|
Parrocca Nadur |
|
orgni
Ghal din is-sena gie wkoll irrestawrat l-orgni kbir mir-restawratur u organista s-Sur Robert Buhagiar. Dan l-ahhar saritlu operazzjoni kbira ferm fejn barra li nqala kull parti minnu dam jahdem fuqu ghal aktar minn sena shiha. Dan l-orgni kien wasal fil-Kolleggjata fis-sena 1897 f' zmien l-ewwel Arcipriet Kan. Gwann Camilleri (1881-1910). Dan inhadem fil-fabbrika tal-Kavallier Pacifico Inzoli fil-Crema gewwa l-Italja. Meta tlesta l-orgni f'Mejju 1897 li kien il-142 wiehed li, gie mehud mill-fabrika tieghu ghal belt ta' Milan ghal esibizzjoni maghrufa li kienet issir f'dik il-belt importanti ta' l-Italja. Hawn l-orgni gie mfahhar minn kulhadd ghall-mekkanizmu modern li kellu u ghalhekk inghata l-ewwel premju. F'Gunju 1897 l-orgni ntbaghat lejn Malta halli jigi stallat fil-knisja tan-Nadur.
Kellu tastiera ta' 56 u pedaliera ta' 27 nota. B'kollox kien fih 736 kanna muzikali li kienu mqassma fi 418 fir-registri tat-tastiera u 108 fil-pedaliera. L-orgni kien se jigi jqum 6000 frank tad-deheb. Izda l-ispiza totali, materjal, xoghol u trasport, kient wasslet ghas-somma ta' 7416 frank. Din is-somma kienet tigi fuq £300 lira sterlina ta' dak iz-zmien, somma kbira hafna ghal dak iz-zmien ta' faqar. Gie imbierek u nnawgurat fis-6 ta' Gunju 1897. Insibu li 17-il sena wara, izdiedulu r-registru tal-vjolini li sewa mal-£100 lira sterlina ohra. Dan kien sar fis-6 ta' Gunju 1914, fiz-zmien l-Arcipriet il-Kan. Dun Martin Camilleri (1910-1921). Zdiedlu 226 kanna ohra biex b'hekk l-orgni b'kollox jikkonsisti f' 962 kanna muzikali.
KWADRU ARTISTIKU Gie
wkoll irrestawrat il-kwadru artistiku tar-Ruzarju mir-restawratur u
pittur Dun Charles Vella Attard.
L-ewwel taghrif fuq dan il-kwadru jwassalna sas-sena 1712
meta thallsu xi pagamenti lis-sacerodt Francesco de Dominici.
Nafu li dan il-kwadru originaljament kien ferm izghar milli
hu llum. Kif naraw il-Madonna
bit-tarbija Gesł f'hogorha qieghda taghti l-kuruna tar-ruzarju
lill-Patrijarka San Duminku ta' Guzman li ghandu l-kelb bit-torca
hdejn riglejh. F'dan
il-kwadru kien hemm l-istemma ta' l-Isqof Davide Cocco Palmeri li
kien miet fil-1711. Madwar
dan il-kwadru kien hemm hmistax-il kwadru zghir ovali tal-misterji
tar-ruzarju. Dawn gew
impittra minn diversi pitturi.
Izda meta mbniet il-knisja l-gdida, dan il-kwadru tkabbar u
giet mizjuda l-figura ta' Santa Roza ta' Lima filwaqt li l-arma ta'
l-isqof tnehhiet. Insibu
li fid-9 ta' Frar 1843, il-pittur Ghawdxi Klement Busuttil thallas
ghax-xoghol li ghamel fuq il-kwadru tar-Ruzarju.
Twarrbu wkoll il-hmistax-il kwadru tal-misterji, li fejn
illum ghadhom migbura fis-sagristija fejn qeghdin jigu wkoll
irrestawrati minn Dun Charles. |
|||
|
|
|||