IL-HBIEB ISEJHU
Novembru 2004 | Harga Nru. 4
59
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

L-ahwa Giovanni u Giuseppe Malducenna ma tantx kellhom isem tajjeb fir-rahal. Kienu sinjuruni u kellhom l-ikbar villa fil-lokal. Imperrca fuq muntanja biex ikunu maqtughin mill-popolin. Imma n-nies kienet taf li l-flus li kellhom l-ahwa ma kinux frott l-gharaq u x-xoghol imma frott is-serq.  

Izda l-mewt ma tarax foqra u sinjuri u jum minnhom giet ghal Giuseppe li kien iz-zghir fost l-ahwa. Miet wara marda qasira. U huh ried li jaghtih funeral li jibqa' jissemma. Mar fejn il-kappillan u talbu jaghmel id-diskors tal-funeral. Offrielu hamsin elf lira biex juzahom kif irid hu basta fid-diskors tieghu jghid il-kliem: ‘Giuseppe Malducenna kien qaddis'.

Il-kappillan kellu hafna bzonnhom dawk il-hamsin elf lira. Kellu dar bl-orfni u ohra bix-xjuh. B'din is-somma kien isolvi hafna mill-problemi li kellhom. Minn naha l-ohra ma setax jigdeb u jghid li Giuseppe kien qaddis meta kulhadd kien jaf li ma tantx ghex hajja ta' qdusija. Kisser mohhu jahseb izda fl-ahhar iddecieda li jzomm il-flus u wieghed lil Giovanni li ser ilissen il-kliem, ‘Giuseppe Malducenna kien qaddis'. Giovanni ghaddielu l-flus imma wissieh li jehodhom lura jekk il-kappillan ma jzommx kelmtu.

Il-knisja kienet ippakkjata bin-nies u l-kappillan ghamel priedka qawwija kontra s-serq u ma qaghadx jiddardar isemmi ezempji cari li fihom kienu implikati l-ahwa Maducenna. Giovanni deher jisbel waqt id-diskors u kien cert li ser jiehu flusu lura. Imma fl-ahhar tad-diskors il-kappillan qal:

"Giuseppe halliena. Nitolbu l-Mulej jahfirlu bhalma ghandu bzonn jahfer lilna. Issa mill-familja Maducenna fadal biss Giovanni. Jalla dan jikkonverti qabel ikun tard wisq ghax nghiduha kif inhi, paragunat mieghu, Giuseppe Malducenna kien qaddis."

Il-kappillan zamm il-flus imma lil Giuseppe ma tefghux il-genna. Ghax ghad li l-proverbju jghid li bil-flus taghmel triq fil-bahar izda ma taghmilx wahda ghall-genna. Din trid tibniha b'ghemilek ftit ftit. U dawk li jhallu ghal meta jixjiehu biex jahsbu fiha, gie li jsibu li hasbu meta kien tard wisq.


MID-DJARJU TA' DR A J CRONIN

Issa kont sirt famuz. Ghexieren ta' stediniet biex nitkellem hawn u hemm.  Udjenza li tfahharni u tixtieq li taghmel konnoxxenza tieghi. U staghnejt ghax il-bejgh tal-kotba kien sejjer tajjeb hafna. Xtrajt dar sabiha fil-kampanja ta' Sullinton Hill.

Hemm kont inqatta' hafna hin nikteb.  Minn barra ma kien jonqosni xejn.  Sinjur, maghruf, imdawwar bil-familja, nghix f'ambjent tassew sabih.  U habib ta' l-aqwa nies.  Imma ma nafx ghaliex f'qalbi kont inhoss certu vojt.  Vojt misterjuz.  Vojt li ma stajtx infissru.

Darba waqt ikla ltqajt ma' siehbi ta' l-università. Kien sar famuz ukoll ghax taha ghall-politika u kellu cans kbir li jsir ministru. Ma nixtieqx li dan li ser nikteb forsi jaghmilli xi hsara. Ghalhekk ser insejjahlu Chisholm ghalkemm dan ma kienx ismu. Sirna hbieb u sikwit konna niltaqghu u nitkellmu dwar il-karriera taghna... hu bhala politikant u jien bhala kittieb. F'qalbna konna nhossu li hadd minn shabna ma kien irnexxa daqsna.

Darba stedinni ghal ftit granet f'cottage biex inqattghu ftit granet fil-kumpanija ta' xulxin.  Kien hemm xmara zghira li kienet mizghuda bil-hut. Kienet vaganza eccellenti izda gara li s-seftura tad-dar waqghet u dehret li fekket sieqha.  Jien xtaqt li nara xi gralha izda din ix-xwejha ma riditx taf bija ghax qajla emmnet li jien tabib. Riedet li ngibulha t-tabib tas-soltu. U tghidx kemm ftahret bih u qalet li kellu qalbu tad-deheb.

U meta gie tbellahna.  Kien wiehed minn shabna fl-università.  Qatt zgur ma hsibna li ser jilhaq tabib.  Kien zopp u biex jghid kelma kien jaqlaghlek ruhek.  Anqas kont thallas karlin fih.  Frahna b'xulxin u f'kemm ili nghidlek ikkura lil din is-seftura u stedinna biex dik il-lejla stess immorru nieklu ghandu.  Stedina li lqajna bil-qalb.

Martu u wliedu laqghuna hafna. Kienet serata li zgur nibqa' niftakar.  Sehibna deher ferhan u ma jonqsu xejn. Martu u wliedu wkoll kellhom tbissima ta' ferh u sodisfazzjon. Laqtitni sentenza li kellu fl-ufficcju tieghu: ‘Taghmel x'taghmel f'hajtek ftakar li hajtek mhix ghal dejjem.  Ahseb ghaz-zmien meta ma tkunx ghadek hawn.'

Lura lejn id-dar, jien u siehbi Chisholm bqajna siekta.  Insejna s-successi kollha li tant konna niftahru bihom. Nistqarr f'qalbi li ghirt ghal sehibna.  Xtaqt li kelli ftit mill-paci tieghu. Iddecidejt li bhalu nibda nahseb ftit fiz-zmien meta ma nkunx ghadni hawn. Ridt li minn dakinhar 'il quddiem Alla jibda jilghab parti importanti f'hajti.

Il-ferh u s-sodisfazzjon ma jintrabtux mas-success.


DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu

IL-WIDNEJN

L-ghasafar kollha ghandhom widnejn f'rashom ghalkemm generalment ma jidhrux ghax mghottija bir-rix.  Il-widna tan-nofs, bhal tar-rettili, fiha l-ghadam waqt li l-koklea hija ftit imghawga.   Hafna ghasafar jisimghu daqs jew iktar mill-bniedem.  U xi ghasafar li jghixu f'gherien fondi u mudlama fl-Amerika t'Isfel u fl-East Indies, ghandhom sistema ta' navigazzjoni bl-eku, fejn il-hsejjes li jaghmlu jigu riflessi mill-ostakoli ta' madwarhom, u li b'widnejn sensittivi jkunu jafu kemm dawn huma 'l boghod.  Din it-tip ta' navigazzjoni hija zviluppata hafna iktar f'certi friefet il-lejl, baleni u delfini.

Il-mammiferi kollha ghandhom widnejn ta' barra li f'hafna minnhom huma prominenti u li jistghu jcaqalquhom halli jisimghu ahjar.  L-iljunfant ghandu l-ikbar widna esterna (madwar 1.2 metri) li sservi wkoll biex tiffriska l-gisem peress li, bhal radjatur, tarmi hafna shana.  Fil-mammiferi l-koklea hija mibruma f'forma ta' bebbuxu kif rajna fil-kaz tal-bniedem.  F'xi friefet il-lejl in-navigazzjoni permezz ta' l-eku hija zviluppata hafna u ghalhekk ghandhom strutturi apposta f'halqhom u f'wicchom kif ukoll widnejn kbar sensittivi.

Widnejn ohra: Illum bi strumenti xjentifici nistghu nisimghu hsejjes li jisimghuhom biss annimali adatti ghalihom waqt li bi strumenti ohra li juzaw hoss ta' frekwenzi gholja hafna (ultrasound) nistghu ninvestigaw l-intern tal-gisem jew inkejlu l-fond ta' qiegh il-bahar.  Jista' jkun li xi kreaturi li evolvew fuq pjaneti ohra evolvew organi ta' komunikazzjoni li juzaw frekwenzi ferm differenti minn taghna imma li bi strumenti nistghu nikkomunikaw maghhom.  Però peress li l-hoss, ghal kontra ta' radjazzjoni elettromanjetika, ma jghaddix mill-vojt ta' l-ispazju, il-komunikazzjoni bil-hoss trid tkun bilfors fuq bazi lokali.  Forsi ghad niltaqghu ma' widnejn ferm differenti milli qatt rajna s'issa …jew li nistghu nimmaginaw.

Xi ideat strambi fuq il-widnejn u konkluzjoni: Inevitibilment fl-antik, fuq il-widnejn kien hemm ideat strambi.  Il-Babilonizi kienu jahsbu li r-rieda qieghda fil-widnejn ghax dawn jircievu l-ordnijiet u huma responsabbli biex iwettquhom.  Fuq papira Egizzjana mit-tieni seklu qabel Kristu hemm miktub li l-widnejn, barra li huma ghas-smigh, huma wkoll ghan-nifs tal-hajja li jidhol mill-widna l-leminija u l-ahhar wiehed tal-mewt johrog mill-widna x-xellugija.  Kif digà rajna Alkmeon kien l-ewwel li ddeskriva t-tubu ta' Ewstakju, imma min-naha l-ohra, kien jahseb li l-moghoz jiehdu n-nifs minn widnejhom.  Ipokrate (460-377qK) kien jahseb li l-hoss jghaddi dirett ghall-mohh mill-ghadam tar-ras.  U Pitagoru (6 seklu qK) li kien l-ghalliem ta' Alkmeon, ghalkemm ma qal xejn fuq il-widna, kien ghamel studju matematiku korrett fuq il-hoss.  Galen (130-200) b'xorti tajba (minkejja l-izbalji influwenti li ghamel fl-anatomija) qal korrettament li l-hoss huwa vibrazzjonijiet fl-arja.

Kif qed naraw l-izbalji ta' dawk tal-passat, ma tantx hemm dubju li dawk ta' warajna ghad jaraw dawk taghna llum.  Ghax lanqas illum ma nafu kollox fuq il-misteri tal-widnejn.


FORSI JINTERESSAWK

Ghalik ahseb int!

It-Taljani jhobbu jirrakkontaw hrafa. Jghidu li ragel sinjur miet u t-tliet uliedu ltaqghu biex jiddiskutu l-funeral.

"Intellghuh il-knisja bi tnax-il ziemel!" qal il-kbir.

"Jien ghalija xorta wahda. Imma tnax-il ziemel ghalfejn? Tnejn bizzejjed. Inkunu qed intajru hafna flus ghal xejn," qal it-tieni.

"Jien li kien minni ma ntellghux biz-zwiemel. Missieri mejjet u mhux ser jara zwiemel. Ghax nonfqu l-flus fiz-zwiemel meta kulhadd jittiehed il-knisja minn erbgha min-nies!" kompla z-zghir.

Minn got-tebut instema lehen ix-xih:

"Tinkwetaw xejn... issa nipprova nasal bil-mixi!"

Ghal wara mewtek ahseb int ghax meta thalli f'idejn haddiehor... 


Mur ghogobhom

Tfajla tat zewg ingravati lill-guvni taghha – wahda bajda bit-tikek suwed u l-ohra sewda bit-tikek bojod.  Biex juriha kemm apprezzahom, il-guvni zanzan il-bajda bit-tikek suwed l-ghada stess.  It-tfajla x'hin ratu qaltlu:

"Mela is-sewda bit-tikek bojod ma ghogbitekx?"
"Ghogbitni hafna... imma fejn ridtni nilbisha... ghonq wiehed ghandi!"

Id-dar: il-post fejn ingergru l-izjed imma ahna stmati l-ahjar.


L-ahhar jum

Student mar fejn eremita u staqsieh:

"Kif tqattaghha l-gurnata kieku tkun taf li din l-ahhar wahda ghalik?"

"Inqum filghodu u nghid it-talb tas-soltu. Imbaghad noqghod ghal xi hin nimmedita bhalma naghmel is-soltu. Naghmel nofs ta' nhar nahdem il-gnien zghir li ghandi mac-cella. Niehu naghsa qasira u nerga' nqum nitlob u nimmedita. Imbaghad nerga' nahdem ftit iehor. Niekol, nghid xi talb u norqod."

"Imma dan kollu taghmlu kuljum?"

"U ghaliex l-ahhar gurnata ghandha tkun differenti mill-granet l-ohra?  Ma nahsibx li ser nimpressjona lill-Mulej jekk nipprova nkun differenti proprju fl-ahhar jum. Habib jien ghext dejjem bhallikieku llum kellu jkun l-ahhar jum ta' hajti."

Mhux jahasra nibdew nghixu b'tali mod li kieku nkunu nafu meta hu l-ahhar jum ta' hajjitna ma nbiddlu xejn minn dak li naghmlu s-soltu.


Esperiment

Ghamlu esperiment u r-rizultat tieghu ghaggeb lil bosta.  Poggew kwazi jhokku ma' xulxin zewg muniti ...wahda deheb u l-ohra fidda.  Wara xi xhur instab li fil-fidda kien hemm tracci tad-deheb u fid-deheb tracci ta' fidda.  Il-minerali ddakkru.  Ahseb u ara niddakkrux ahna …

Il-qawl jghid: Ghamilha mat-tajjeb u hallas ghalih imma taghmilhiex mal-hazin anke meta jhallas ghalik hu.

Tant sirna bla pacenzja li kultant nippretendu li t-talb li ntennu llum irriduh mismugh ilbierah!


Thallix ghall-ahhar

Jghidu li meta Margaret Mitchel – l-awtrici tal-ktieb ‘Gone with the Wind' - kienet qed tmut, waqt id-delirju kienet qed itenni l-kliem:

"Ghada nirranga kollox ...ghada nirranga kollox."

B'xorti hazina hafna nsara jigrilhom l-istess!


AHBARIJIET

IZZEWGU

Joseph Azzopardi ta' Triq Ghajnqasab lil M'Josette Azzopardi ta' Triq Duru;
Sandro Buttigieg ta' Triq ta' Said lil Angele Buttigieg ta' Triq San Gakbu;
Eucharist Vella ta' Pjazza San Pietru u San Pawl lil Michelle Mary Muscat ta' Wied ir-Rihan.

Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien, infakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien tibqa' flimkien.


IL-LAQGHA TA' OTTUBRU

Kien xieraq li ahna tal-MUSEUM naghmlu quddiesa b'suffragju ta' Dun Mikiel Attard ghax kien hu li holom u holoq din il-laqgha li ilha ssir kull l-ewwel Sibt ghal dawn l-ahhar 39 sena.

Qabel il-quddiesa ftakarna flimkien kemm hadem Dun Mikiel favur din il-laqgha.  Kemm stinka biex inwasslu kull xahar karta volanti li tfakkar liz-zghazagh fil-laqgha taghhom.  Minn din il-karta volanti twieled il-fuljett Il-Hbieb Isejhu.  Ftakarna flimkien kif Dun Mikiel kien jintasab f'tarf tas-sqaq tal-qasam u jistieden, bil-prezenza tieghu, lil dawk iz-zghazagh li jinzertaw ghaddejjin minn hemm.

Mons Arcipriet li ccelebra l-quddiesa ghamel accenn ghall-hidma ta' dan is-sacerdot fil-knisja, fis-seminarju, fl-ghaqdiet u anke fil-missjoni.  Kien sacerdot ezemplari li b'hajtu u b'ghemilu qarreb hafna qlub lejn Kristu.

Jalla issa li halliena nibqghu niftakru fil-holma ta' dan il-qassis twajjeb u naghmlu hilitna biex ma nfallux il-laqgha li holoq hu.  Ikun dnub li dak li tnissel u ssawwar b'tant sagrificcju nwarrbuh bl-iskuza li z-zminijiet tbiddlu u li z-zghazagh tal-lum ma ghandhomx zmien ghal-laqghat fil-week-end.  Bi sforz dak li ilu jsir ghal 39 sena jibqa' jsir ghas-snin li gejjin b'gid ghal dawk li jilqghu l-istedina.


IL-LAQGHA TA' NOVEMBRU

Ghandu jigi jaghmilhielna Mons Salv Borg, ex-arcipriet ta' San Gorg.  Wara l-laqgha ser intellghu par kanarini lizard gentilment moghtija lilna ghal dan il-ghan minn habibna Jeremy Vella.  Il-laqgha tibda fis-7.15p.m. wara t-tieni quddiesa fil-parrocca.  Ejja int u hajjar lil hbiebek jigu wkoll.

Mela tinsiex ...nhar is-Sibt 6 ta' Novembru fis-7.15p.m.


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA

[Gesù qal:]

"Tassew, tassew nghidilkom
min ihares kelmti
ma jara l-mewt qatt." 
{Gw 8:51}

Il-Pastor Thomas DeWitt Talmage
kellu fidi qawwija
fil-weghda ta' Kristu
li kull min jobdih
ma jmut qatt.

Ghalhekk, qatt ma kien jaqta' isem
ta' paruccan li jkun miet.
Hdejn isimhom kien semplicement jikteb:
‘Bidel l-indirizz'.

Minn aspett prattiku
b'liema mod
qed tibdilli l-fidi tieghi
l-hajja eterna?

Kif qed ingib ruhi ma' l-ohrajn?
Fi kliem iehor il-mod ta' kif ingib ruhi
man-nies kemm hi differenti
minn bniedem li ma jemminx?

Dak li l-bniedem jemmen
irid ikun car mhux fil-Kredu tieghu,
izda mill-mod ta' kif igib ruhu.
GEORGE BERNARD SHAW


IL-LISTA LI KULHADD GHANDU JZOMM FUQU

01. Jekk thossok imbieghed minn Alla …ahseb ftit ...min seta' tbieghed?
02. Il-biza' habbat.  Il-fidi marret tiftah.  Ma sabet lil hadd.
03. Dak li int hu r-rigal li tak Alla. Dak li issir hu dak li int ser taghtih lura.
04. Jien il-melodija tal-hajja ta' Alla u Hu jkanta l-ghanja permezz tieghi.
05. Qatt ma nistghu mmorru fejn ma hemmx Alla, u fejn hemm Hu, kollox sew.
06. F'dak kollu li qed jigri f'hajtek, ftakar li Alla qed jistenniek b'dirghajh miftuhin berah.
07. Alla weghedna li naslu bis-sliema imma ma qalilniex li ser ikollna vjagg kalm.
08. Aghmel dak kollu li tista' u orqod sew.  Alla jibqa' mqajjem.
09. Alla ghandu pjan u hsieb ghalija li hadd aktar ma jista' jaghmel minfloki.
10. Ir-rieda ta' Alla ghalik qatt ma tista' tiehdok fejn il-grazzja tieghu ma tilhaqx.
11. Ahna responsabbli tal-isforz u mhux ta' dak li johrog.
12. Ahna naghmlu l-qlugh, Alla jipprovdi r-rih.
13. Ibda inseg.  Alla jahsiblek ghas-suf.
14. Meta Alla jghidlek ‘le' dak ghaliex ghandu xi haga ahjar ghalik.
15. Ix-xoghol li ghandek quddiemek qatt ma hu ikbar mis-sahha li ghandek warajk.
16. It-talb: toqghodx tinkwieta billi taghti istruzzjonijiet lil Alla, semplicement irrapporta ghax-xoghol.
17. Hu dmiri li naghmel ix-xoghol ta' Alla u hu d-dmir ta' Alla li jiehu hsieb xoghli.
18. Il-paci tal-qalb ma jfissirx helsien mit-tigrib, izda kalma interna waqt l-inkwiet.
19. Kif kultant tkun qed iddur minn haga ghall-ohra tfittex lil Alla?  Alla ma ntilifx.
20. Alla baghatni fid-dinja biex naghmel bosta affarijiet; ghadni lura u nahseb li ghandi bzonn nghix ghal dejjem biex inwettaqhom.


TINI IDEJK

Kienet ghodwa kiesha dak il-Hadd filghodu. Il-parking ta' quddiem il-knisja kien qed jimtela gmielu. Jien u tiela' t-tarag tal-knisja ntbaht li xi parruccani kienu qed ipespsu bejniethom. Aktar ma ersaqt lejn il-bieb principali tal-knisja stajt nilmah ragel liebes zmattat taht il-portiku tal-knisja. 

Kien donnu rieqed ghad li bixret wiccu ma stajtx naraha peress li kellu kappell jghattih. Iz-zarbun tieghu kellu ghexieren ta' snin, zghir wisq ghal saqajh bis-swaba' jitfaccaw minn kullimkien. Hsibtu li kien wiehed minn dawk ta' bla dar, u la kien rieqed bqajt diehel fil-bieb tal-knisja. Tajna qima ghal xi minuti u xi hadd, mid-dehra kien ipprova jqajjem lir-ragel misterjuz. Il-migemgha bdiet tqassas imma hadd ma ghaddielu minn mohhu li jmur jigbru u jdahhlu fil-knisja liebsa ghall-funzjonijiet tal-Hadd. 

Konna ghadna nistennew lill-qassis meta l-bibien tal-knisja nfethu berah.  Ir-ragel beda tiela' l-korsija b'rasu baxxuta. Il-ghagha tan-nies zdiet. Kulhadd jghid tieghu. Baqa' tiela' fuq il-presbiterju u sab postu fuq l-ambone. Kien hemm min sahansitra kien tiela' ghalih ghaliex hemmhekk ma kienx postu. Dak il-hin neza' l-kowt imqatta' li kellu u nehha l-kappell.

Qalbi waqfet.

Hemm fuq... quddiemna... hdejn l-artal maggur kien hemm il-qassis taghna. Kien hu r-ragel bla dar. Stajt tisma' labra taqa'.

Gholla l-Bibbja u, bla ma lissen kelma, poggiha f'postha. "Nahseb li ma hemmx ghalfejn nghidilkom x'inhu s-suggett tal-Liturgija tal-lum.'  Intonalna ‘Tini idejk' u bdiet il-quddiesa.


> Mur lura ghall-pagna principali