilx ma' dak li tghix. Artisti msemmija kapaci jghixu r-religjon taghhom minkejja l-materjalizmu li norbtu mal-professjoni taghhom. Ir-religjon mhix mod ta' hajja tad-dghajjef u l-bezzieghi izda tan-nies ta' principju li jaghrfu li akbar minna hemm Alla u rridu nduru lejh f'kull waqt ta' hajjitna. Sfortunatament issib uhud li fi zmien l-inkwiet u l-problemi biss ifittxu l-kenn ta' Alla u jinsew li bhala nsara suppost li dejjem inhossu l-bzonn tieghu anke meta kollox miexi kif nixtiequ. Il-knisja ma ghandhiex timtela' biss fi zmien il-ghawg izda s-sena kollha. Kurun Camilleri ta' Triq l-Imgarr tela' fir-rigali fl-ahhar tal-laqgha. Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. IL-LAQGHA TA' OTTUBRU – STEDINA Il-laqgha ser issir nhar is-Sibt 1 ta' Ottubru fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca. Habib, jekk dan is-sajf ftit rajniek 'l hawn sewwa taghmel proponiment li taghmel li tista' biex tattendi. Zmien il-vaganzi ghadda wkoll u jekk bl-iskuza ta' hrug u bahar ma konniex insibu hin ghal-laqghat issa z-zmien li nergghu narawk. Infakkrukom li wara l-laqgha jkun hemm loghba bejn dawk prezenti fuq il-pitch ta' l-artificial turf. Jekk ghadek ma lghabtx ibqa' zgur li ma' xi tim tinghaqad. IR-RABA' WILD TAL-FULJETT TAGHNA Ghadna kemm hrigna r-raba' ktieb fis-sensiela IL-HBIEB ISEJHU BL-ISTEJJER. Fih 500 storja ohra li dehru f'dan il-fuljett taghna bejn Mejju 1999 u Novembru 2003. Tistghu takkwistawh mill-MUSEUM taghna u mill-hwienet ewlenin tal-kotba. Jiswa Lm2.50. EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA [Gesù qal:]
"Min irid jigi warajja Xena mill-film 'American Anthem' turi zaghzugh li ma jridx jaccetta l-fatt li tilef sieq f'incident. Jaghlaq il-purtieri ta' kamartu ma jara lil hadd u jqatta' l-hin fid-dlam, jisma' l-muzika. Qabbel din ma' xena ohra li jirrakkonta Robert Bruce. Kien ghaddej minn triq iffullata meta sema' lil xi hadd jghanni ferhan. Meta sab mnejn kien gej ma riedx jemmen lil ghajnejh. Kien ragel bla saqajn ghaddej go siggu tar-roti. Dak li ma accettax salibu sab id-dwejjaq;dak li accettah, sab il-ferh u l-libertà. X'salib hemm f'hajti li qed insib bi tqil biex naccetta? Irrodd hajr lil Alla ghall-bzonnijiet specjali tieghi ghax minhabba fihom sibt lili nnifsu, xoghli u lil Alla tieghi. Helen Keller IS-SIGGU L-VOJT
"Dan li ser nghidlek ma ghidtu lil hadd… anqas lil binti l-ghaziza. Hajti kollha qatt ma tghallimt nitlob. Fil-knisja dejjem kontu tkellmuna fuq it-talb izda d-diskors kien jibqa' ghaddej minn fuq rasi. Ma bqajtx naghti kas. Kont ghaddej minghajr talb. Sakemm xi erba' snin ilu, habib antik qalli li t-talb hu semplicement diskursata ma' Gesù. Flok ma' bniedem li tarah bhalna, titkellem ma' Gesù u tghidlu dak kollu li turi lil habib tal-qalb. Habibi qalli biex naghmel siggu vojt u nimmagina li hemm Gesù bilqieghda fuqu. Xejn stramb. Semplicement nahseb li Gesù qieghed hdejja u qed inkellmu. Hu stess qalilna li ser jibqa' maghna. Ippruvajtha u tant hadt gost li ghadni naghmilha kuljum… kultant ghal sighat shah. Ma nhossnix aktar wahdi. Kristu nhossu mieghi fil-kamra. Nibza' li taqbadni binti nitkellem ma' siggu vojt u tahseb li mohhi qed jehfief." Il-kappillan skanta bic-carezza tal-hsieb tax-xwejjah u heggu biex ikompli jaghmel hekk. Talab xi ftit mieghu u ghamillu l-Grizma tal-Morda. Zewgt iljieli wara l-bint cemplet lill-kappillan biex tinfurmah li missierha kien halla dan il-wied tad-dmugh. "Kellu mewta serena?" staqsieha. "Nahseb li iva. Qabel tlaqt ghall-hanut sejjahli hdejh. Qalli kemm ihobbni u biesni. Meta mort lura xi siegha wara insibu kesah. Imma hemm xi haga stramba fuq mewtu. Mid-dehra qabel miet missieri ghamel rasu fuq is-siggu l-vojt. Ghalfejn tahseb?" Il-kappillan mesah demgha u qalilha: "Nixtieq li lkoll kemm ahna mmutu bhal missierek!" It-talb hu l-aqwa rigal li nistghu nircievu. IL-KURRIKULU TA' KELB-GHALLIEM
Meta xi hadd mahbub jidhol id-dar, igri lejh u ilqghu b'imhabba tal-genn. U fuq kollox… Afda f'sidek. Jaf aktar minnek x'tehtieg. ________________________________________ > Lura ghall-pagna ewlenija < |