IL-HBIEB ISEJHU

-
Novembru 2002 | Harga Nru.435
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

+:: L-Editorjal

Billy Graham, predikatur famuz Amerikan jirrakkonta l-grajja ta’ Donald Grey Barnhouse.  Jghidilna li dan ir-ragel tilef lil martu bil-marda qerrieda tal-kancer u hallietu bi tlett itfal, kollha taht it-12-il sena.

Kienu sejrin lura lejn id-dar mill-funeral.  Donald isuq il-karozza u mieghu tliet ulied.  Kulhadd sieket.  Donnu hadd ma jissogra jikser is-skiet tad-dieqa li kienet qed tahkem lill-familja.  Anqas dmugh ma kien fadlilhom.  Izda l-gurnata kienet wahda sabiha bix-xemx tisreg.

F’daqqa wahda dell sewdieni kesa l-karozza tal-familja bhal meta tidhol f’mina.  Dell li dam biss ftit sekondi izda li qajjem paniku u z-zghir ghajjat:

“Ajma... id-dell tat-trailer bezzaghni!”

Il-missier ha l-okkazjoni:

“Uliedi ...id-dell tat-tralier ksiena f’dalma izda ma ghamlilna xejn.  Ergajna hrigna ghad-dawl tax-xemx.  Ejjew naghmlu l-istess mill-grajja li bhalissa qed idallmilna hajjitna.  Il-mewt tal-mummy m’ghandhiex tkissirna ghal dejjem.  Ahna li nemmnu nafu li l-mummy ma mititx ghal dejjem.  Firda ghal ftit.  Ghad nergghu niltaqghu.”

Liema religjon kapaci ssabbar lill-bniedem f’cirkustanzi iebsa bhal dawk li ghadda minnhom Donald Grey?  Dan ghandu jkun l-hsieb taghna meta f’dawn il-granet inzuru l-oqbra ta’ l-gheziez taghna.  Hajjitna ma tintemmx hemm!


+:: PIT STOPS

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Kien filosofu ateu u meta kien ma’ shabu, biex minghalih iwaqqa’ ghac-cajt bidwi li deher irodd salib staqsieh:

“Ghaliex raddejt is-salib?”

“Biex nitlob l-ghajnuna ta’ Alla tieghi.”

“U Alla tieghek zghir jew kbir?”

“Tant hu kbir li l-univers ma jesghux u tant hu zghir li joqghod f’qalb bidwi bhali.  U l-gherf kollu tal-filosofu ma kienx bizzejjed biex iwaqqa’ l-argument tal-bidwi bla skola.”

Hawn hafna lesti jghixu ta’ nsara fil-katakombi imma quddiem l-ohrajn isiru gwejda u jibzghu juru li jemmnu.


Ir-ragel u l-mara kienu qed jitlewmu fuq xi kwistjoni familjari.  U r-ragel qal: “L-ghazliet taghna l-irgiel huma hafna ahjar minn taghkom in-nisa.”

U l-mara pronta wiegbet:

“Naqbel.  Bizzejjed tifli l-ghazliet tieghek u tieghi meta thajjarna li nizzewgu.  L-ghazla tieghek kienet hafna ahjar minn tieghi.”


Bidwi kien qed ihares imnikket lejn il-maqjel li kien waqa’ fuq il-bhejjem tieghu.  Xi hadd li mar jikkonslah staqsieh:

“F’daqqa waqa’?”

“Ilu zmien il-bejt niezel minnu wied!”

“Mela ghax ma sewwejtux?”

“Ghax fil-bnazzi ma kienx iqattar u fix-xita ma tistax issewwih!”

Bhal dak li meta kien zghir ma kienx imur knisja ghax kellu hsieb li jmur meta jikber.  U meta kiber ma kienx imur ghax qajla kien jiflah jiccaqlaq.

Kont bil-guh u tmajtuni, bil-ghatx u sqejtuni, bla hwejjeg u libbistuni - GESU` KRISTU (Mt 25, 35)


+:: L-erba' zwiemel ta' l-Apokalissi

:: jikteb Dr Coronato Grech

Fi kliem iehor, l-erba’ zwiemel u r-rikkieba taghhom huma l-Gwerra, Rivoluzzjoni, Guh u Pestilenza.  “U lilhom inghatat is-setgha fuq wahda mill-erba’ taqsimiet tad-dinja, biex joqtlu n-nies bix-xabla, bil-guh, bil-pesta u bil-bhejjem selvaggi ta’ l-art.” (Apk. 6, 8).

Matul iz-zmien l-Apokalissi kien ktieb popolari hafna kultant l-iktar ktieb popolari tal-Bibbja.  U fost l-iktar li qabdu l-immaginazzjoni kienu l-erba’ zwiemel u r-rikkieba feroci hergin mis-sigilli fuq il-missjoni taghhom ta’ qerda.  Hafna artisti ppruvaw jaqbduhom fuq it-tila fosthom il-Germaniz Albrecht Durer (1471 – 1528) fi stampa (jew ahjar incizjoni) dominata minn elementi Gotici; l-Ingliz William Blake (1757 – 1827) li kien ukoll poeta u mistiku u kif mistenni fi stil tipikament Blejkjan ghamel z-ziemel pallidu tal-mewt ghaddej jonfor bir-rikkieb imqit u b’xabla f’idu itiru fuq is-shab; G F Watts (1817 – 1904) Ingliz iehor li pittirhom l-erba’ imma apparti minn dak tal-Mewt huma pjuttost gwejda u bla hegga; it-Taljan Francesco Traini b’ziemel u r-rikkieb skeletruz f’nofs stampa mimlija karattri mdejqa f’ambjent mimli swied u dieqa u l-Ingliz l-iehor Joseph M Turner (1775 – 1851) li qabad iz-ziemel pallidu tal-Mewt fi stampa mcajpra u misterjuza wkoll tipika ta’ xi xoghlijiet ohra tieghu; jew il-Franciz Gustave Dorè (1823 – 1883) bil-Mewt issuq ziemel fuq shab u bil-mingel f’idha u kollox fl-iswed u abjad.

It-tema ta’ l-Apokalissi fis-sens ta’ zminijiet ta’ l-ahhar dahlet ukoll fil-letteratura u fil-fantaxjenza anke wara l-ahhar tac-civilizazzjoni per ezempju The Long Loud Silence ta’ Wilson Tucker1 barra li dahlet fil-films almenu fit-titlu bhal f’The Four Horsemen of the Apocalypse (1921) jew Apocalypse Now (1979).  Izda ma hemmx ghalfejn immorru hafna fil-fantasija biex nindunaw li t-theddida ta’ qerda totali qieghda mdendla fuqna, anzi llum ukoll hawn erba’ zwiemel ta’ l-Apokalissi lesti jkissru s-sigill u jferrxu qerda, tbatija u mewt.

L-ewwel wiehed (il-kulur ghazlu int) huwa dak ta’ qerda nukleari.  Il-Gwerra Bierda tal-hamsinijiet u s-sittinijiet issa forsi ghaddiet imma s-sitwazzjoni nukleari mhix stabbli.  Anzi llum b’hafna pajjizi zghar u dittatorjali armati b’bombi nukleari u bil-bejgh minn taht ta’ materjal jew bombi nukleari, l-iktar wara z-zarmar ta’ l-Unjoni Sovjetika, is-sitwazzjoni hija kerha hafna.  Barra minn hekk is-sistema kompjuterizzata ta’ dawn il-missili nukleari mhix invulnerabbli ghal xi attakk terroristiku kompjuterizzat.  U r-rizultat ta’ spluzjoni nukleari huwa terribli daqs kull xena mill-apokalissi – tifrik, hruq, shana, tingiz, dlamijiet, mard u mwiet orribli.

It-tieni ziemel huwa dak tas-shana globali li tidher li digà qieghda fostna.  Kull sena b’livelli oghla ta’ temperaturi anke fix-xitwa b’iktar shana globali, jinfirxu iktar id-dezerti u tonqos il-produzzjoni ta’ l-ikel.  U bis-silg polari jinhall, il-livell tal-bahar jibda tiela’ u hafna bliet kbar jegherqu bil-mod.  U ghalkemm il-kawza principali nafuha (iz-zjieda tal-carbon dioxide fl-atmosfera) minn hruq ta’ faham, zejt ecc ftit li xejn qed isir biex nevitaw dan il-katastrofu.  Anzi ghadna neqirdu l-foresti bl-istess abbandun.  Hafna nies ohra jew bi traskuragni kriminali jew ghax semplicement ma jafux, lanqas jaghmlu l-icken sforz, bhala ezempju jitfu swicc (li mhux taghhom) meta ma baqax iktar uzu ghal dawl, shana ecc.  Dan iz-ziemel partikulari qieghed lest biex jonfor.


+:: Forsi Jinteressawk  

Funerali u Isqfijiet

Meta miet Douglas Woodruff, editur tal-gazzetta kattolika ‘The Tablet’ marru hafna Isqfijiet u qassisin ghall-funeral tieghu.  U wara li spiccat il-quddiesa lkoll marru jaghtu l-ghomor lil martu li qalet:

“Nahseb li ebda mara ohra qatt ma rceviet bews minn Isqfijiet u qassisin daqskemm ircivejt jien illum!”


Il-mewt ...mhux f’Novembru biss

Mar fejn l-gharef tad-dezert u staqsieh:

“Ghidli x’ser jigri minni, minn ibni u minn iben ibni.”

“Ser tmutu,” qallu l-gharef.

“Imissek tisthi thabbar tant niket ghalija u ghall-familja!  Li kieku tajtni ahbar sabiha kont inhallsek bil-kbir ...imma ta’ din l-ahbar kerha ma haqqekx flus!”

“Ridt il-verità dwar il-futur ...u ghidtlek l-unika haga certa li naf fuqkom ...la twelidtu tridu tmutu!”


Jitwieldu

Xi hadd staqsa lil Salvador Dalì (wiehed mill-iktar pitturi famuzi tas-seklu ghoxrin):

“Difficli tpitter?”

“Le ...li tpitter hu jew facli jew impossibli!”


Kellu ftit ragun

Pulizija waqqaf lil Moshe Dayan – il-general Lhudi – b’ghajn wahda mghottija – ghax kien qed isuq bi speed eccessiv.

“B’ghajn wahda lejn xiex suppost inhares ...lejn it-triq jew l-ispeedometer?”

Izda xorta qala’ c-citazzjoni.


Is-sigra tad-dawl

Leggenda Lhudija tirrakkonta li Zakkew ...ir-ragel qsajjar li tela’ fuq sigra biex jilmah lil Gesù ghaddej ...kien johrog isaqqi l-istess sigra waqt li jbusha u jghid:

“Int tahti li laqqajtni ma’ Gesù.”

Int u jien nistghu nkunu bhal dik is-sigra ...nghinu biex xi hadd jiltaqa’ ma’ Gesù ...anke billi nwasslu l-istedina tal-laqgha taz-zghazagh lil xi hadd li ilu hafna ma jattendi ghaliha.


Fil-Posta:

“Sinjura, dan il-pakkett fih xi haga li tinkiser?”

“Fih il-Bibbja.  L-unika haga li tista’ tinkiser huma l-ghaxar kmandamenti."


Xewqa kbira

“Nixtieq nibdel id-dinja.  X’naghmel?” staqsa zaghzugh lill-patri trappista.

“Itlob!”

“Ga' tlabt u ghadha l-istess.”

“Itlob izjed ...itlob ahjar ...u ahdem ftit izjed.”


+:: Simetriji + Bejn grajja, riflessjoni u kwotazzjoni

 

“Kont tlift kull fiducja fija nnifsi.

Kultant persuni b’dizabilità

jaqtghu qalbhom ...bhali.

Izda jien qatt ma tlift il-fidi f’Alla.”

Hekk esprima ruhu Gary Diamond, 42.

Kien marad bil-multiple sclerosis.

Diehel u hiereg l-isptar.

Ghamel seba’ operazzjonijiet.

Izda sab xoghol go sptar

fid-darkroom ta’ l-X-rays.

Biex jilhaq il-kxaxen ta’ fuqu

ried johrog mill-wheelchair.

Bil-hafna tigbid u mbuttar

irnexxielu jsahhah il-muskulaturi tieghu.

Fl-ahhar intebah

li kien kapaci jieqaf fid-dalma tal-kamra.

Kien hawn li kellem lit-tobba.

F’seba’ xhur kien kapaci jiltaq mill-wheelchair u jimxi.

Il-haddiema shabu nkoraggewh.

Illum ma ghadux juzah il-wheelchair.

“Ma rnexxilix wahdi,” qal

“Dawn shabi kollha ghenuni.  Alla rani nimxi.”

 

Ahna qatt ma nkunu wehidna.

Anqas meta ma naraw lil hadd madwarna.

Fid-disperazzjoni ftakar liwara s-shab hemm ix-xemx

u x’imkien qrib tieghek Alla qieghed hemm.

Missier hanin ihares lil ibnu.

 

“Iva, Alla hu l-hellies tieghi, fih nittama u ma nibzax,

ghax qawwa tieghi u ghana tieghi hu l-Mulej,

u sar Hu l-helsien tieghi.”

(Isaija 12, 2)


+:: Il-Muntanja

Tfajjel kien flimkien ma’ missieru ghall-passiggata fi triq li sserrep qalb il-muntanji.  Fis-siegha u l-hin it-tifel tfixkel f’xi gebel, waqa’ u beda jokrob:  “Ahh ...ahh!!!” U b’ghageb kbir tieghu beda jisma’ lil xi hadd jirrispondi: “Ahh ...ahh!!!”

Kurjuz, kurjuz beda jghajjat: “Min int?” u jerga’ jisma’: “Min int?” U mill-gdid rega’ ghajjat lill-muntanja: “Kemm toghgobni!” u bhal xi hadd qed jghaddih biz-zmien sema’: “Kemm toghgobni!”  Imsahhar mit-twegiba ghajjar: “Bezzieghi!!” u l-vuci qaltlu “Bezzieghi!”

Hares lejn missieru u staqsieh x’kien qed jigri.  Il-missier tbissem u qallu biex joqghod attent filwaqt li ghajjat: “Kemm int kuraggjuz!” u l-lehen irrisponda l-istess.  It-tifel baqa’ mistaghgeb.  U missieru fissirlu: “Dan jissejjah EKU, imma fil-verità din hi l-HAJJA!  Taghtik lura dak kollu li tghid u taghmel.”

Il-hajja taghna hija semplicement rifless ta’ l-azzjonijiet taghna.

Jekk trid aktar imhabba fid-dinja, ohloq aktar imhabba f’qalbek.

Jekk trid aktar ghaqda, tiggilidx.

Jekk tahseb li l-morali sejrin il-bahar, ghix hajtek fuq principji sodi nsara.

Jekk trid li l-familji taghna jkunu aktar sodi, idra aghmel sagrificcji zghar biex issahhah il-familja tieghek.

Jekk trid li t-tim tieghek jirnexxi, investi aktar tahrig fih.

Din il-haga tghodd ghal kull haga ohra fil-hajja.

Il-hajja taghtik dak kollu li tinvesti fiha.

HAJTEK MA HIJIEX KUMBINAZZJONI.  HIJA RIFLESS TIEGHEK.


+:: Puntini... tajbin ghall-hajja

Forsi Alla jridna niltaqghu ma’ hafna nies qabel ma niddeciedu dawk li ser ikunu hbiebna jew inkella is-sieheb/siehba taghna ghal hajjitna.  B’hekk meta nsibu l-persuna tajba nkunu grati li ltqajna mieghu/maghha.

Meta jinghalaq il-bieb tal-ferh, jinfetah iehor izda hafna drabi tant indumu nharsu lejn il-bieb il-maghluq li ma nindunawx b’dak li jkun infetah.

L-ahjar habib hu dak li joqghod hdejk ghal hinijiet twal u ghad li ma titlissen l-ebda kelma, titlaq minn hdejh u thossok li qisek ghamilt l-akbar diskussjoni.

Hu veru li hadd ma jkun jaf x’ghandu qabel jitilfu, izda veru wkoll li hadd ma jkun jaf x’qed jitlef qabel jakkwistah.

Biex issib is-sieheb/siehba tharisx lejn il-wicc biss – dak jitkemmex; anqas il-but – dak jintefaq.  Mur ghal xi hadd li jgaghlek titbissem – tbissima biss iccara jum imsahhab.  Sib lil min igieghel lil qalbek titbissem.

L-aktar nies ferhana fil-hajja ma humiex dawk li ghandhom kollox mill-ahjar izda dawk li jiehdu l-ahjar minn dak kollu li tlaqqaghhom mieghu l-hajja.

L-ahjar futur huwa dak li jinbena fuq imghoddi minsi.  Ma tistax tkompli sejjer ‘il quddiem fil-hajja qabel ma titlaq id-disfatti u l-ugigh il-qalb tal-bierah.

Meta twelidt, int kont tibki u ta’ madwarek kienu qed jidhku, ghix b’tali mod li meta tasal fil-punt tal-mewt, ta’ madwarek jikbu filwaqt li int tkun tidhak.

> Mur lura ghall-pagna principali