
| Mejju 2006 - Harga Nru
477 + L-Iben t'Alla sar Bniedem L-Editorjal
"Min seraq dahal f'darek ghax il-bieb ma qediex dmiru. Infetah meta suppost baqa' maghluq. Haqqu kastig. Nehduh fil-pjazza u nsawtuh biex bibien ohra jitghallmu jaqdu dmirhom. Naghmlu dan ix-xoghol nhar il-Hadd filghodu, f'nofs il-misrah!" Il-kelma griet u l-misrah kien mizghud bin-nies. Min jidhak bl-innocenza ta' Ahmed u min jitbissem ghax haseb li l-gherf kien gennen lil Tamur. Wasslu l-bieb f'nofs il-misrah u bdew id-daqqiet ta' frosta. Wara xi ghoxrin daqqa l-gharef ordna lill-bojja biex jieqaf ghax il-bieb ried jghidlu xi haga. Mar u pogga widnejh mat-toqba tal-muftieh u wara li qaghad ghal ftit sekondi jinstema' ghajjat b'lehen gholi biex jisimghuh il-prezenti: "Il-bieb kixef il-halliel. Ghadu kemm qalli li l-halliel tal-kandilabru qieghed fostna u biex ahna nkunu nafu min hu qalli li fuq it-turbant tieghu ghandu ghanqbuta." F'hakka t'ghajn wiehed mill-folla li kien jitbissem fir-ringiela ta' quddiem refa' idu biex iwarrab l-ghanqbuta…. Il-hati jghix dejjem fil-biza'. KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA
Kienu zminijiet ohra meta
n-nisa
Tlieta minnhom kienu qed
jirrakkontaw
"Tieghi veru intelligenti.
"U tieghi tghidx x'vuci
ghandu.
It-tielet baqghet siekta.
"Xejn specjali. Hadd qatt
ma qalli li hu eccezzjonali.
Issa kienu mlewh l-ilma.
Fit-triq iltaqghu ma'
wliedhom.
Tat-tieni wkoll inhakem
mill-muza
Imma tat-tielet ma kienx
kapaci jibbrilla
L-ommijiet harsu
madwarhom
"Jiddispjacini izda f'din
ix-xena kollha
Ghax mit-talenti kollha
li jista' jkollna
U jekk dan jghodd
ghax-xhur kollha jghodd zgur ftit izjed Fix-xahar iddedikat lill-ommijiet Dr Coronato Grech M.D. jiktbilna… L-OMM
U dan minghajr ma' l-omm hemm bzonn tkun taf x'inhi DNA, divizjoni cellulari, differenzazzjoni jew it-tant irqaqat ikkumplikati ta' l-embrijologija. Kif wara kollox jaghmlu l-annimali (u l-pjanti) kollha. Ir-rabta bejn l-omm u t-tarbija hija naturali u dejjiema. Dan jassigura li t-tarbija, li issa li harget fid-dinja, li trid kollox, li mhix kapaci tfendi ghaliha nnifisha, li wahedha tmut fi ftit sighat, issa, jkollha cans tajjeb li tghix u tikber. U fost l-annimali kollha din ir-rabta umana bejn l-omm u wliedha hija fost l-itwal (xi whud mill-annimali kapaci jfendu ghal rashom malli jitwieldu). U waqt li t-tarbija qed tikber, l-omm tahdem, tghin, tithabat, tahseb, tippjana, tipprovdi, titmashan, tipprotegi, tinkwieta u titkabbar. Kemm tiehu gost tara lil uliedha jitfarfru u jikbru, jew jirnexxu, fl-iskola, f'xi sengha jew karriera! F'ghajnejn ta' omm, uliedha dejjem jibqghu dawk it-tfal li rabbiet. Forsi ghad-dinja inti tidher xi adult konfidenti li lhaqt il-quccata tal-karriera, imma ghal ommok dejjem tibqa' tifel (jew tifla) li ghadha trid titemghek, tipprotegik u tiehu hsiebek. Ma tistax tahsibha mod iehor. Ghamlet zmien twil wisq fir-rwol ta' kenn, ta' meta kont tmur tigri ghandha ghax braxt irkobbtok, infgart, laqqatt daqqa ta' ponn, bzajt mir-raghad, jew semplicement fjakkajt, ridt naqra helu jew ridt torqod. Imma z-zmien jghaddi u mieghu igib it-tibdil inevitabbli tax–xjuhija. Issa l-affarijiet tbiddlu hafna. Issa l-omm hija dghajfa u li trid l-ghajnuna. Ikun ferm u ferm jisthoqqilha kulma jsir maghha. Ftit iehor u nitilfuha. Imma dment li qeghdin f'din il-hajja, ikun tajjeb hafna li napprezzawha. (Jghin l-omm f'dan kollu hemm kreatura ohra, il-missier, li ghalkemm bijologikament wara l-koncepiment ma hemmx bzonnu, imma socjalment ghandu wkol rwol importanti kif naraw fl-artiklu ghal Jum il-Missier.) Li tghidilha li thobbha u kemm tapprezza dak kollu li ghamlet u taghmel mieghek jiswa aktar minn kull rigal li tista' tixtrilha. FORSI JINTERESSAWK Ikel u kuluri Sinjura Amerikana kienet taghmel ikliet lill-persunaggi msemmija imma biex tattendi ghal dawn l-ikliet ridt tilbes libsa bil-kulur li tghidlek fl-istedina. Kienet taghmel hekk biex is-sala tkun ikkulurita bizzejjed u tohloq atmosfera laqqiena. Peress li l-ikel kien abbundanti u genwin u tieghu l-mistiedna ma kinux ihallsu, rari kien ikun hemm assenti u allura l-bilanc mixtieq kien jinzamm. U trijunfalment il-mara tghid: "Ara mhux facli li tiddetta lin-nisa x'kulur jilbsu imma quddiem ikla tajba u b'xejn mhux facli tghid le." Tghid ghalhekk hafna mil-laqghat tal-kbarat isiru waqt working lunch? Fil-fatt anke l-Mulej gie li nqeda b'ikla biex iwassal il-messagg tieghu. Kien waqt ikla ma' Gesù li Zakkew ikkonverta u waqt ikla wkoll li Mattew, li wara sar appostlu, habbar pubblikament li ser jitlaq ix-xoghol ta' pubblikan biex jimxi wara n-Nazzarenu. Missjunarju wasal f'villagg u wara li dam hafna jghallimhom heggighom biex jersqu jitghammdu. Hafna hekk ghamlu imma wiehed minnhom assolutament ma riedx jitghammed ghax qal: "Ha nhallihom jitghammdu. Jekk wara li jitghammdu s-serq jonqos u l-ghajnuna ta' bejnietna tizdied jien ukoll nitghammed." Kieku konna fost dawn in-nies il-hajja taghna kienet thajru jitghammed jew le?" Ma setax jifhem Ir-ragel kien ghejja jsuq ghax it-triq kienet twila. Talab lil martu biex issuq ftit hi halli jistrieh imqar siegha. Accettat ghad li ma kinitx taf issuq hafna u malajr kienet tinfixel. Bdiet issuq u r-ragel intelaq ftit u beda jonghos. Izda xi kwarta wara kellha tieqaf ghax quddiemha tara trailer maqlub. Resqet bil-mod biex tara tistax tibqa' ghaddejja. Infixlet. Malajr qajmet lil zewgha. Dan skanta jhares lejn it-trailer maqlub u qalilha: "Dak kif qlibtu, le?" Ihallas il-Mulej Kien professur imsemmi u ried li jqatta' xi snin fil-missjoni. Darba minnhom inzerta hdejh Louis Evans, kappillan li kien qed izur xi missjunarji u ra lill-professur jaghmel xi operazzjonijiet. Qallu l-kappillan: "Kieku qed taghmel dawn l-operazzjonijiet fl-Amerika nahseb li llum qlajt eluf ta' dollari!" "Eluf imma mal-flus ma kienx ikun hemm it-tbissima ta' hajr tal-pazjenti u tbissima ikbar tal-Mulej. U dawn iz-zewg tbissimiet jimlewli qalbi ferm iktar mill-flus." San Piju tal-pjagi kien jghid: "Kemm nixtieq li ghandi vuci gholja bizzejjed biex jisimghuha u jifhmuha n-nies tad-dinja kollha halli kont nghidilhom li l-Madonna hi ommna u thobbna b'imhabba tal-genn anke jekk ahna midinbin." Int li qrajt din is-sentenza kont ixxurtjat li l-vuci ta' Patri Piju waslet ghandek. Thallihiex tmut go fik bla ma tlissen talba lil din ommok hanina. AHBARIJIET TA' INTERESS IZZEWGU Stephanie Grech ta' Triq Bingemma lil David Azzopardi (Xewkija). Filwaqt li nixtiqulhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien. IL-LAQGHA TA' APRIL Kellemna l-Psikologu Dr Michael Galea PhD. Tana ftit punti ta' Psikologija li jistghu jghinuna nghixu hajja ahjar. Minn twelidna ahna nigu kkundizzjonati biex f'dak kollu li naghmlu noghgbu lil ta' madwarna. Izda min il-hin kollu jfittex appogg minn dawk ta' madwaru jkun qed isir skjav taghhom. Irridu naghmlu dak li nhossu li hu tajjeb jghidu x'jghidu ta' madwarna. Tul hajjitna hemm bzonn li noqoghdu attenti li nimxu 'l quddiem u mhux nibku bhal tarbija li ghadha kemm twieldet ghax qed thoss in-nuqqas tal-kumdità ta' guf ommha. Li tikber tfisser tbati u trid tahseb ghalik innifsek. Jispicca z-zmien li ssib kollox lest. Hemmhekk tibda tghix tassew int. Importanti li nuzaw il-talenti li ghandna – use them or loose them – u ma narmux lilna nfusna b'low self esteem. Uhud jiskantawk kif kapaci jipprezentaw lilhom infushom. Fl-ahhar hemm bzonn li ma nehdux il-hajja b'serjetà zejda. Saying ingliz jghid 'Don't take life too seriously – it is not permanent'. Fil-gurnata taghna ghandna hin ghal kollox u sfortunatament niehdu hajjitna for granted. Sikwit nisimghu b'individwi li, f'età zaghzugha, hallewna f'tebqa t'ghajn. Ninsew li l-istess xorti tista' tmiss lilna u mbaghad addio dak kollu li nkunu nkwetajna fuqu. Izda bi ftit waqfien kapaci nirrangaw u niddrittaw hajjitna. Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. Martin Buttigieg ta' Triq Duru tela' fir-raba' volum ta' Il-Hbieb Isejhu bl-Istejjer. STEDINA GHAL-LAQGHA TA' MEJJU Nhar is-Sibt 6 ta' Mejju fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca. Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll ghal din il-laqgha li din is-sena taghlaq erbghin sena. Il-prezenza tieghek tkun qed taghtiha nifs gdid. Wara l-lezzjoni jkun hemm partita football fuq il-pitch ta' l-artificial turf bejn dawk li jattendu. Mela habib tinsiex… nhar is-Sibt 6 ta' Mejju fit-8.15p.m. Nistennewk. Gib lil shabek mieghek.
Irqadt u hlomt li l-hajja
hi ferh.
Tkun ferhan mhux meta jkollok kulma tixtieq EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA
[Alla qal:] {Ezekjel 37:5-6}
Fil-ktieb tieghu 'A gift
of Hope'
'Il-hbiberija ta' bejn
seba' rgiel
Nista' niftakar episodju
Is-sabih ta' hbiberija RALPH WALDO EMERSON IL-KANT TA' RUZINJOL Kien hemm darba ruzinjol ckejken li ntilef fil-bosk. Dam hafna jfittex lill-genituri tieghu, izda ma setax isibhom. Ghalhekk kiber bla qatt ra ruzinjol iehor. Meta kiber intebah li ma kienx jaf ikanta. Hadd ma kien ghallmu. Ried jitghallem akkost ta' kollox. Erhielha jfittex ghalliem. Iltaqa' ma' serduk u qallu: "Tista' tghallimni nkanta bhal ruzinjol?" Izda s-serduk, kollu kburija, wiegbu: "Jekk taghmel bhali nassigurak li tghanni ahjar minn ruzinjol." U beda jhanxar il-kukku rukku. Ir-ruzinjol beda jaghmel bhalu u fl-ahhar... ahjar minnu. Kompla jittajjar gol-bosk ikanta l-kukku rukku. Izda jum minnhom iltaqa' ma' papra li, kollha skandalizzata, staqsietu min kien ghallmu din il-hnizrija ta' storbju. "Int taf tghallimni nkanta bhal ruzinjol?" Din, mzatta mzatta, qaltlu: "Tahlix hin biex titghallem tkanta bhal ruzinjol. Jien inkanta hafna ahjar minnhom ilkoll. Aghmel kif naghmel jien u tkanta bhall-angli!" U bdiet tghallmu l-kwak kwak taghha. Ir-ruzinjol telaq it-tkarwit ta' qabel u beda din il-kantalieni gdida u ta' ghasfur intelligenti li kien, fi ftit hin, issupera lil min kien qed jghallmu. U kollu ferhan telaq minn hdejn il-papra ikarkar il-kwak kwak. Kokka, li kienet imperrca fuq l-oghla fergha ta' sigra, malli semghet ruzinjol itaqtaq bhal papra staqsietu:
"Mela ma tafx tkanta bhal ruzinjol?" "Ghalhekk hemm bzonn li thalli johrog minn munqarek il-kant li hemm go fik. Igbed nifs 'il gewwa, intelaq ma' qalbek u kanta l-ewwel hsieb li jigik. Hekk biss tista' tintebah x'hemm maqful go fik." U hekk ghamel. Tela' sal-quccata ta' l-oghla sigra u merhi ma' hsus qalbu beda jkanta bhal ruzinjol ta' veru. U l-kant melodjuz tieghu mela l-bosk bil-ferh. Qatt ma nstema' kant daqstant sabih. Minn dak il-hin ir-ruzinjol ma htieglu jikkopja lil hadd biex ikanta sabih. Intebah li biex ikun hu stess ma kellux bzonn ikun mera ta' hadd izjed. Kulma kellu bzonn kien li jintebah x'hemm ihabbat f'sidru u jhallih hiereg fis-safa kollu tieghu. U jekk dan jghodd ghal ghasfur kemm iktar ghal bniedem. Xi xhur ilu, il-Gnus Maghquda ghamlet survey fil-pajjizi kollha tad-dinja. Il-mistoqsija kienet wahda: "Tista', jekk joghgbok, taghtina l-opinjoni onesta tieghek dwar soluzzjonijiet biex insolvu n-nuqqas ta' ikel fil-bqija tad-dinja?" Is-survey ma rnexxiex ghaliex…
Fl-Afrika ma kinux jafu ikel x'ikun |