----
IL-HBIEB ISEJHU
Ottubru 2003 | Harga Nru. 446
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Mara dehret sejra tigri lejn l-ghelieqi kmieni kmieni filghodu tghajjat lil zewgha biex imur malajr lejn id-dar ghax is-sultan kien baghat ghalih. Ir-ragel mar ma’ martu u meta lemah lis-suldati qalilhom:

“Ahbar tajba jew hazina?”
“Ma nafux.”

U mar maghhom.

Meta rritorna d-dar filghaxija deher kalm u seren u martu, kurjuza ghall-ahhar, qaltlu waqt li qalbitlu biex jiekol:

“X’riedek is-sultan?”

Ir-ragel, bejn bukkun u iehor, beda jghidilha:

“Ghandu ziemel sabih u jridni nghallmu jitkellem!”
“Jitkellem?”
“Iva... fi zmien tliet snin.  U jekk ma jirnexxilix jaqtaghli rasi.”
“Int mignun. Taf li qabdek taghmel l-impossibli u tibqa’ kalm bhallikieku ma gara xejn!”

“Ghaziza marti ghax ghandi nhabbel mohhi mil-lum fuq problema li fadlilha tliet snin ohra.  Sa dak iz-zmien is-sultan jista’ jmut jew jibdel hsiebu... jien nista’ mmut u ghalhekk ma jkunx jista’ joqtolni. Jew jista’ jmut iz-ziemel u allura ma nkunx nista’ nghallmu jitkellem. U biex inkunu ghidna kollox... forsi min jaf... wara tliet snin iz-ziemel veru jitghallem jghid xi kelma!”

Gesù qalilna: ‘Bizzejjed ghal jum it-tahbit tieghu.’  Nghixu l-prezent ghax ilbierah ga telaq u ghada ghadu ma giex.


PIT STOPS 2

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Charles Colson kien wiehed mill-iktar nies influwenti fl-amministrazzjoni ta’ Nixon. Meta nkixef l-iskandlu ta’ Watergate spicca l-habs imma flok iddisprah, dan iz-zmien ikkonvertih. Colson sar religjuz ferventi, u ghamel hafna gid jippriedka lil Kristu fost il-foqra ta’ Harem fl-Istati Uniti.  Kien ihobb jghid:

“Meta kelli hafna setgha kont nahseb li ftit hawn bhali kont inhares ’l isfel lejn l-ohrajn... u la tkun qed thares dejjem ’l isfel difficli tintebah b’DAK li hemm fuq.”


Kien sinjur. Kien maghruf. Bil-wieqfa f’nofs il-knisja kien qed itenni il-kliem: “Mulej... ma jien xejn... ma jien xejn.”

Hdejh kien hemm siehbu. Bhalu mlahhaq u maghruf. U bhalu kien qed itenni l-kliem:

“Mulej... ma jien xejn... ma jien xejn.”

Ftit ’il boghod minnhom intasab ragel fqajjar li wkoll beda jghid:

“Mulej... ma jien xejn.”

Is-sinjuri harsu lejn xulxin u bid-dahka qal wiehed lill-iehor:

“Ara daqsxejn min qed jahseb li ma hu xejn. Ghax bhallikieku hu xi haga!”

Dik il-lejla l-fqajjar mar lura lejn daru mfarrag waqt li s-sinjuri rritornaw vojta daqs kemm dahlu.


Kien xwejjah, milwi u b’dehra ta’ ghajjien. Waqt li kien qed jahdem l-ghalqa resaq magenbu ragel liebes pulit u semghu jtenni l-kelma ‘ajma’ ma’ kull daqqa ta’ mghazqa.

“Tidher li qed tbati habib!”

“Hafna, imma trid tiekol u hawn, min ma jahdimx ma jikolx.”

“Jimporta jekk nghinek?”

“Jekk thoss li trid tghinni nghidlek minn issa elf grazzi.”

...u dlonk newwillu l-imghazqa.

“Le, le, l-imghazqa zommha int... jien noqghod hawn u ma’ kull daqqa li taghti nghidlek jien il-kelma ‘ajma’.”


Tfajjel iswed resaq lejn bejjiegh tal-bziezaq li kellu ghexieren minnhom... kull kulur. Kienu jinbieghu bil-gzuz... u wara li jixtruhom, kienu jerhuhom biex jitilghu fil-berah tas-sema… joholqu atmosfera sabiha ta’ kuluri. Minn taht l-ilsien it-tifel iswed staqsa:

“Jekk nixtri buzzieqa sewda tahseb li titla’ fil-gholi bhal dawn?”

“Habib ckejken... il-kulur ftit jimporta. Jghodd biss x’tip ta’ arja ngoggu fihom!”

U dan ma jghoddx biss ghall-bziezaq!


Imma Alla, li hu ghani fil-hniena,
ghall-imhabba kbira li biha habbna,
meta konna mejtin
minhabba htijietna
tana l-hajja ma’ Kristu

SAN PAWL (Efesin 2, 4-5)  


DR CORONATO GRECH M.D. ITEMM L-ARTIKLU DWAR …

L-ISTONKU

Jezistu annimali, bhas-salib tal-bahar li biex jiekol johrog l-istonku kollu barra.  Meta jsib xi arzella huwa bil-mod jiftahha, johrog l-istonku bl-enzimi kollha li jkollu  u jixrobha – u mbaghad idahhal lura l-istonku.

U d-dudu tal-hamrija jiekol il-hamrija, li waqt li ghaddejja mis-sistema digestiva – inkluz l-istonku, titkisser u jiehu minnha l-materjal sustanzjuz – u l-bqija jghaddiha l-barra bhala dawk il-forom ta’ ‘dud’ familjari fil-hamrija.

U f’certi stonkijiet ta’ erbivori hemm kimici li nstab uzu ghalihom.  Biex il-halib jghaqqad u jsir gobon, il-proteini mahlula caseinogen jridu jinbidlu f’dawk solidi casein.  U dan isir permezz ta’ enzimu rennin li jifforma fl-istonku ta’ annimali bhall-hrief, fejn allura l-halib idum hafna iktar mahzun.  Minghajr ma kienu jafu dan kollu l-antenati sabu, empirikament, li jekk mal-halib thalli ghal ftit hin l-istonku ta’ haruf, jew tames, dan malajr jghaqqad u jsir gobon.

Qwiel u ghajdut

Kif seta’ jara direttament Beaumont, l-istonku huwa affettwat sew mill-emozzjonijiet.  Imma ghal xi raguni oskura l-antenati assocjaw l-istonku ma’ certu kuragg (‘dak stonkuz!); ghalkemm donnu iktar fil-hazin (ghandu stonku xieref!).  Minn naha l-ohra min ghandu xi haga li qed iddejqu sew ghandu ‘balla fuq l-istonku’, waqt li meta jistrieh minn dak li jkun qed jinkwetah ‘qalaghha minn fuq l-istonku’.

Medicina folkloristika

U rigward il-mard ta’ l-istonku dari kellhom ukoll certi ideat u attentati ghal kura li kienu daqsxejn strambi.  Kwazi kull ugiegh fic-centru taz-zaqq kien mahsub li gej mill-istonku u fost il-metodi biex forsi jnehhu nsibu: kamomilla – uzata bhala xarba (bhat-tè) u kemm bhala gbara (espressjoni ohra bl-istonku hija ‘gbara fuq l-istonku’).  Xarba ohra kienet dik ta’ ilma zahar li kienu jaghmluh bil-lampik minn certi laring imsejjah tal-bakkaljaw; jew sufa shuna; jew fintusi, fejn kienu jqabbdu bicca xemgha fuq il-gilda u jpoggu tazza vojta wiccha ’l isfel fuqha – ix-xemgha tintefa u l-gilda titla’ ’l fuq; u gieli anke gbajjar fejn kienu jaharqu weraq imbierek taz-zebbug go platt zghir jew sjett flimkien ma’ bicciet tax-xemgha tat-tniebri.  Jekk id-duhhan kien jitla’ ’l fuq u madwar il-pazjent kien mahsub li dan kien mghajjen sewwa (l-ghajn kienet meqjusa bhala kawza komuni ghal hafna mard).  U wara xi talb u tidwir mal-pazjent, dan impressjonat b’dan kollu aktarx jghaddilu, ta’ l-inqas jekk ma hemmx affarijiet serji.

Mard ta’ l-istonku

Fost il-mard serju ta’ l-istonku nsibu dispepsja fejn il-mekkanizmu li jipprotegi l-istonku mill-acidu jkun difettuz, u dan jirrizulta f’barxa li tista’ tkun tant serja li ttaqqab kompletament l-istonku, kundizzjoni li hija emergenza kirurgika akuta.  Imbaghad hemm dak is-sejf ta’ Demokli mdendel fuq kulhadd – il-kancer (li minnu hemm hafna tipi) li peress fl-istonku ghandu habta jibda bil-mod u generalment jdum ma juri sintomi serji, aktarx li jkun lahaq dahal ’l gew sewwa meta ssir d-dijanjozi, u allura huwa kancer qerriedi.

Intant, wara dan il-hsieb disturbanti kif nista’ naghlaq dan l-artiklu?  Ipprova ghix din is-sitwazzjoni umana mill-ahjar li tista’!


FORSI JINTERESSAWK

Il-futur ghallmu

Kien negozjant u mohhu dejjem fejn ser jinvesti flusu biex ikattar gidu.  Sikwit kien jitlob bil-qalb:

“Aghtini l-grazzja li nara l-gazzetta ta’ sena ohra biex inkun naf liema ditti ser jespandu u jaghmlu l-qliegh u nkun nista’ nixtri x-shares taghhom mil-lum!”

U darba l-Anglu tal-Mulej gablu gazzetta tas-sena ta’ wara.  Hassu ser itir bil-ferh ihares lejn ix-shares tal-kumpaniji u kien diga ddecieda kemm eluf ser jinvesti meta harstu waqghet fuq il-kolonna tan-nies li kienu mietu fil-jum ta‘ qabel... u b’ghageb kbir ghalih sab ismu!

U addio ferh... ghax intebah li mill-flus kollha li ser ikollu mhu ser jiehu xejn mieghu.  U fis-sena li kien fadallu stinka bi shih biex jaghmel investiment iehor... li kien ser jiswielu ’l hemm mill-qabar!


Kellu ragun

Xi hadd staqsa lil Chesterton (awtur famuz Ingliz) xi ktieb jixtieq li jkollu mieghu kieku jispicca eziljat fuq gzira wahdu:

“Kull ktieb li jghallimni kif nibni cattra, dghajsa jew qoxra li tghinni nerga’ mal-bnedmin.”


Fil-Qorti

Magistrat: Int mixli li f’dawn l-ahhar sentejn ma kellimt qatt lil martek.

Mixli: Ma xtaqtx ninterrompiha!


Li tista’ int u li jaghmel Alla

Id-dixxiplu wasal hdejn l-gharix ta’ l-imghallem u qallu:

“Tant ghandi fiducja f’Alla li anqas irbatt il-hmar ghax naf li Alla jiehu hsiebna lkoll.”

“Mur u orbtu ghax il-Mulej mhux ser jaghmel dak li tista’ taghmel int!”


Jammeti ta’ l-ohrajn biss

Il-President John F. Kennedy waqt laqgha li kellu mal-mexxej Russu Nikita Khrushchev qallu:

“Iva int qatt ma tammetti zball?”

“Jien nammetti l-izbalji kollha li saru mill-mexxejja ta’ l-Unjoni Sovjetika li gew qabli.”


Kien hemm bhalhom ukoll

Rahli dahal f’ristorant u qabel beda jiekol radd is-salib. Xi zghazagh li kienu qrib bdew jidhku bih u wiehed minnhom staqsieh:

“Hekk kulhadd jaghmel f’pajjizek qabel jibda jiekol?”

“Le... il-bnedmin biss jaghmlu bhali. L-annimali qatt ma rajthom jitolbu qabel jibdew jieklu!”


Xi hadd mar fejn id-Duka ta’ Wellington u qallu:

“Sinjur, ma hemmx iktar minn 100,000 suldat ma’ Napuljun.  Ahna ghandnda izjed minnu.”

“Napuljun wahdu jiswa 40,000!” qallu d-Duka.


AHBARIJIET TA’ INTERESS

IZZEWGU

Moira Grima ta’ Triq il-Qala lil Jeffrey Saliba (Xewkija);

John Paul Buttigieg lil Gracelyn Rose Portelli – it-tnejn minn Triq il-Qala;

Tony George Pace ta’ Pjazza San Pietru u San Pawl lil Jezabelle Rose Portelli ta’ Triq Xandriku;

Simon Peter Said ta’ Triq Dun Gorg Preca lil Dona Solcova (Praga, Repubblika Ceka).

Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien, infakkruhom fit-talb ...b’mod specjali l-Quddiesa u r-Ruzarju.  Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.


IL-LAQGHA TA’ SETTEMBRU

Kellemna Dun Anton Grech, qassis zaghzugh mir-Rabat li ghal dawn l-ahhar sitt snin qed jahdem ta’ missjunarju fil-Guatemala.  Dan hu pajjiz tropikali fl-Amerika Centrali li hu maghruf ghar-rebbiegha perpetwa tieghu.  Izda minkejja din is-sbuhija naturali kollha fih hafna ingustizzji – bhall-pajjizi l-ohra ta’ l-Amerika Latina – fejn tara ftit nies li huma sinjuri u l-maggoranza huma foqra.  99% tan-nies huma bdiewa li jahdmu ghelieqi li anqas biss huma taghhom  Il-Knisja Kattolika li ghandha madwar 70% tal-popolazzjoni hija dik li tipprova tohloq kuxjenza socjali.  Htija ta’ hekk Isqof spicca maqtul fl-1998.  F’dan il-pajjiz fqir il-problemi huma bosta … hafna jabbuzaw mill-alkohol – specjalment l-irgiel; hafna, biex jaharbu mic-cirku vizzjuz tal-faqar, jaharbu lejn l-Amerika b’kull mod possibli ...u l-lista tibqa’ sejra.  Izda minkejja dan kollu huma nies semplici li tarahom japprezzaw l-aktar affarijiet komuni ...bizzejjed taghtihom lapes biex tara wicchom jixghel – affarijiet li ahna anqas biss nistghu nimmaginawhom.  Dun Anton stqarr maghna li minkejja d-diffikultajiet kollha jhossu sodisfatt hafna meta jaf li qed iwassal lil Gesù lil dawn il-kattolici ghatxana ghat-taghlim. 

Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.  Daniel Mifsud ta’ Triq Dun Grezz tela’ fil-kartiera u l-kurcifiss.


IL-LAQGHA TA’ OTTUBRU

Ser issir nhar is-Sibt 4 ta’ Ottubru fit-8.15p.m.  Kelliemi mistieden ghandna lil Dun Michael Galea li ghadu kemm ha dottorat minn Università Amerikana u zgur li ser izewwaq il-lezzjoni tieghu bl-esperjenzi li ghadda minnhom is-safar.

Mela habib tinsiex ...nhar is-Sibt 4 ta’ Ottubru fit-8.15p.m.  Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll.  Xi haga ta’ gid tiehu mieghek zgur.


IL-KUMITAT TAL-YOUNGSTERS 2003/2004

In-Nadur youngsters qed jippreparaw ghal stagun iehor bi hsieb ahhari li jergghu jirbhu l-kampjonat ghat-tielet sena konsekuttiva.  Il-coach il-gdid huwa Kim Wright li ha post Teddie Bajada.  Il-Kumitat il-gdid huwa maghmul minn Joseph Portelli (President), Sammy Buttigieg (Vici-President), Anthony Portelli (Segretarju), Joe Camilleri (Asst Segretarju), Charlie Grech (PRO), Damian Said (Tezorier), Paul Meilak (Asst Tezorier), Joe Portelli (Nursery Manager), Saviour Buttigieg (Asst Nursery Manager), Robert Borg u Immanuel Camilleri (membri).  Minn qalbna nawgurawlhom kull success.


SNAPSHOTS

Stejjer u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom

Salesman zaghzugh mar f'rahal rurali
biex jipprova jbiegh
il-prodott tal-kumpanija.
Jum minnhom wasal hdejn dar
li mid-dehra kienet ilha tistenna dawra
u fuq il-parapett kien hemm bidwi
jitbandal fuq rocking chair.

Iz-zaghzugh introduca lilu nnifsu
u beda r-retorika biex jimpressjona:
“Sinjur, ghandi ktieb
li ghalik jiswa mitqlu deheb.
Jurik kif tista’ tahdem l-ghelieqi tieghek
ghaxar darbiet ahjar minn kif qed taghmel illum.”

Il-bidwi kompla jitbandal u wara pawsa twila lissen:
“Ibni, jien naf kif nista’ nahdem ahjar l-art
Il-problema tieghi mhux il-kif
izda l-aptit biex naghmlu!”

Bosta drabi nistennew il-jum ideali
u l-burdata biex naghmlu bicca xoghol.
Inhallu l-aptiti u l-passjonijiet imexxuna.
Ma nkunux kapaci naqbdu bicca xoghol
li tehtieg li ssir u naghmluha
minkejja dak kollu li nkunu nhossu.

L-apatija hija marda li rridu niggildulha.
Jirnexxi dak li jaf x’hemm bzonn li jsir
u jaghmlu bla ma jqis xejn.
Jekk kull wiehed kapaci jaghmel hekk
id-dinja ssir post hafna ahjar
ghax il-gid isir b’hidmietna mhux fil-fantasija.


XEJN JAQTAGHLI QALBI

Ma nhalli xejn jaqtaghli qalbi
Li jbikkini, jimlini dmugh.
Ma nhalli xejn jixhitni ’l isfel
Ghax jien ghandi hafna lqugh.

Ghandi Alla li hu setghani
Li hu fuq kollox u kulhadd
Ghandi Alla li lili jhobbni
Li ma ser jitlaqni qatt.

Ghandi ’l Kristu dejjem mieghi
Fil-problemi hajt ta’ kenn
X’hin nitolbu jwegibni
U jsabbarni f’hin il-hemm.

Meta l-mard lili jifnini
U bla sahha nkun mitluq,
Insejjah ’l Alla, u dan jismaghni
U nhossni nerga’ nsir mahluq.

Meta l-hajja tkun theddidni
Tkun serqitli l-paci intern
Ma’ sidru nhossu qed jaghfasni
Jghidli li hawn xejn m’hu etern.

U meta qalbi tkun merhija
U d-dghufija tiehu r-ruh,
F’dirghajh setghan jehodni
U ’l fuq ’l fuq inkun merfugh.

‘Dak li jien’ jinsab go fija
Hajti dejjem tkun f’idejh
‘L-Iben t’Alla’ it-tama tieghi

kuntent inkun kemm nersaq lejH.

Ma nhallix lil min jirbahli
Harsti dejjem fil-Hallieq
Hu weghedni li ser jibqa’ mieghi
Kemm fil-ward jew qalb l-ghollieq.

Harsti dejjem lejn il-genna
Ghax naf li hemm posti merfugh
Kulma naghmel hawn f’did-dinja
Nipprepara ghall-hin it-tluq.

Ghalhekk ‘Grazzi’ nghid ’l Alla tieghi
f’dak li jibghatli Hu kull hin
Ghax b‘Missier hanin jien nafu
F’hajjitna jridna ferhanin.


Aghti lil Alla
l-ambizzjonijiet u l-holm tieghek
...u imbaghad halli f’idejh.
Ma jhallix ’il riglek jizloq;
ma jonghosx il-ghassies tieghek.

Salmi 121:3

Meta ninkwetaw,
aktar inkunu nemmnu fil-problemi taghna
milli fil-weghdi ta’ Alla
Ghalhekk la thabblux raskom ghal ghada, ghax ghada jithabat ghalih innifsu.  Bizzejjed ghal kull jum it-tahbit tieghu.

Mattew 6:34


> Mur lura ghall-pagna principali