|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Kien ghaddej
helu helu fi triq dritta, isuq bil-lajma ghax ma kienx mghaggel.
Imma f'daqqa wahda ha l-qatgha ta' hajtu meta minn triq
tal-genb harget karozza u spiccat imsammra ma' tieghu.
Hareg mill-karozza tieghu f'daghdigha izda s-sewwieqa tal-karozza
l-ohra kkalmatu:
"L-importanti
li ma weggajtx!"
"Ma tafx x'qatgha tajtni!"
"Nista' nahseb. Jiddispjacini."
U dlonk harget
flixkun whisky u tazza tal-plastik u offrietlu drink.
Ir-ragel
legligha bil-qalb u l-mara offrietlu grokk iehor u iehor. U malajr legleg xi hames grokkijiet jew
sitta. Ghalkemm kien ghadu msahhan ghall-incident hassu grat lejn it-tjubija
ta' din il-mara li ppruvat tghinu jeghleb il-qatgha li kien ha.
U rringrazzjaha ghall-qalb tajba taghna. Izda malajr gidem ilsienu meta waslu l-pulizija u l-mara qaltilhom:
"Ippruvawlu
kemm ghandu alkohol fih u tkunu tafu min hu l-htija ta' l-incident."
Xi hadd darba
qal "ix-xitan jaf iwassal bomba f'kaxxa mgezwra b'karti sbieh u
kkuluriti." Inkunu boloh
meta nhallu l-apparenzi jmexxuna u l-hazin ma jsir qatt tajjeb anke jekk
min joffrihulna jzieghel bina u jcarrat halqu bi tbissima.
MID-DJARJU
TA' DR A J CRONIN
Nistqarr li kont sejjer
tajjeb bhala tabib. Kelli
klijentela eccellenti u finanzjarjament zgur li ma kellix ghalfejn
ingerger. Izda kont inhoss
certu vojt fija li qalja kont naf x'inhu. Mentalment kont inhossni ghajjien hafna aktarx htija tas-sighat
tax-xoghol li kont naghmel. Iddecidejt
li nfittex parir mediku u d-decizjoni kienet li niehu ftit xhur ta'
mistrieh. Ninsa x-xoghol ta'
tabib. Nerga' lura lejn l-Iskozja
u noqghod sitt xhur hemm. Maqtugh
mill-hajja tas-soltu. Peress
li f'qalbi dejjem hassejt x'jimbuttanti biex nikteb xi storja,
iddecidejt li dan il-hin ta' mistrieh niddedikah ghal dan il-ghan. U hekk bdejt nikteb.
Kellna dar ghall-kwiet
u t-tfal kienu jimirhu ferhana fil-madwar.
Haga li qatt ma setghu jaghmlu Londra. U jien kont nintasab kmieni kmieni f'kamarti u nibda nhazzez
hsibijieti fuq pitazzi taz-zewg soldi. Nikteb pagna wara
pagna. Kultant
inhossni kuntent b'li kont naghmel u drabi ohra nhoss li kitbieti ma
tiswiex karlin. Iddecidejt li
nibghat kopja ta' dak li kont ktibt lil dar ta' pubblikazzjoni biex
inkun naf kif jahsbuha dwar xoghli. Izda
bqajt bla risposta. Hassejt
li tieghi kien zmien mitluf. Qbadt
il-pitazzi u ghaffigthom. Imbaghad
qbadt it-triq li kienet isserrep gor-raba' u tlaqt bla ma naf ezatt fejn
ser twassalni.
Iltqajt
mal-bidwi
Argus. Konna sirna hbieb u
kont ghidltu bil-hsieb tieghi li nikteb ktieb.
Staqsieni fejn wasalt u meta ghidtlu x'kont ghamilt immuta. Ma qalli
xejn. Imbaghad tenna qisu ma qed jitkellem ma' hadd.
"Dil-bicca raba'
ilha generazzjonijiet f'idejn il-familja taghna. Nannuwi kien jahdimha bit-tama li ssir ghalqa
ghammiela. Missieri ghamel l-istess. U
issa kien imiss lili. Ittamajna
ghalxejn izda bqajt nahdimha ghax nemmen bi shih li xi darba din ir-roqgha
raba' ghad issir ghammiela."
Infridna u jien grejt
lura d-dar u ergajt gbart il-pitazzi li kont ghaffigt. Bhal Argus ridt nibqa' nahdem minkejja li ma kontx qed nara
success. U ma ddispjacinix. Illum dawn iz-zewg pitazzi ta' zewg soldi xterrdu mad-dinja
fin-novella ‘Hatter's Castle'. Storja li nbieghet fuq tliet miljun kopja, giet tradotta
f'iktar minn 20 lingwa u saret film. Tat ukoll id-daqqa tal-mewt lill-karriera tieghi ta'
tabib. Issa kont sirt kittieb.
Qatt m'hu tard wisq
li tibdel jekk thoss li din li qed tpassi mhix triqtek.
DR CORONATO
GRECH M.D. IKOMPLI JIKTBILNA DWAR
IL-WIDNEJN
Xi
nuqqas ta' smigh huwa inevitabbli fix-xjuhija meta kollox jibda jnaqqas
fl-efficjenza. L-attentat
biex titranga din is-sitwazzjoni huwa qadim hafna – xi oggetti f'forma
ta' lembut li nstabu f'Pompej aktarx li kienu attentati biex jghinu
lill-widna tisma' ahjar. Nuqqas ta' smigh totali huwa ta' dizastru, bil-pazjent
jghix f'dinja totalment siekta u bil-komunikazzjoni ssir difficli… u
minghajr il-gost sublimi tal-muzika.
F'dan l-aspett l-iktar persunagg famuz tragiku kien il-kompozitur
Germaniz Ludvig van Beethoven (1770 – 1827) li fl-ahhar snin ta' hajtu
spicca trux ghal kollox; xi bicciet mill-isbah muzika li hallielna
semaghhom biss f'mohhu.
Intant, ghalkemm
il-bniedem biss donnu kapaci jaghmel muzika permezz ta' strumenti li
vvinta, hafna annimali ghandhom sens tajjeb ta' smigh li huwa addattat
ghad-dinja partikulari taghhom.
Il-widnejn fl-annimali:
Hafna annimali ghandhom sens ta' smigh (u ta' bilanc), ghalkemm
hemm varjazzjoni fl-ghamla u sensittività ta' l-organi, b'xi whud,
bhall-friefet il-lejl, qtates, klieb u xi nsetti, kapaci jisimghu hsejjes
li ahna ma nisimghux.
Xi nsetti ghandhom
speci ta' widnejn li jikkonsistu biss f'membrana li tivvibra mal-hsejjes
u li tinsab f'partijiet diversi tal-gisem imma qatt fir-ras. Per ezempju f'xi gurati, fl-iwriezaq u f'xi bahrijiet
dawn qeghdin fil-gnub taz-zaqq waqt li, f'xi gurati ohra u f'hafna grilli, qeghdin fis-saqajn ta'
quddiem.
Insetti ohra ma ghandhomx dawn il-widnejn imma jisimghu b'antenni
prominenti ta' xaghar sensittiv fuq ir-ras jew f'postijiet ohra
tal-gisem. Per ezempju hafna speci
ta' nemus u nemel ghandhom dawn l-antenni fir-ras waqt li hafna speci ta'
hanfus ghandhom dawn l-antenni fin-naha ta' wara taz-zaqq.
Hafna dud ghandhom ukoll xaghar matul gisimhom kollu.
Il-hut certament jisma'
ghalkemm ma ghandhomx widnejn esterni u lanqas tambur, ghalkemm hemm bhal
zewg dahliet ikkumplikati fuq kull naha tar-ras li jmissu mal-buzzieqa ta'
l-arja li hafna hut ghandhom f'zaqqhom.
F'xi hut hemm anke katina ta' ghadmiet zghar biex jaghmlu l-konnessjoni
u jzidu s-sensittività tas-smigh. Il-hoss
jilhaq il-widnejn ukoll billi jghaddi mill-gisem kollu tal-huta.
Fil-hut hemm ukoll l-ewwel organu tal-bilanc, tubi b'likwidu u
particelli jew otoliti li jinfurmaw lill-mohh dwar il-movimenti u l-pozizzjoni
tar-ras biex imbaghad il-mohh jiehu l-azzjonijiet mehtiega.
L-amfibji ghandhom
widnejn tan-nofs u ta' gewwa ghalkemm mhux ta' barra.
Fiz-zring wara l-ghajnejn hemm bhal membrana f'forma ta' diska
li sservi ta' tanbur. Il-widna
tan-nofs fiha ghadma wahda li tghaddi l-vibrazzjonijiet ghal widna ta'
gewwa fejn jibdew in-nervituri li jiehdu ghall-mohh.
Fir-rettili s-sens
tas-smigh ivarja hafna. Il-bicca
l-kbira ghandhom widnejn tan-nofs, b'ghadma wahda, u ta' gewwa
ghalkemm il-kukkudrill ghandu tinja li tipprotegi l-widna mill-ilma.
Però hafna sriep ma ghandhomx widna tan-nofs u ta' gewwa u
ghalhekk ma jisimghux hsejjes gejjin mill-arja ghalkemm ihossu minn ma'
gisimhom kollu hafna vibrazzjonijiet gejjin mill-art.
(Dr
Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta' Novembru)
FORSI
JINTERESSAWK
Hsieb
laterali
Jason Hodges
jirrakkonta li f'parking kbir quddiem knisja kattolika, ragel u mara
dehru gejjin f'karozza. Ir-ragel
hareg u l-mara dahlet minfloku biex issuq.
U bdiet tipprova tipparkja. Izda
tghidx kemm laqtet karozzi qabel ma rnexxielha ddahhal il-karozza
f'postha. Jason ma hamilx u mar fuqhom.
"X'intom
taghmlu?"
"Qed nghallem lil marti ssuq u tipparkja."
"Allura ggibha hawn f'dan il-parking?"
"Ghax hawn ma jkunx hawn ghassies u la darba jkunu dahlu fil-knisja ma
johorgux qabel tliet kwarti. Nahseb
li taqbel mieghi li dan hu l-ahjar post."
Hin il-prova
Meta jkunu jharrgu l-klieb
tal-pulizija jghadduhom minn hafna tentazzjonijiet qabel ma jaghtuhom
id-diploma ta' success. Ikunu
hdejn sidhom u jibdew it-tentazzjonijiet.
Issa bicca laham tfuh imma ghal kelma ta' sidhom ‘tmisshiex',
il-kelb jilghaq xofftejh imma ma jitharrikx.
Imbaghad jitfghu xi sausage qrib tieghu imma l-istess, ghal kelma
ta' sidu ma jikolhiex. Izda
hafna jaqghu ghat-tielet tentazzjoni meta jitilqulhom qattus ckejken u
minkejja l-ghajjat ta' sidhom hafna klieb juru li ma humiex kapaci
jeghlbu l-istint naturali.
Alla jizen l-ghotjiet
taghna b'kemm inzommu ghalina.
Dlam imdawwal
Id-dlam xtaq jistieden
lix-xemx biex tghaddi ftit fil-ghar tieghu mohbi 'l gewwa f'muntanja
kbira li biex tilhaq it-tarf tieghu ridt iddum isserrep ghal bosta mili.
Hemm gew qatt ma kien ra d-dawl u d–dlam kien ferhan li hadd ma
seta' ghalih.
"Ejja," qalilha
lix-xemx, "halli int ukoll ikollok l-esperjenza tad-dlam."
U x-xemx laqghet l-istedina
ghax f'qiegh qalbha xtaqet li tghix din l-esperjenza l-gdida mqar ghal
ftit sighat.
Izda ghalkemm
dahlu ferm 'l gewwa d-dlam ma kienx hemm... kien qed jaghmel wisa' lid-dawl.
Dawl ix-xemx warrab
id-dlam... it-taghlim iwarrab l-injoranza. It-tnejn
ma joqoghdux ma' xulxin.
Baqa' jistennieh
Hemm leggenda li tghid
li f'jum il-Gudizzju Universali kien hemm ferh u briju kbir fil-genna.
Kulhadd ferhan ...hlief ghal wiehed.
Gesù kien jidher imdejjaq ...wahdu fejn il-bieb.
Pietru lemhu u telaq bilgri.
"X'ghandek Mulej?
Ghala qieghed wahdek hdejn il-bieb?"
"Qed nistenna lil Guda!"
Gesù ma jaghmilx
limiti ghall-mahfra.
Waqt priedka
Ha naghsa helwa u malli
stenbah staqsa lil ta' ma' genbu:
"Mela ghadu ma
spiccax?"
"Ilu li spicca jghallem ...imma ghadu sejjer!"
AHBARIJIET TA'
INTERESS
IZZEWGU
Anthony Bugeja ta'
Triq l-Emigranti lil Florence Garcia ta' Triq San Blas;
Joe Paul Rapa ta' Triq San Blas lil Erica Josette Camilleri ta' Triq
il-Qala;
Marilyn Sammut ta' Triq San Blas lil Josef Saliba (Xaghra);
Christopher Portelli ta' Triq l-Imgarr lil Fiona Grima (Victoria);
Angie Refalo ta' Triq San Blas lil Charles Gatt (Xaghra).
Filwaqt li nawgurawlhom
futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb.
Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien.
IL-LAQGHA TA' SETTEMBRU
Il-laqgha saret erbat
ijiem qabel il-festa tal-Bambina u ghalhekk kien xieraq li naghmlu
lezzjoni b'differenza dwar il-Madonna u d-devozzjoni lejha. Kellna hsibijiet u qari ta' esperjenzi dwar ommna tas-sema.
Dawk prezenti hadu gost jisimghu dwar il-hajja ta' Patri
Olandiz Titu Brandsma li miet fil-kamp ta' koncentrament ta'
Dachau u n-nurse li tatu l-injezzjoni fatali kkonvertiet permezz
tal-kuruna tar-ruzarju li taha mumenti qabel inghaqad mal-hallieq tieghu.
Aktar vicin taghna kienet esperjenza li certu Oliver Howard
ippubblika fuq gurnal lokali xi ftit tax-xhur ilu.
F'din l-esperjenza jattribwixxi
lill-Madonna ta' Pinu s-salvazzjoni tieghu u ta' dawk li kien
responsabbli minnhom fit-28, 29 u 30 sular tat-Trade World Center Two.
Dawk kollha prezenti nghataw kuruna tar-ruzarju biex jiftakru
fil-qawwa ta' din it-talba li tatna ommna tas-sema.
Fl-inkwadru tal-Madonna
li tellajna wara l-laqgha tela' Josef Buttigieg ta' Triq San Indrija.
Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks
li qassamna wara l-laqgha.
LAQGHA SPECJALI
Quddiesa b'suffragju
ta' Dun Mikiel Attard... il-qassis twajjeb li beda l-laqgha tal-guvintur
fil-Qasam taghna.
Kien Awissu tas-sena
1965 meta t-twajjeb Dun Mikiel holom bil-laqgha tal-guvintur.
Wara l-festi li saru fl-okkazjoni tal-ftuh u t-tberik tal-Qasam
il-gdid konna organizzajna laqgha ghall-guvintur.
Laqgha ta' darba. Izda Dun Mikiel xaq li tibqa' ssir kull xahar.
U qal b'din il-holma tieghu lill-guvintur prezenti.
Dawn hadu gost bl-idea u weghduh li jaghmlu hilithom biex jibdew
jattendu. U frott din il-holma twieled ukoll il-fuljett ‘Il-Hbieb
Isejhu' li kellu jfakkar lill-guvintur tar-rahal fil-laqgha taghhom.
U hekk kull l-ewwel
Sibt, Dun Mikiel, mhux biss kien jahseb ghal xi kelliemi biex iwassal
il-messagg, imma kien ukoll jintasab fit-tarf tas-sqaq biex bil-prezenza
tieghu jfakkar lill-guvintur fil-laqgha taghhom.
U dam jaghmel hekk ghal bosta snin sakemm id-djocesi assenjatlu
xoghlijiet u mpennji ohra li ma ppermettulux jibqa' jattendi regolari
ghal dawn il-laqghat. Izda
qalbu baqghet dejjem mal-laqgha li hu kien welled.
U issa li Dun Mikiel
halliena nhossu li hu dmir taghna li nibqghu niftakru fih.
U proprju fil-laqgha ta' l-ewwel Sibt ta' Ottubru – li
b'kumbinazzjoni tahbat 65 jum ezatt minn mewtu biex nghaqqduha mas-sena
li bdiet il-laqgha – ser naghmlu quddiesa b'suffragju.
Ser iqaddisha Mons Salv Muscat, l-Arcipriet tal-parrocca.
U ghal din il-quddiesa
ser ikunu mistiedna mhux biss il-guvintur tal-lum imma wkoll dawk li llum
huma mizzewgin imma matul is-snin attendew xi darba ghal din il-laqgha.
Ejjew flimkien naghtu omagg lil dan is-sacerdot twajjeb li tant
hadem biex nebbet u xettel din il-laqgha li ghal kwazi erbghin sena
wasslet messagg nisrani lil mijiet ta' guvintur Nadurin.
EKU EVANGELIKU FI
ZMINIJIETNA
[Jum minnhom il-Farizej
gergru ma' Gesù ghaliex id-dixxipli tieghu ma kinux iharsu certi
ligijiet. Gesù qalilhom:]
"Is-Sibt
sar ghall-bniedem
u mhux il-bniedem ghas-Sibt." {Mk
2:27}
Il-film
‘The Snake Pit'
hu dwar id-destin ta' xi morda mentali
f'manikomju stil antik.
F'xena minnhom, xi hadd xtara tapit
ghas-salott tal-manikomju.
Izda dawk li kien hemm
jiehdu hsieb l-isptar
qalu lill-pazjenti biex
iduru madwaru
biex b'hekk ma jithammigx.
Hekk ghamlu
u l-iskop tat-tapit intilef.
Gesù gibed punt jixbah lil dan.
Ifakkar lill-Farizej
li l-Ligi qieghda hemm biex isservi lill-bniedem
u mhux il-bniedem biex iservi l-Ligi.
F'liema
cirkustanzi jien qed nipperikola
li npoggi l-ligi jew l-oggetti
qabel in-nies?
Ahjar
tkun qalbek tajba d-dar
milli tahraq l-incens f'post imbieghed.
QAWL CINIZ
IL-HMAR
Bidwi
kellu l-isfortuna li l-hmar tieghu jaqaghlu go bir. Il-bhima damet sighat shah tghajjat u tibki filwaqt li l-bidwi kien
jahseb x'jista' jaghmel. Fl-ahhar
qataghha. L-annimal kien xih,
u l-bir kien irid jordmu. Ma
kellux ghalfejn itella' l-bhima.
Stieden lill-girien u
lill-hbieb biex jghinuh. Qabdu pala u bdew iwaddbu l-hamrija u t-terrapien
ghal gol-bir u l-povru hmar beda jaghti biz-zewg u jiddispra.
Izda f'daqqa wahda ma baqax jinstema' twerziq tiela' mill-bir.
Hadd ma stenna li ser jilbet daqshekk malajr.
Ftit pali aktar tard,
il-bidwi ttawwal fil-bir. Ma
riedx jemmen lil ghajnejh. Ma'
kull pala li kienet tispicca fuq dahru l-hmar kien jaghmel xi haga li hu
qatt ma stennieha. Kien
ifarfar dak li jispicca fuq dahru u jitfghu taht saqajh.
U hekk baqa jaghmel ma' kull pala.
Bil-mod il-mod beda tiela', tiela'.
Ma damux wisq ma raw il-hmar jaqbez 'il barra mill-bir.
Xi kultant il-hajja
tixhtilna t-terrapien fuqna. Sabiex
nohorgu mill-bir hemm bzonn li nfarfruh u nitilghu fuqu.
Nuzaw l-istess terrapien ta' vantagg ghalina nfusna.
Il-problemi taghna jistghu jkunu ghajnuniet.
Nistghu nitilqghu mill-aktar bjar fondi billi ma nilbtux… qatt ma
naqtghu qalbna. Tfarfar u
aqbez fuqu!
Ftakar fil-hames regoli
biex tkun ferhan:
1. Nehhi l-mibeghda
minn hajtek – Ahfer.
2. Nehhi l-inkwiet minn mohhok – Hafna nkwiet ma jsehhx.
3. Ghix hajja semplici u apprezza dak li ghandek.
4. Aghti aktar.
5. Stenna inqas.
Fl-ahhar:
Jghidu li l-hmar gidem
lil sidu talli ried jaghmillu hekk u l-bidwi miet bl-infezzjoni tal-gidma!
Dak li trid taghmel lil haddiehor idur fuqek.
KUN
OTTIMIST
Il-hajja
f'din id-dinja hi gholja,
imma ghandek gratis dawra madwar ix-xemx darba fis-sena.
Hu
gost meta taghlaq sninek.
Aktar ma jkollok – aktar tghix.
Il-ferh
jidhol minn bibien
li anqas tkun taf li hallejt imbexxqa.
Qatt
innotajt li min jasal tard
bosta drabi jkun ferhan
hafna iktar minn dak li halla jistenna?
Bosta
minna jispiccaw fil-qabar
bil-muzika taghhom ghadha fihom.
Int
tista' tkun bniedem wiehed fid-dinja
imma tista' tkun id-dinja ghal bniedem wiehed.
Certi
zbalji fihom hafna dahk
biex taghmilhom darba biss!!
Tibkix
ghax ghaddiet;
tbissem li saret.
Bniedem
ferhan hu dak
li kapaci japprezza x-xenarju
meta jkollu jibdel it-triq.
Nistghu
nitghallmu hafna minn kaxxa kuluri:
uhud pil-ponta; ohrajn sbieh;
x'uhud skuri, ohrajn jisimghhom stramb;
u kollha ta' kulur differenti... imma
kollha jghixu hienja fl-istess kaxxa.
>
Mur lura ghall-pagna
principali
|