----
IL-HBIEB ISEJHU
Novembru 2003 | Harga Nru. 447
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Kienu grupp ta’ turisti Ewropej.  Kienu tat-tajjeb u ghazlu li joqoghdu f’wahda mill-ahjar lukandi ta’ Nairobi fil-Kenja. Kellhom vaganza ta’ hmistax li matulha kellhom imorru safari biex jaraw l-annimali fl-abitat naturali taghhom... tigri u ljuni... zebras u hyienas... iljunfanti u leopardi. Kellha tkun il-vaganza ta’ hajjithom.

U anke l-ikel kien mill-aqwa. Ikel Ewropew ghax hekk xtaqu. Ma ridux jieklu ikel Afrikan ghax bezghu minn xi kontaminazzjoni. Izda jum minnhom wiehed qalilhom:

“Imqar ghal darba ghandna nduqu ikla Kenjana. M’ghandniex immutu b’ikla wahda u tkun esperjenza ghalina lkoll.”

U qablu. Imma biex ikunu certi riedu li jitlesta platt wiehed siegha qabel il-platti l-ohra biex jaghtuh lill-kelb li kienu gabu maghhom. Jekk ma jigrilu xejn il-kelb anqas lilhom ma jaghmel hsara.

Il-kelb laqqat l-ikla sa l-anqas naqra u meta rawh li beda jigri u joghla, huma wkoll kielu l-platt taghhom. Izda tard filghaxija gie wiehed mis-sefturi u qalilhom:

“Jiddispjacini hafna... il-kelb miet.”

Minuti wara anke huma bdew ihossu ugiegh ta’ kull xorta.  Brim u qtugh ta’ nifs. Hafna minnhom ingabru f’kamrithom jistennew it-tmiem. Baghtu l-ahhar telegrammi... u min kien jemmen ried iqerr.  Gew it-tobba... u staghgbu ghax ma kienx jidher li hemm food poisoning.

“Tahom kollha f’daqqa sinjur,” kien qed jirrakkonta l-wejter. “Ftit wara li ghidtilhom li l-kelb li kellhom kien miet b’daqqa ta’ karozza!”

“Mela b’daqqa ta’ karozza miet?” staqsew mibluha t-turisti li bilgri bilgri qamu minn soddthom ghax l-ugiegh u l-brim kienu ghebu malajr daqs kemm kienu gew.

Kemm drabi jigrilna bhat-turisti ta’ l-istorja... inhallu l-immaginazzjoni tigri bina... u twassalna fejn qatt ma bsarna li ser twassalna.


Pit stops 2

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Kien ilu jisma’ b’Lourdes u xtaq hafna li xi darba jmur. Imma donnu kien jonqoslu l-kuragg sakemm sema’ li l-kappillan qed jorganizza tours lejn din il-belt Marjana. Ghamel kuragg, inkiteb u hallas. Kellu kollox lest.

Imma meta wasal l-ajruport u l-ajruplan ittardja xi saghtejn jew tlieta, kien kwazi dalam meta ghajtilhom abbord. Salvu dar lejn il-kappillan:

“Ser nitilqu fid-dlam?”
“Daz-zgur.  Ghaliex?”
“Fid-dlam ma nigix maghkom.”
“Ma tigix issa!! Ghandna kollox lest u mhallas!!”
“Fid-dlam ma nigix. Dak kif ser ikun jaf fejn sejrin! Ihabbatna x’imkien!”

U minkejja dak kollu li qallu l-kappillan Salvu telaq lura lejn id-dar, perswaz li mhux ser jarahom iktar lil shabu. Meta gew lura ddispjacih... imma kien tard wisq.

Kultant l-imgiba taghna mal-Mulej tixbah lil dik ta’ Salvu mal-pilota. Ma nafdawhx. Ninsew li hu Missierna.


Ragel kien tiela’ l-muntanja meta ltaqa’ ma’ l-gharef tad-dezert.

“Kont tiela’ l-muntanja ghax nemmen li hemm fuq inkun eqreb lejn il-Mulej.”

“Isma’ minni inzel isfel… iltaqa’ mal-bnedmin u fejn tara l-htiega, ghinhom.  Ibqa’ cert li tkun hafna eqreb lejn Alla milli jekk titla’ hemm fuq!”


Dr Spence tela’ fuq il-pulptu tal-knisja tieghu (kien pastor Protestant) u ntebah li ma kellux ghajr tuzzana parruccani. Staqsa x’kien gara u xi hadd qallu:

“Hafna marru jisimghu l-predikatur il-gdid li gie fil-knisja tal-qrib ghax mistaghgbin kemm jitkellem tajjeb.”

“Mela mmorru ahna wkoll!”

U telaq mal-parruccani jisimghu l-predikatur l-gdid.

Min ihobb lil Alla ma jafx jghir.


Fil-gholi biex jidhru

Fuq it-tliet bibien tal-Katidral ta’ Milan hemm tliet sentenzi qosra:

Fuq dak tal-lemin:
“Dak li joghgob jiehu biss mument.”

Fuq dak tax-xellug:
“Dak li jnikket jiehu biss mument.”

Fuq tan-nofs:
“Dak li hu etern biss hu importanti.”


Warrbu minn nofskom kull imrar,
sahna ghadab, ghajjat, taghjir
u kull hazen.  Kunu twajbin ma’ xulxin,
hennu ghal xulxin u ahfru lil xulxin,
bhalma Alla wkoll hafrilkom fi Kristu.

SAN PAWL (Efesin 4, 31-32)


DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna dwar ix-xahar li ninsabu fih:

NOVEMBRU

Forsi ghal xi whud, ix-xahar ta’ Novembru ma tantx huwa attraenti – granet dejjem jiqsaru; temp aktarx imsahhab u xitwi; sigar minghajr weraq; vizti ghac-cimiterju; ebda festa parrokkjali (fin-Nadur ghandna l-festa sekondarja ta’ San Koronatu fit-tieni Hadd tax-xahar).  Madanakollu Novembru (mil-Latin ‘nove’ ghal disgha ghax kien id-disa’ xahar fil-Kalendarju Rumana) huwa parti mic-ciklu ta’ xhur matul is-sena u biex jigu s-sbieh l-ohra jrid jghaddi dan ukoll.  Barra minn hekk dan ix-xahar fih is-sabih tieghu.

Ghal min huwa dilettant ta’ l-astronomija, Novembru huwa fost l-aqwa xhur.  Fis-sema mudlam; bla qamar, boghod mid-dwal u wara xi bexxa xita jidhru fost l-isbah kostellazzjonijiet – Orion, bin-nebula interessanti u bil-kewkba b’isem Gharbi/Malti – Rigel (sieq); Taurus, bil-Plaeiades, grupp ta’ kwiekeb tant prominenti li huma msemmija fil-Bibbja Gob 38, 31 u fil-kitba ta’ Seneca u Milton fost l-ohrajn; Andromeda, bil-galassija li f’distanza ta’ 2.2 miljun light years hija l-iktar oggett imbieghed li jidher bl-ghajnejn biss; Perseus, bil-kewkba interessanti Algol; Gemini bil-kwiekeb taghha Castor u Pollux imsemmija wkoll fil-Bibbja Atti 28, 11; u t-Triq ta’ Sant’Anna li tghaddi sserrep bajdanija bejniethom.  F’Novembru wkoll hemm zewg bexxiet ta’ kwiekeb feggejja fit-8 u t-18 tax-xahar ghalkemm dawn id-dati huma varjabbli.  Illum forsi l-ahjar li jistghu jaraw dawn il-fenomeni huma s-sajjieda ’l barra fuq il-bahar. 

F’Novembru l-kampanja Ghawdxija, wara dik in-nixfa monotona u kannella tas-Sajf, tkun digà thaddar sew; u anke twarrad bl-abjad tal-gargir u l-isfar tal-lellux.  Fost il-frott lokali jispikka r-rummien, gheneb tal-kannizzata, bajtar tax-xewk u bettieh, filwaqt li fost il-haxix tal-borma nsibu pastard, kabocci, qargha baghli u gidra.  Dawn iktar ikunu sbieh u mmerqa jekk tkun ghamlet xita bikrija: ‘Xita f’Settembru merq tajjeb f’Novembru’.  U dari iktar mil-lum kien ikun haw qtigh u l-ghasir taz-zebbug: ‘F’Novembru jaqtghu, ikissru u jzamblu’.

Forsi ghax in-natura hija pjuttost mudlama u dezolata, Novembru huwa assocjat ma’ dwejjaq u mewt, l-iktar f’pajjizi tan-Nord fejn jaraw inqas xemx.  Ta’ min ifakkar li f’pajjizi tan-naha ta’ isfel tad-dinja, f’Novembru jkunu f’nofs ir-Rebbiegha. Ghall-Iskocciz Walter Scott (1771 – 1832):

‘November Sky is chill and drear
November’s leaf is red and sear’.

waqt li ghall-Ingliz Robert Browning (1812-89):

‘Autumn wins you best by this; its mute
Appeal to sympathy for its decay’.

Il-poeta Ghawdxi Gorg Pisani (1909-99) fil-poezija ‘Ghodwa ta’ Novembru’ jisthajlu wara l-hgieg ta’ tieqa ckejkna jara x-xita niezla b’hoss bla hlewwa u bekkej, bhal dak ta’ funeral ghaddej, li ggiblu hsibijiet ta’ dwejjaq ghax ma jara ebda hdura ta’ xi werqa jew rimja.  U jkompli jisthajjel jara nies qishom mejtin jigru lejn l-oqbra u cimiterju d-dinja.

Forsi iktar minn xhur ohra Novembru jgibna wicc imb’wicc mal-misteru tal-mewt u l-ezistenza.  U ghalkemm forsi ma tantx huma hsibijiet sbieh imma huma parti mill-kundizzjoni umana li hekk jew hekk issa ninsabu fiha.

Intant, anki Novembru malajr jghaddi.  Tliet gimghat ohra u l-gurnata terga’ tibda bil-mod il-mod titwal ...u jerga’ jkompli c-ciklu tax-xhur u staguni.


Forsi Jinteressawk

Kemm jiswew il-qaddisin!

It-Taljani jirrakkontaw storja ta’ referee li zmien ilu kien jirrefja l-loghbiet fl-ewwel divizjoni u darba kien ta penalty li ma kienx u qala’ hafna nkwiet bejn il-partitarji tal-Juventus u ta’ l-Inter f’San Siro.  L-Inter kienu rebhu 1–0.

Meta deher quddiem bieb il-Genna, l-imsejken referee kien imwerwer ghax ftakar f’dik il-loghba meta halla s-sentiment li hu dejjem hass favur l-Inter jikkondizzjonah.  Quddiemu dlonk lemah ragel xwejjah bil-lehja li hu mill-ewwel basar li hu San Pietru.

“Ahfirli San Pietru... naf li nqast imma jien dejjem zammejt ma’ l-Inter meta kont zghir u kieku l-Inter ma rebhux kienu jitilfu l-kampjonat.”

“Tinkwetax fuq hekk habib… u tghidlux lil San Pietru ghax jien fil-fatt m’iniex San Pietru.”

“Mela min int?”

“Jien San Siro!”

Tajjeb li meta ahna nidhru quddiem il-bieb is-sabih ikollna xi habib li nkunu hloqna relazzjoni mieghu permezz tat-talb matul z-zmien ta’ hawn.


L-ghira toqtol

L-atleta Grieg Theogenes ghamlulu statwa f’giehu.  Atleta iehor tant gher ghalih li mar biex ikissirha imma meta ttenta iwaqqaghha giet fuqu u ghaffgitu.

Dan inqatel bl-istatwa. L-ghajjur hafna drabi jinqatel fl-intern.


Anke fil-mewt issib min…

Ragel ftakar fil-birthday tal-mara u ordna bukkett fjuri minghand habib tieghu armat ghal dan ix-xoghol.  Dik il-lejla ghadda ghal fjuri u sab bukkett tassew sabih jistennieh.  Hallas u telaq ferhan lejn id-dar.  Il-mara tghidx kemm tbissmet meta ratu diehel bil-fjuri imma t-tbissim tbiddel f’ghajjat meta qrat il-messagg: ‘Ghaziza tieghi, strieh fis-sliem.’

Ir-ragel indiehex u dak il-hin stess cempel lil tal-fjuri biex ilumu ghall-izball izda dan tnieghed u qal:

“X’ghamilt, x’ghamilt!  Lilek bghattlek ‘Ghaziza tieghi, strieh fis-sliem’ u lil min gie biex jiehu bukkett ghal martu mietet wahhaltlu t-tikketta ‘Nifrahlek – ferhan bik illum u dejjem!”


Ghal min jemmen

Meta kien qed imut is-sultan Dwardu ta’ l-Ingilterra, kien hemm hafna familjari u korteggjani jibku.  Is-sultan deher lejhom u bit-tbissima – ghad li kien fuq is-sodda tal-mewt – qalilhom:

“Tibkux... ser inhalli art il-mejtin biex immur f’art il-hajjin.”

Ghal min jemmen il-hajja vera tibda wara l-mewt.


FIL-HAJJA

tmur f’postijiet li jiddispjacik li mort fihom.

tiltaqa’ ma’ nies li jiddispjacik li ltqajt maghhom.

tghid kliem li jiddispjacik li tkun ghidtu.

IZDA ma taghmel QATT karita li jiddispjacik li tkun ghamiltha!


Ahbarijiet ta’ interess

IZZEWGU

Frank Theuma ta’ Triq San Gakbu lil Valerie Blow (Rahal Gdid).

Filwaqt li nawgurawlhom futur sabih flimkien infakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.


IL-LAQGHA TA’ OTTUBRU

Kellemna Dun Michael Galea li ghadu gej minn snin l-Amerika minn fejn irnexxielu jigradwa b’Dottorat fil-Counselling.  Qalilna li fis-snin li dam hemm, l-Amerika ghaddiet minn zewg esperjenzi kbar li hezzu l-fundamenti tal-pajjiz.  L-ewwel wiehed kien l-attentati tal-11 ta’ Settembru fejn donnhom irnexxielhom jifqghu l-buzzieqa tal-holma Amerikana.  Dak li kien jittiehed for granted beda jfisser hafna u hareg bic-car kemm hi socjetà vulnerabbli.  L-esperjenza l-ohra kienet ta’ l-abbuz sesswali fuq it-tfal minn membri tal-Kleru.  Ghamel accenn fuq din ta’ l-ahhar peress li fl-ahhar jiem issemmew, fuq stazzjon televiziv, xi abbuzi li saru f’pajjizna stess.  Stejjer bhal dawn ghal bidu jixxukkjaw izda rridu nzommu f’mohhna li studju Amerikan sab li madwar 1% biss tal-Kleru Amerikan abbuza u mhux l-istampa li tat il-media u li poggiet lil kulhadd f’keffa wahda.  L-istess persentagg hu kostanti f’setturi ohra tas-socjetà.  Dan ma jfissirx li min ghamel hazin ma haqqux kastig.  Kulhadd ghandu jkun responsabbli ta’ dak li wettaq u l-Qrati huma l-post ideali fejn tista’ ssir gustizzja.  Minn naha l-ohra z-zghar ghandhom jinghataw kull opportunità li fejn gew abbuzati jikxfu lill-aggressur anke jekk ikun xi hadd li jigi minnhom.  Izda rridu noqoghdu attenti hafna minn dawk li joholqu xnighat foloz bi hsieb ahhari ta’ gwadann finanzjarju.  Mhux facli li tnaddaf isem li intortament gie mhammeg u ghalhekk importanti li nkunu nafu x’qed nghidu.

Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.  Tellajna kartiera (hajr lil Raymond Muscat) u kuruna li messew bix-xorti li Stefan Sultana ta’ Triq Guzè Ellul Mercer.  Wara l-laqgha sar tournament tal-football u hadna pjacir bin-numru ta’ zghazagh li ppartecipaw.


IL-LAQGHA TA’ NOVEMBRU

Ser issir nhar is-Sibt 1 ta’ Novembru fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.  Habib, dan il-fuljett hu stedina ghalik biex tattendi.  Ibqa’ cert li xi haga interessanti tiehu mieghek.  Ghalhekk ejja int u heggeg lil shabek jigu wkoll.  Sat-8.00p.m. inkunu lesti.    Wara l-laqgha ser naghmlu Knock Out fil-gamesroom: billiards, table soccer u table tennis.  Ir-rebbieha jinghataw tifkira sabiha.  Mela nistennewkom! 


SNAPSHOPTS

Stejjer u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom

It-tielet att tal-play ‘Our Town’

jibda bin-narratur jimxi fic-cimiterju tar-rahal,

Grover’s Corner, New Hampshire.

F’hin minnhom jieqaf u lill-udjenza jghidilha:

‘Hafna nkwiet indifen hawnhekk.’

Imbaghad jieqaf ftit u jghid:

‘Ahna lkoll nafu li xi haga hija eterna.

Mhux id-djar, inkella d-dinja …

u anqas il-kwiekeb …

Kulhadd jaf xi haga li ghandha

x’taqsam mal-bnedmin fih innifsu.

Qeghdin jistennew xi haga li ghad trid tigi!

Xi haga li hi kbira u importanti.

Qeghdin jistennew li l-parti eterna taghhom

tohrog fil-berah u taghtihom serhan!’

 

Matul dan ix-xahar ta’ Novembru

bosta mmorru naghtu r-rispett taghna

lill-familjari u konoxxenti li hallewna.

Sinjal li lkoll nemmnu li wara din il-hajja

hemm hajja ohra.

 

Izda x’hin toqghod tqis,

kemm qeghdin nghixu b’mod

li nuru l-fidi taghna f’din il-hajja?

Kemm qed naghzlu li ninvestu

f’dak li hemm lil hinn mill-qabar?

Jew ghaddejjin hajja bhallikieku qatt ma ser immutu?

Jiddependi minna x’ser insibu.

Jaqbel li nahsbu llum qabel ghada.


X’ghandek bzonn biex tghix ahjar il-hajja ta’ kuljum

Oggetti: Toothpick, Lastkuwa, Stikka, Lapes, Gomma, Chewing Gum, Tea Bag

Toothpick – biex tfakkrek li ghandek tigbor il-kwalitajiet is-sbieh ta’ dawk ta’ madwarek – Matt 7:1

Lastkuwa – biex tfakkrek li ghandek tkun flessibli.  L-affarijiet mhux dejjem jiguk kif tkun tixtieq, izda ibqa’ cert li kollox jigri ghall-gid tieghek... anke jekk ma tifhmux mill-ewwel — Rumani 8:28

Stikka – biex tfakkrek li ghandek tfejjaq il-wegghat, kemm fizici kif ukoll emozzjonali, tieghek u ta’ dawk ta’ madwarek — Kol 3: 12-14

Lapes – biex ifakkrek li kuljum ghandek izzomm lista tal-barkiet li tircievi — Efesin 1:3

Gomma – biex tfakkrek li kulhadd jizbalja, u b’daqshekk ma jkun gara xejn — Gen 50: 15-21

Chewing Gum – biex tfakkrek li ghandek tehel mat-tajjeb li tkun qed taghmel u kollox ittemm b’wicc il-gid meta tkun fuq in-naha ta’ Gesù — Filippin 4:13

Tea Bag – biex tfakkrek li kuljum ghandek issib hin ta’ mistrieh u tkun grat tal-barkiet li qed jibghatlek Alla l-Missier — 1 Tess 5:18


IL-LEHHA FIL-GHAJN

Kienet lejla ta’ kesha fina, fin-naha ta’ fuq ta’ Virginia, l-Amerika, hafna u hafna snin ilu.  Ix-xwejjah kien qed jistenna lil xi hadd biex jiehdu n-naha l-ohra tax-xmara iffrizata. Fid-daqna tieghu kienu ga qed jiffurmaw kristalli zghar bil-kesha. L-istennija dehret twila wisq. Kien qed iterter bil-bard u gismu beda jitlef kull sensazzjoni bit-tramuntana kiesha li kienet qed tonfoh.

Sema’ l-hoss ta’ ziemel jersaq. Qaghad jifli l-irgiel biz-zwiemel taghhom li kienu qed iduru mal-kisra. Halla lill-ewwel wiehed jghaddi bla ma ghamillu sinjal.  Imbaghad iehor u warajh iehor. Hekk kif ir-rikkieb ahhari kien qed qorob lejn il-post fejn kien minsub ir-ragel dan gibed l-attenzjoni tieghu, “Sinjur, taghmilli pjacir u twassalni san-naha l-ohra? M’iniex nara passagg fejn nista’ nimxiha!”

Filwaqt li waqqaf iz-ziemel, ir-ragel wiegbu: “Ma tafx. Itla’!”  Izda x-xih kien ga beda jibbies.  Ir-ragel kellu jinzel biex jghinu jitla’.  Wahdu ma kienx jirnexxilu zgur.  Mhux biss wasslu san-naha l-ohra tax-xmara izda hadu sad-destinazzjoni tieghu, ftit mili aktar ’il gewwa.  Hekk kif qorbu lejn id-dwejra tax-xwejjah, ir-ragel kollu kurjuz staqsieh: “Sieheb, innotajt li hallejt rikkieba ohra jghaddu minghajr ma tlabthom pjacir.  Izda malli ersaqt jien lejk mill-ewwel ghamiltli sinjal.  Jien kont l-ahhar wiehed. Ma giekx f’mohhok li jien stajt ma accettajtekx?”

Ix-xwejjah nizel bil-mod minn fuq iz-ziemel, hares fiss f’ghajnejn ir-ragel, u wiegeb: “Ilni bosta ghexieren ta’ snin hawnhekk. Nahseb li lin-nies naghrafhom sew!” U kompla, “Harist f’ghajnejn l-irgiel l-ohra u ntbaht li ma jimpurtahomx minni. Kien ikun hela ta’ hin nitkarbilhom. Izda f’ghajnejk ilmaht il-hniena u l-imhabba.  Fik rajt dispozizzjoni li tghinni fil-hin tal-bzonn.”

Ir-ragel ma sabx x’jghidlu hlief: “Grazzi tal-kummenti sbieh tieghek.  Jalla qatt ma nkun tant imhabbat li ma naghrafx il-bzonn ta’ huti l-bnedmin.”

Ma’ dan il-kliem, Thomas Jefferson, gibed ir-riedni taz-ziemel u qabad triqtu lura lejn il-White House.


> Mur lura ghall-pagna principali