IL-HBIEB ISEJHU

-
Ottubru 2002 | Harga Nru.434
-

 

-
+L-Iben t'Alla sar Bniedem

+:: L-Editorjal

Olaf kien raghaj fqajjar imma kellu isem li kien intelligenti hafna u bosta nies li kienu jghixu fir-rahal tieghu kienu jfittxuh ghall-pariri.  Sema’ bih anke s-sultan u xtaqu li jqatta’ xi granet fil-palazz.  U f’dawn il-ftit granet is-sultan intebah bl-gherf u l-ghaqal tieghu u hajru jibqa’ mieghu fil-palazz.

Olaf kien jippreferi l-berah tal-kampanja imma ma xtaqx iwegga’ qalb is-sultan tieghu.  U maz-zmien sar l-iktar bniedem influwenti fis-saltna.  Lejh kien jirrikorri s-sultan meta tinqala’ xi problema.

Tah erba’ kmamar fil-palazz li wahda minnhom Olaf kien izommha dejjem imsakkra.  Qatt hadd ma dahal fiha.  Bil-mod il-mod bdiet tigri x-xniegha li Olaf kien isakkar id-deheb li kien jikseb minn hbieb is-sultan.  U kuljum is-somma kienet tikber sakemm bdew jghidu li fiha ghandu l-mijiet ta’ l-eluf ...u forsi l-miljuni.

Anke s-sultan sema’ bil-bicca u tant saru persistenti li darba mar hdejn Olaf u qallu:

“Imxi issa ghax irrid nara l-kamra msakkra.”
“Nippreferi li ma jara hadd x’hemm fiha,”
qallu Olaf.
“Mas-sultan mhux suppost ikun hemm habi.  Imxi issa.”

Meta fetahlu l-kamra, is-sultan staghgeb.  Fiha ma kien hemm xejn ghajr libsa u bastun ta’ raghaj.

“X’wahda din!  Ghala dan il-habi kollu?  Anqas li kienu tad-deheb!”
“Sire, dawk lili jiswewli iktar mid-deheb.  Kuljum qabel norqod niffissa nhares lejhom u ntenni l-kliem: ‘Tinsiex Olaf li minkejja li llum tokkupa post gholi fis-saltna int m’inti xejn ghajr raghaj fqajjar’.”

L-istima li r-re kellu ghal Olaf kibret bi shih minn dak il-jum ’il quddiem.

Jiswa li ahna wkoll ikollna kamra zghira li tghinna naraw il-limitazzjonijiet taghna biex nhallux rasna tikber u tintefah izzejjed.


+:: PIT STOPS

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Ghall-iskola ma tantx kien tajjeb imma ghall-basketball kien fenomenali.  Il-coach riedu jidhol fit-tim ta’ l-Università imma l-istudent ma kellux kwalifiki.  Ir-rettur ried li almenu jaghmillu ezami zghir.

“Ghidli habib, kemm jaghmlu 7 u 7.”
“Tlettax.”
“Jiddispjacini.  Ma nistax indahhlek fl-Università.”

Il-coach deher inkwetat u msahhan.

“Iva ghal zball zghir ta’ tnejn ha ttellifna player bhal dak!”

Cajta li turi li la wiehed u anqas l-iehor ma tant kienu jibrillaw fil-Matematika. Tfakkarni f’dawk fuq ix-xandir pubbliku ...prezentaturi u semmiegha li jippretendu li jitkellmu b’awtorità fuq ir-Religjon meta anqas huma ma tant jibrillaw f’taghlim l-Imghallem ta’ Nazaret.


Il-pjanista Arthur Rubinstein qatt ma kien jiffirma autographs imma darba kiser ir-regola ghax it-tfajjel li deher quddiemu qallu:

“Maestro, naf li s-swaba’ ta’ idejk huma ghajjiena ghax ilek iddoqq hafna imma anke tieghi ghajjiena wkoll ghax tghidx kemm ili ncapcaplek!”

Kumpliment iwassal iktar minn theddida jew harsa kerha!


T H Huxley, hassieb celebri u kittieb, kien jghid li hu anjostiku ...jigifieri li ma jemminx f’Alla.  Darba ltaqa’ ma’ bidwi u rah jitlob.  Waqaf hdejh u talbu jghidlu ghaliex u lil min qed jitlob.  Il-bidwi kien jaf li dan ir-ragel hu gharef hafna u qallu:

 “Ghaziz Sur Huxley.  Tipprovax taqbad argument mieghi fuq Alla u r-religjon ghax jien injorant u int gharef hafna.  Tirbahli bla tbatija.  Imma jien inhoss li l-Mulej hu missieri u matul il-gurnata nitolbu bil-qalb ghax nemmen li hu hdejja kull hin.  Din hi l-fidi kollha tieghi.”

Huxley hares lejh u kwazi mbikki qallu:

“Mhux jahasra li nista’ nemmen hekk jien ukoll.”

Il-fidi hi don li Alla jaghti lil kulhadd imma mhux kulhadd jaccettaha.


Enriku IV, sultan Fanciz kien miexi mal-kbarat tas-saltna fil-kampanja Franciza u ltaqghu ma’ bidwi li sellem lis-sultan billi baxxa rasu sa l-art.  Is-sultan baxxa rasu wkoll quddiem il-bidwi u sellimlu bil-qalb.  X’hin kienu wehidhom is-segretarju qal lis-sultan:

“L-estacode ta’ pajjizna jghid li s-sultan ma ghandu jbaxxi rasu quddiem hadd.”  
“Mela fil-kaz nibdlu l-estacode.  Jien zgur mhux ser inhalli bidwi jghaddini fl-edukazzjoni!”


X’jiswielu l-bniedem li jikseb id-dinja kollha u mbaghad jitlef hajtu? - GESU` KRISTU


+:: L-erba' zwiemel ta' l-Apokalissi

:: jikteb Dr Coronato Grech

“Wara li l-Haruf fetah it-tielet sigill… u ara, gie ziemel iswed, u r-rikkieb tieghu kellu mizien f’idu.  Imbaghad f’nofs l-erba’ Hlejjaq Hajjin smajt lehen jghid: ‘Siegh qamh bighu dinar; tlett sighan xghir dinar ukoll; imma z-zejt u l-inbid tmisshomx.’” (Apk. 6, 5-6)

“Meta l-Haruf fetah ir-raba’ sigill …gie ziemel ta’ lewn ahdar jaghti fl-isfar u r-rikkieb tieghu kien jismu ‘Mewt’ u Post il-Mejtin miexi warajh.” (Apk, 6, 7-8)  

“U lilhom inghatat is-setgha fuq wahda mill-erba’ taqsimiet tad-dinja, biex joqtlu n-nies bix-xabla, bil-guh, bil-pesta, u bil-bhejjem selvaggi ta’ l-art.” (Apk. 6, 8)

L-ebda zewg kummentaturi ma jaghtu l-istess interpretazzjoni tal-ktieb ta‘ l-Apokalissi.  U bhal kull haga ohra ambigwa bizzejjed, kull interpretu jaqra lilu nnifsu u kulhadd izid u jghid tieghu (speci tar-Rorschach test fil-Psikjatrija).  Anke fuq in-numru 666 tal-Bhima (Apk. 13, 18) jew l-144,000 ta’ dawk issigillati (Apk. 7, 4) inhliet hafna linka zejda ghax inghataw tant spejgazzjonijiet assurdi.

Intant, l-interpretazzjonijiet li nghataw mill-istudjuzi serji, jistghu jigu mqassma f’erbgha: dik ‘kontemporanja’ fejn l-awtur qed jiddeskrivi z-zminijiet tieghu, bis-seba’ knejjes ta’ l-Asja ippersegwitati mill-istat Ruman li huwa ppersonifikat fil-Bhima jew id-dragun.  B’immaginazzjoni hajja u mpressjonanti l-awtur ried jaghmel kuragg lill-Knisja embrijonika u jaghtiha t-tama li finalment it-tajjeb ser jirbah kontra l-hazen.  B’kuntrast l-interpretazzjoni ‘storika’ tipprova turi kif dak li gara wara, il-waqgha ta’ l-Imperu Ruman, l-Islam, il-Papat u anke r-Riformazzjoni kien kollu mhabbar fl-Apokalissi.  Tixbahha imma hafna iktar letterali (u fil-fatt ma sehhitx), hija l-interpretazzjoni ‘futuristika’ fejn wara zmien qasir (seba’ snin) ta’ sofferenza u tribulazzjoni ser jigi Kristu u jeqred il-qawwiet il-hziena tad-dinja, jaghmel haqq mill-mejtin u tibda s-saltna t’Alla.  Imbaghad hemm l-interpretazzjoni ‘idealistika’ fejn id-deskrizzjonijiet ta’ l-Apokalissi huma dawk generali tal-glieda bejn il-qawwiet it-tajba u dawk hziena, glieda ta’ kull zmien, imma li finalment Alla u t-tajjeb ser jirbhu. 

Intant, skond l-iktar interpretazzjoni probabli taz-zwiemel u r-rikkieba taghhom, iz-ziemel l-abjad jirraprezenta l-invazjoni minn qawwiet tal-qrib, partikularment bil-qaws li hu s-simbolu tal-gwerriera Partjani li minn zmien Gulju Cesri kienu t-terrur tal-Lvant u fi zmien Erodi l-Kbir okkupaw ghal xi zmien anke lil Gerusalemm.  U skond interpretazzjoni ohra, inqas probabli, ir-rikkieb huwa Kristu u z-ziemel jigri huwa t-tixrid tal-kelma tieghu mad-dinja (Bibbja Saydon, Testment il-Gdid, pagna 761 fejn hemm imnizzel li hija improbabli).

Iz-ziemel l-ahmar jidher li jissinifika forma ta’ gwerra jew rivoluzzjoni civili fejn il-bnedmin jitqatlu bejniethom.

Iz-ziemel l-iswed x’aktarx jirraprezenta l-guh ghax il-prezz offrut ghall-qamh u x-xghir huwa iktar gholi min-normal, tant li l-maggoranza ma jixtrux u jbatu l-guh.

U l-ahhar ziemel pallidu huwa l-Mewt ghalkemm hawnhekk l-awtur iktar donnu qed jirreferi ghal mewt li tkun ikkawzata minn pestilenza.

Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta’ Novembru


+:: Forsi Jinteressawk  

Alla ...u l-genituri Cinizi

Pittur Ciniz xtaq jaqra l-vangelu biex ikun jista’ jpitter xi xeni ta’ Gesù u ssuggerewlu jaqra l-parabbola ta’ l-Iben il-Hali.  Meta qraha ghal darba tnejn tlieta qal:

“Ahna c-Cinizi ma naslu qatt li npittru missier jaqa’ fuq ghonq ibnu u jbusu jekk dan ikun zbalja.”

Il-Missier taghna tas-sema imma jaghmilha kull meta ahna niedma nduru lejh u nitolbuh jahfrilna.


Hasibha tajjeb

Fi zmien ir-Re Lwigi XVI, bosta nisa kienu bdew isuqu l-karozzelli u billi ma kinux imharrgin kienu joholqu hafna nkwiet.  Is-sultan ma riedx jitlef is-simpatija tan-nisa u ghalhekk ghazel li ma jindahalx u halla kollox f’idejn il-Ministru Count D’Argensen.  Dan malajr sab soluzzjoni.  Ghadda ligi li tghid:

“Nisa taht il-35 sena ma jistghux isuqu.”

U b’ghageb ta’ kulhadd ma dehrux aktar nisa sewwieqa.

It-talb mhux qieghed hemm biex jibdel it-toroq li Alla hejja ghalina imma biex ahna nitbiddlu u nimxu bla tgergir fit-toroq li hejjilna.


Kien ilu kkundannat

Anaxagors – gharef Grieg – gie mixli bi tradiment u qatghuhielu ghall-mewt.  Xi hadd sab lill-gharef u qallu:

“Attent!  Is-sultan qataghhielek ghall-mewt.”
“Mhux is-sultan ikkundannani ghall-mewt imma n-natura.”


Filosofu u teologu

Il-filosofu jixbah lil ragel ghama li jfittex qattus iswed, f’kamra mdallma meta qattus m’hemmx.

It-teologu jixbah lill-filosofu ...bid-differenza li dan ta’ l-ahhar jirnexxielu jsib il-qattus!  


Staqsih int!

Ragel sab tifel li kien sejjer ghad-duttrina u qallu:

“Ghidli ftit kif seta’ Gona jdum tlett ijiem f’zaqq il-balena?”
“Meta mmur l-genna insaqsih!” qallu t-tifel bid-dahka.
“U jekk Gona mar l-infern?” rega’ r-ragel.
“F’dak il-kaz hu pacenzja u staqsih int,” wiegeb it-tifel u telaq jigri ghax ma riedx jitlef il-loghob ta’ qabel il-lezzjoni.


Id-dnub

Il-President Amerikan Calvin Coolidge kien maghruf bhala bniedem ta’ ftit kliem.  Darba wara li gie mill-knisja, martu li kienet marida, staqsietu fuqhiex kienet il-priedka.

“Id-dnub,” wegibha.
“U x’qal fuq id-dnub?”
“Kien kontra,” u hemm intemmet id-diskursata.


+:: Simetriji + Bejn grajja, riflessjoni u kwotazzjoni

 

Hemm bosta hwejjeg li ma tixtrihomx bil-flus.

Xhud ta’ hekk ghandna lil Jamie Cassell

U l-habiba taghha Janice Asta.

Ftit qabel il-vaganzi

Kienu qed jixtru flimkien

meta Jamie spiccat bil-basket misruq.

Fil-portmoni kulma kellha kienu

30 dollar u l-uniku ritratt

ta’ binha ta’ seba’ snin li

kien miet hdax-il sena qabel.

Xi hadd taha n-numru tal-karozza

li fiha harab il-halliel.

Il-pulizija qalulha li ma setghu jaghmlu xejn

qabel jghaddu l-vaganzi.

Izda Jamie ma kinitx kuntenta.

Akkwistat l-indirizz tas-suspettat

Minghand tar-registrazzjoni tal-vetturi,

marret f’daru

u talbitu l-portmoni ghaliex

‘fih hemm l-uniku ritratt ta’ ibni mejjet’.

Ir-ragel infixel.  Hawwad u hawwad

fettex u gab ‘il min fittex u sabu.

Jamie Cassell akkwistat ir-ritratt tayha

izda mhux it-tletin dollar – li ghaliha kienu hafna.

Izda t-tezor taghha ma kinex fil-flus.

 

“Ahznu fis-sema, fejn u la susa u la sadid ma jhassar,

u fejn il-hallelin u la jifthu u la jisirqu;

ghax fejn hu gidek hemm tkun qalbek.”

(Mattew 6,20-21)


+:: L-affarijiet iz-zghar

Hares ftit lejn ir-ramel.  Hafna granuli zghar li jghattu plajja kbira.  Inkella lejn taqtira ilma.  Zghira hafna.  Izda bosta bhalha jifformaw oceani shah li jghattu medda kbira minn wicc id-dinja.  L-istess meta tifli sigra.  Sigra kbira li tkennen lill-ghasafar bdiet minn daqsxejn ta’ zerriegha.

F’hajjitna hemm bosta affarijiet li jidhru zghar hafna izda li ftit ftit jibnu jew inkella jeqirdu lil hajjitna; permezz taghhom inhossuna kuntenti inkella le.  Ikunu jew rota li tghinna jew bastun li jfixkilna.

Nistghu nqabblu l-hamrija mal-hajja.  F’daqsxejn hamrija, li toqghod fil-hafna ta’ l-id, ikun hemm madwar zewg biljun mikrobu.  Fl-atomu naraw it-tama tal-paci kif ukoll il-biza’ minn qawwa distruttiva.

Xi zmien ilu xi ghasafar tal-bejt bnew bejta f’power station f’Londra.  Xi tiben waqa’ fuq xi switches li qatghu l-provista tad-dawl.  Minhabba f’hekk hames power stations ohra spiccaw bla kurrent u 265,000 ruh bla dawl ghal siegha shiha.

F’Augusta, l-Amerika bosta parking meters godda ma kinux qed jahdmu.  Hafna sewwieqa bdew igergru li xehtu l-flus u xorta wahda setghu jlaqqtu citazzjoni.  Technicians li ccekkjaw il-meters sabu li xi brimb kien ghamel il-bejta fihom u l-flus ma kinux jinzlu sa isfel.

Mhux il-kobor jghodd.  Jekk tpoggi centezmu qrib ghajnejk ma tara xejn aktar ‘il hemm minnu.  F’makna, traba ramel twaqqaf kollox u qatra zejt fl-art hi ta’ periklu kbir.  Xaqq zghir f’kanna ta’ l-ilma jfisser mijiet ta’ liri f’ilma mitluf.

U tahsibx li min hu qasir ma jsarrafx daqs min qabez is-sitt piedi. Napuljun kien 5 piedi u pulzier, Gulju Cesri 5 piedu u zewg pulzieri filwaqt li Alessandru l-Kbir 5 piedi u tlieta.  It-tul, jew in-nuqqas tieghu, ma tellifhomx milli jsiru genji militari.

Alexander H Steven, Senatur minn Georgia u Vici-President tal-Confederate States kien qasir hafna u jizen anqas minn 40 kilo.  Darba wara tahdita mqanqla, membru tal-Kungress qallu:

“Nahseb li nista’ nibilghek u anqas inkun naf li kilt xi haga.”
“F’dak il-kaz,” kompla Stevens, “ikollok aktar mohh f’zaqqek milli qatt kellek f’rasek!”

Michelangelo naqqax uhud mill-isbah skulturi.  Il-figura ta’ David, meqjusa fost l-aqwa kapulavuri, irnexxielu johrogha minn blata li kien warrabha Bascelino – skultur iehor.

Tistenniex lil haddiehor jaghmel sehmu.  Ibda int.  Inkella jigrilek bhal dawk l-ispanjoli li riedu jaghmlu festa u kulhadd kien mistieden jiehu mieghu flixkun inbid.  Wiehed wiehed bdew jirragunaw bejnhom u bejn ruhhom li jekk taghhom jimlewh bl-ilma hadd ma jinduna.  Billi kulhadd haseb l-istess, mill-bettiegha hareg ilma pur u d-dnub ta’ kulhadd inkixef.

F’hajjitna huma bosta l-affarijiet li jidhru rrelevanti.  Izda dawn jistghu jkunu bastun li fuqu nistriehu nkella wiehed li nissawtu bih.  Ahseb kbir minkejja c-cokon tal-haga li tkun qed twettaq.  Ma hemmx ghalfejn li jifirxulek tapit ahmar quddiemek biex tkun importanti.  Dak it-tezor li ghandek go fik mhux bilfors jidher minn barra.  Hu hsiebu.  Irrifletti fuq il-versi ta’ D Malloch:

“Jekk ma tistax tkun harruba fil-gholi
Kun almenu pjanta fil-wied
Izda qis li tkun l-isbah wahda li twarrad
li ssebbah u tnessi l-inkwiet.”

> Mur lura ghall-pagna principali