
| Novembru 2006 - Harga Nru
483 + L-Iben t'Alla sar Bniedem Rudolf,
vjolinista famuz Cekoslovakk, inqabad f’maltempata tal-biza’. Ma kienx jaf
fejn ser iqatta’ l-lejl u beza’ li ma jsebbahx. B’xorti tajba lemah
quddiemu l-bini ta’ lighthouse u
haffef ’l hemm bit-tama li jsib ftit kenn. Habbat u fetahlu ragel xwejjah li
laqghu bil-ferh u qsam mieghu l-ikla ta’ filghaxija. Waqt
li barra l-maltempata kienet fl-aqwa taghha Rudolf u x-xwejjah intasbu hdejn
in-nar, jitkellmu. U Rudolf qallu li kien vjolinista famuz li kien dar nofs
id-dinja u ta serati fil-bliet ewlenin. Ix-xwejjah deher li ma setax jifhem xi
tfisser serata. Donnu qatt ma sema’ bil-muzika klassika...bil-kant Gregorjan…
bis-sinfoniji.
“Allura int qatt ma smajt muzika?”
“Kuljum… u jekk tiskot tismaghha int ukoll.” Rudolf
siket u bil-mod il-mod widnejh bdew jisimghu l-krib u t-tinwih tar-rih, it-tahbit
tal-mewg mal-hitan zonqrija tal-lighthouse,
it-traxxix tax-xita mal-hgieg, it-tkarwit tar-raghad… it-tektik tas-silg…
it-thaxwix tal-frieghi tas-sigar ma’ xulxin holqu armonija maestuza.
“Dik hi l-muzika tieghi llum f’jum ta’ maltemp. Jekk ghada jisbah
bnazzi l-muzika tinbidel.” Rudolf
baqa’ sieket. Fehem kemm kienet sabiha l-muzika tan-natura u xtaq iwassalha
lil dawk li qatt ma jsibu hin jisimghuha Ikkompona bcejjec ta’ muzika
msejsin fuq din l-esperjenza u meta daqqhom qala’ hafna capcip u tifhir.
Imma lil ta’ madwaru kien ihobb jghidilhom:
“Ma tistghux tifhmu kemm isbah kienu n-noti li semmghetli n-natura!” In-natura
tippriedka kuljum lil Alla hallieq imma hafna drabi ahna ghomja u torox ghal
din il-meravilja ta’ madwarna. KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA Kien
tfajjel ta’ xi ghaxar snin jistenna
fil-kju ma’ bosta ohrajn. Jien
kont warajh ezatt u
stajt nara l-grajja kollha. Kienu
zminijiet ohra meta
ftit centezmi fi New York kienu
jaghmlu differenza. Ghaddew
ghexieren ta’ snin imma
l-grajja baqghet f’mohhi u
tibqa’ mieghi sa qabri. Kien
wasal it-tfajjel biex jinqeda u
lil dik li kienet qed tbiegh il-gelati staqsieha
dwar il-prezzijiet. Gelat
mill-kbar jiswa 80 centezmu. Iz-zghir
jiswa 60. It-tfajjel
ferra fuq wicc idu, il-flus
kollha li kellu f’butu u
meta ghodd kollox qalilha “Tini
gelat zghir” Taghtu
li talab u hu hallasha. Imbaghad
qalilha: “U
dawn ghalik talli
qed taqdi tant nies u
tferrahhom bil-gelati li taghtihom.” U
hallielha 20 centezmu. It-tfajla
tbissmitlu, radditlu hajr u
qaltlu: “You made my day!” Frazi
li mhux facli tittraduciha izda
nafu li tfisser hafna ...ghemil
it-tfajjel kien bidlilha l-jum forsi
minn wiehed ta’ tensjoni u nervi ghal
wiehed bi tbissima. U
jien tbellaht inhares lejh. Kont
naf li xtaq gelat ikbar minn dak li ordna bhalma
kienu qed jiehdu bosta imma
ghazel iz-zghir biex ikun jista’ jhalli tip lit-tfajla
tal-gelati. Inhossni
cert li dakinhar dat-tfajjel
twajjeb kien
dewwaq kuccarina ghasel lil
din it-tfajla fi
triq il-hajja. Kemm
isbah kienet tkun hajjitna bi ftit iktar altruwizmu. DR CORONATO
GRECH M.D. ikompli jiktbilna dwar IL-MAGIJA
TAL-KULURI Hemm zewg ragunijiet ghax l-affarijiet
jidhru kkuluriti – jew ghax jaghtu dawl huma stess bhal per ezempju bozoz
jew tubi; jew ferm iktar komuni ghax l-oggett qed jassorbi parti mid-dawl u
jirrifletti l-bqija, per ezempju fjura tidher hamra ghax qed tassorbi l-kuluri
kollha barra l-ahmar li qed jigi rifless ghal go l-ghajn. Ukoll jekk l-oggett
jirrifletti d-dawl kollu li jaqa’ fuqu jidher abjad, waqt li jekk jassorbi
l-kuluri kollha u ma jirrifletti xejn allura jidher iswed. Hafna oggetti
b’xorti tajba narawhom f’tahlita ta’ kuluri ta’ varjetajiet tremendi. Kif l-ghajnejn jaraw dawn il-kuluri?
Il-parti ta’ l-ghajn li hija sensittiva ghad-dawl hija r-retina, rita
kkumplikata fuq gewwa u li fuqha jigi ffukat id-dawl mil-lenti ta’ quddiem.
Din ir-retina tikkonsisti minn madwar 130 miljun cellola sensittivi ghad-dawl
u li huma principalment ta’ zewg tipi li minhabba l-ghamla jissejhu koni u
vireg, bil-koni biss sensittivi ghall-kulur. U dan isolvi wkoll il-misteru
ghaliex bil-lejl, jew f’dawl baxx ma nibqghux naraw bil-kulur. Ir-raguni
hija li f’dawl baxx il-koni ma jibqghux sensittivi u nkunu naraw biss
bil-vireg li ma humiex sensittivi ghall-kulur. Xi whud imma ma jarawx
bil-kulur lanqas fid-dawl tax-xemx. Hemm diversi tipi ta’ din l-ghama
fil-kulur, li lanqas ma huwa rari – madwar 8% ta’ l-irgiel u madwar 0.5%
tan-nisa jbatu minn xi forma ta’ dan id-difett, ghalkemm dawk li jaraw biss
fl-iswed u l-abjad huma rari. Iktar komuni huma dawk li jfixklu l-ahmar ma’
l-ahdar li ma tantx hija cajta jekk tkun xi sewwieq jew pilota. Ma hemmx kura
ghal din il-marda li tintiret u li tissejjah ukoll Daltonizmu1.
Iktar rari u stramba hija l-kundizzjoni msejha synthesia
jew ‘tisma’ bil-kulur’, fejn il-persuna tara kuluri ma’ certi
hsejjes, l-iktar komuni huwa l-kulur ahmar man-nota muzikali C. Xi kittieba
bhal Edgar Allan Poe (1809-49) jinghad li kellu minnha. Synthesia
tista’ tigi wkoll minn xi drogi bhal LSD; u f’xi mard psikjatriku rari
l-pazjent ma jkunx jaf jekk hux qed jisma’ jew jara. Certament li ghadna
lura milli nafu hafna affarijiet. Wara kollox lanqas b’ghajnejna ma
naraw. Mir-retina ta’ kull ghajn jghaddu l-impulsi ta’ l-immagni (li
originarjament huma rashom ’l isfel) man-nervaturi li jduru fir-ras
ghan-naha ta’ wara tal-mohh fejn hemm zewg centri vizwali u fejn hemm issir
l-interpretazzjoni ta’ dak kollu li l-ghajnejn qed jaraw. Kif ezatt jigri
dan ghadna ma nafux sewwa, imma peress li kull mohh ghandu esperjenzi
differenti huwa probabli li hadd ma jara preciz l-istess, avolja nkunu qed
inharsu lejn l-istess xena mill-istess post. Lanqas ma nafu ezatt kif l-ghajn
tiddistingwi l-kuluri. L-iktar teorija popolari, li lanqas ma hija moderna,
hija dik imsejha Young-Helmholtz, ghax kien bdieha l-Ingliz Thomas Young
(1773-1829) u kompla zviluppaha l-Germaniz Herman Helmholtz (1823-94). Skond
din it-teorija fir-retina hemm tlett tipi ta’ koni li huma sensittivi
specifikament ghat-tliet kuluri primarji – ahmar, isfar u blù, u minn dawn
imbaghad tifforma l-istampa kkulurita fil-mohh2. Imma ghad baqa’
hafna x’inkunu nafu. Ta’ l-inqas nafu iktar mill-Grieg Empedokoli (hames
seklu qabel Kristu) li haseb li l-affarijiet ikkuluriti jitfghu particelli
kkuluriti f’ghajnejna3; jew Platun (428-348qK) li haseb l-kontra
– li l-ghajnejn jitfghu raggi tal-kulur ’il barra. Incidentalment kien
Newton li rrealizza li d-dawl mhux ikkulurit imma li l-kulur huwa interpretat
fil-mohh4. 1 John Dalton (1766-1844) dak tat-teorija atomika moderna, kien ibati u ddeskriva din il-marda. Meta sar famuz u riedu jonorawh fl-Università ta’ Oxford quddiem ir-re, ta’ Quaker li kien ma setax jilbes l-ahmar ta’ l-Unviersità, imma solva l-bicca billi qal li ladarba huwa ma huwiex jara l-ahmar allura kollox sew! 2 Dan incidentalment huwa wkoll il-process tat-televizjoni tal-kulur fejn l-iskrin fih tikek zghar sensittivi ghat-tliet kuluri primarji tad-dawl. 3 U jekk il-particelli tghidilhom photons ta’ certi frekwenzi lanqas ma tkun zbaljat hafna. 4 Newton kien ghamel ukoll esperimenti kutrjuzi u perikoluzi fuq ghajnejh stess. (Dr Grech ikompli dan l-artiklu
fil-harga ta’ Dicembru) FORSI JINTERESSAWK Ir-risposta
fil-loghob Meta Branch Rickey irregistra lil Jackie Robinson
kien jaf li qed jilghab karta perikoluza hafna. Ghax Jackie kien ta’ gilda
sewda u sa dak iz-zmien (1945) ma kien hemm l-ebda player iswed fil-league
tal-football Amerikan. Izda la kien tajjeb Branch hass li l-gilda ma
ghandhiex isservi ta’ ostaklu. Izda qabel nizlu ghal-loghob baghat ghal
Jackie u qallu:
“Ibqa’ cert li l-players
avversarji u n-nies ser jippruvaw jaghmlulek hajtek infern. Inti rrispondihom
permezz tal-loghob tieghek.” U hekk gara tabilhaqq ghax ghall-ewwel gimghat tghidx
minn xiex kellu jghaddi Jackie. Jghajruh, jobzqulu, jhedduh. Izda hu baqa’
jilghab il-loghba tieghu sakemm sar il-benjamin tas-sapporters u kiseb isem
ghalih fl-istorja tal-football. Fetah ukoll il-bieb biex atleti suwed jidhlu fi
branka ohra ta’ sports li sa dakinhar kienet ghadha maghluqa ghalihom. Ihobbni aktar
minn ommi San Frangisk Sales darba qal:
“Nippreferi li l-gudizzju
tieghi jaghmilhuli Alla milli ommi.” Issa omm Frangisk Sales kienet thobbu b’imhabba
tal-genn imma xorta l-qaddis kien jippreferi li jiggudikah il-Mulej ghax kien
jaf li dan hu Missier li kapaci jhobb, ihenn, jaghder u jinsa d-dnubiet u d-difetti
taghna kull meta ahna nitolbuh mahfra. X’qed tistenna qabel tghidlu ‘sorry’ jekk forsi thoss li m’intix habib tieghu? Bikja fuq qabar Ragel kien qed jibki hdejn qabar u nstema’ jolfoq:
“Imma ghax kellek tmut… ghax
kellek tmut?” Rah ragel iehor u mqanqal mill-hniena… u forsi minn
ftit kurzità qallu:
“Lil min ghandek midfun hawn
habib… forsi huk… martek… ibnek… ommok… missierek?”
“Le, hawn jinsab midfun ragel li kieku ma mietx hu jien l-iktar
bniedem kuntent tad-dinja.”
“Iva mela min jista’ jkun?”
“L-ewwel ragel ta’ marti!” L-ezempju Meta Greg Louganis – champion olimpiku tad-diving –
kien hiereg minn fejn il-pool ta’
tahrig, jara tfajjel ta’ xi 10 snin ipejjep. Greg hass li ghandu jkellmu:
“Tfajjel ta’ l-età tieghek zgur li mhux suppost ipejjep.”
“Jien biex inkun bhalek. Rajtek tpejjep u din hi l-marka li toghgbok.” U dlonk urih kaxxa tas-sigaretti bhal dawk li kien
ipejjep hu. Greg stqarr li minn dakinhar ma pejjipx izjed biex ma
jkunx hemm min jaghzlu bhala role model u
jikkupjah f’haga li hu ma xtaqx li haddiehor jimitah fiha. U ghalhekk ir-role
model taghna ghandu jkun Gesù li ma jwasslilna qatt messaggi negattivi. Bniedem kbir juri l-kobor tieghu fil-mod kif igib
ruhu maz-zghir meta ma jkun qed jarah hadd. Thomas Carlyle Kelma ta’
kuragg L-awtur John Galsworthy kien fuq vapur jivjagga minn
pajjiz ghall-iehor fil-kosta ta’ l-Afrika. Jum minnhom gie hdejh zaghzugh
misthi u qallu:
“Jien m’iniex Ingliz u l-Ingliz mhux il-lingwa tieghi. Imma kemm
ili nahdem fuq il-vapuri tghallimt nitkellmu mhux hazin. Inhobb nikteb u gie
li nharbex xi haga. Forsi x’hin ikollok ftit hin hieles tkun tista’ taqra
dak li ktibt u ghidli x’tahseb… jekk ghandix inkompli jew nieqaf minn din
il-kitba.” Galsworthy qara l-manuskritt u staghgeb tassew
bil-kitba u tghidx kemm inkoraggih biex ikompli. Dak il-bahri Pollakk kien
Joseph Conrad u l-ktieb li pprezenta lil Galsworthy kien Almayer’s Folly. Ara x’gawhra kienet tintilef kieku Galsworthy ma
ghamillux hafna kuragg biex ikompli. AHBARIJIET TA’ INTERESS IZZEWGU Shaun Meilak ta’
Triq Guzè Ellul Mercer lil Maria
Deguara (Mosta); Christopher
Camilleri ta’
Triq San Gakbu lil Charlene Azzopardi (Ghajnsielem); Maria Meilak ta’
Triq il-Knisja lil Ian Xuereb (Xewkija); Sandra Grech ta’
Triq il-Madonna ta’ Lourdes lil George
Sciberras (Victoria); Geswalda Carmen
Portelli ta’ Triq it-Tigrija lil John
Paul Zerafa (Kanada); Amy Falzon ta’
Triq Guzè Ellul Mercer lil Josef Hili (Xewkija). Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien
infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien. IL-LAQGHA TA’
OTTUBRU Kellemna Dun Giovanni Curmi l-Assistant Ekklezjastiku
tal-Pastorali ghal Ghawdex. Ha spunt mill-qamar kwinta biex ikompli fuq is-suggett
interessanti tas-sbuhija. Hi kullimkien madwarna jekk nidraw narawha… fin-nies
ta’ madwarna, in-natura, l-esperjenzi tal-hajja, il-hsibijiet interni.
Sfortunatament certi nies ghadhom ma skoprewhiex is-sbuhija ta’ Gesù u
ghalhekk il-figuri dejjem nezlin ta’ l-attendenza ghall-quddies tal-Hadd.
Il-Bibbja turina s-sbuhija interna u esterna ta’ bosta persunaggi. Matul din
is-sena d-djocesi taghna ser tibbaza l-pastorali taghha fuq l-Ispirtu s-Santu.
Kif nahla kapaci ddakkar u ssebbah warda ara x’jista’ jaghmel l-Ispirtu s-Santu
jekk inhalluh jahdem fina. Zgur li jinqeda bina biex ikun hemm aktar sbuhija
madwarna. Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. Brian Muscat ta’ Triq Dun Karlu
Zimech tela’ fil-ktieb u l-kuruna. STEDINA GHAL-LAQGHA TA’ NOVEMBRU Mons Isqof Mario Grech jistiednek ghal-laqgha ta’
nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru fis-7.15p.m. Ser tkun okkazjoni unika meta r-raghaj
spiritwali taghna jiltaqa’ mal-guvintur tal-parrocca. Mons Isqof ser iwarrab impenji importanti ohra biex
jigi jiltaqa’ maghna. Xieraq li ahna, min-naha taghna, inhallu hargiet u
appuntamenti ohra u nigu ghal din il-laqgha. Tkun merhba denja lill-Isqof
taghna miz-zghazagh tal-parrocca. Mela habib tinsiex… nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru
fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca. EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA U
talab Mosè l-Mulej, Alla tieghu u qal: “...Ehda
minn xghil qilltek, u
biddel hsiebek fuq id-deni li
trid taghmel lill-poplu tieghek…” U
soghob bih il-Mulej ghad-deni li
ried jaghmel lill-poplu tieghu. {Ezodu
32: 11-12, 14} Fin-novella
Malachi’s Miracle hemm
xena kommoventi. Qassis
qed jaghmel l-almu kollu tieghu biex
jerga’ jhabbeb bahhar ma’ Alla. Il-problema
hi li l-bahhar ma
jistax jghid sincerament li
jiddispjacih ghal dak li ghamel f’diversi
portijiet fejn kien. Fl-ahhar,
f’disperazzjoni, il-qassis qallu: “Almenu
ghid li jiddispjacik tal-fatt
li ma jistax jiddispjacik!” U
b’hekk irnexxielu jasal sa
qalb il-bahhar. It-talba
ta’ Mosè ghall-poplu tixbah
lil tal-qassis li ried isalva bahhar. Nista’
niftakar episodju fejn ghamilt li stajt biex
nghin spiritwalment lil
xi hadd? Mhix
bizzejjed ghalija li nhobb lil Alla jekk
lill-gar tieghi ma nhobbux. SAN
VINCENZ TA’ PAOLA Dr Michael
Galea PhD jaghtina l-ewwel parti tad-disa’ artiklu minn sensiela ta’
psikologija applikata: 9.
Id-Dipressjoni.
(l-ewwel parti) Kundizzjoni
tas-sahha mentali mferrxa
sew hi dik tad-dipressjoni. L-affett uman, jew il-mod kif inhossuna, jista’ jew ikun normali, jew
dipressiv jew elevat. Fid-dipressjoni, kif jindika l-isem stess, wiehed jinnota
dipressjoni jew nizla fl-affett u f’kif ihossu l-bniedem. Ghalhekk, per
ezempju, persuna dipressata tkun imdejqa, bla interess fil-hajja iktar
mis-soltu, tara kollox mudlam, bla aptit, bla entuzjazmu jew eccitament,
b’sens kbir ta’ htija, bla tama, ideat suwicidali, ... Id-dipressjoni hi
anke rekordjata fl-Antik Testment, fejn ir-re Sawl hu maghruf li kellu
episodju dipressiv. Id-dipressjoni hi l-iktar komuni fost in-nisa, ghalkemm hi
wkoll mifruxa fost l-irgiel, anke jekk bosta drabi din tkun mohbija tajjeb! Fl-affett
elevat, jew manija, wiehed ihoss l-oppost ta’ dak li jhoss fl-episodju
dipressat. Ezempji ta’ manija huma dawk ta’ persuna li thossha grandjuza,
ikollha problema torqod jew toqghod bi kwieta, tparla l-hin kollu, distratta,
eccitament u energija kontinwa, ecc. Irridu
niftakru li kulhadd ghandu l-limitu tieghu. Ghaldaqstant, kull persuna hija
vulnerabli ghad-dipressjoni. Id-dipressjoni ma taghrafx razza, sess, jew
status socjo-ekonomiku. Jidher però li nuqqas ta’ hbiberiji serji jew intimi, divorzju u/jew
separazzjoni, u xi single life inattiva,
ghandhom iktar cans ta’ dipressjoni. X’inhi
l-kawza tad-dipressjoni? Hemm bosta teoriji, u bhal spiss f’dawn is-sitwazzjonijiet,
m’hemmx twegiba semplici. Però, l-iktar teorija accettata hi
dik li tindika tlett kawzi possibli: fatturi biologici (zbilanc kemikali
fil-mohh), fatturi genetici (eredità), u fatturi psiko-socjali (bhal
stress, trawma, mewt, qaghad, rebha ta’ lotterija, inkwiet, ecc.).
Bhala mizuri ghal fejqan, jezistu kemm dawk biologici (medicinali anti-dipressanti,
ecc.), psiko-terapija (counseling,
ecc.), u sistemi ta’ sapport minn familjari, hbieb, ecc. Jezistu kundizzjonijiet
ta’ dipressjoni partikolari f’certi kategoriji tal-popolazzjoni, li spiss
ma tantx jinghataw l-attenzjoni li jixirqilhom. Se nsemmi dipressjoni fost
tlett kategoriji li nhoss huma xi ftit jew wisq injorati fis-socjetà
taghna. Hemm id-dipressjoni f’ommijiet li ghadhom kif welldu, jew ahjar post-partum
depression. Studji juru li bejn ghoxrin u erbghin fil-mija ta’ l-ommijiet li jwelldu jghaddu
minn din il-kundizzjoni, f’livelli li jvarjaw. Dan hu ovvjament persentagg kbir
hafna. Qed nghidu li omm wahda minn kull tlieta ssofri u tbati minn dat-tip ta’
dipressjoni. Sintomi ta’ dan ikunu dwejjaq kbar, biki spiss (u bla skop),
bzonn ta’ l-omm li ma tinhallx u ma titlaqx lit-tarbija gdida taghha, ecc.
Forsi ta’ min isemmi li anke l-missirijiet jghaddu minn din
il-kundizzjoni,
probabli minhabba r-responsabbiltà gdida li ggib maghha tarbija fil-familja, u ta’
l-attenzjoni
inqas li tinghatalhom minn marthom b’din l-addizzjoni. Kazijiet rari huma
dawk ta’ psikozi ma’ din id-dipressjoni, fejn sahansitra jista’ jwassal
ghall-infanticidju. (Dr Galea itemm
dan l-artiklu fil-harga ta’ Dicembru)
|