|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Il-Predikatur
kien jaf li fost l-udjenza kellu lill-Isqof li kien ihobb jisma’
introduzzjonijiet originali ghall-priedki.
Kien jghidilhom:
“Il-bidu ta’ kull priedka hu importanti. Tridu tigbdu l-attenzjoni tal-gemgha. Iktar ma
jkun bidu qawwi ahjar.”
U
l-qassis beda l-priedka hekk:
“Nistqarr maghkom li jien
illum qabel gejt hawn bist mara mizzewga.
Ma kinitx l-ewwel darba. Bistha
kemm ’il darba u ma jiddispjacinix li bistha.”
Il-gemgha
waqghet f’muta. Kulhadd
ihares lejn il-qassis. Jistenna
iktar dwar din l-istqarrija. L-isqof
imbelgha. U l-qassis kompla:
“Iva, illum irrid inkellimkom dwar din il-mara...
mara li ghalija
hi ghaziza hafna. Irrid
inkellimkom dwar ommi...
jew ahjar dwar l-ommijiet kollha ghax kollha
mfassla mill-istess bicca drapp. Id-drapp
jisimha ‘Mhabba’.”
Inhobbuha
lil ommna... u naghmlu sew li f’dan ix-xahar inwasslulha xi rigal sabih
fil-jum iddedikat lilha. U
niftakru wkoll li anke fis-sema ghandna omm ohra... li ghax ommna thobbna
hafna.
PIT
STOPS 2
Tentufiet
li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja
Socrates
u Aristotile ghallmu ghal 40 sena u Plato ghallem ghal 50 sena.
Gesu' ghallem biss ghal 3 snin imma l-influwenza ta’ taghlim Gesu'
hi ferm ikbar mill-130 ta’ taghlim ta’ dawn l-ghorrief Griegi.
Gesu'
ma kienx pittur imma ara kemm pitturi matul iz-zmien gew ispirati minnu
fosthom Leonardo da Vinci Michelangelo, Raphaello u ohrajn.
Gesu'
ma kienx poeta imma l-ahjar poeti fosthom Milton u Dante gew ispirati minn
kliemu.
Gesu'
ma kienx muzicist imma muzicisti kbar bhal Haydn, Handel, Beethoven u Bach
ikkomponew kapulavuri f’ismu.
Ebda
persunagg fl-Istorja ma kien kawza ta’ tant ispirazzjoni.
Mhux
ta’ b’xejn Gesu' qasam iz-zmien... ta’ qablu u ta’ warajh.
Tifrah
meta tiftakar li ahna bhala nsara naghrfu lil Gesu' bhala l-mexxej taghna.
Izda isimna ftit igorr sugu jekk ahna ma nimxux warajh.
Tifel
qal lil missieru:
“Pa,
ghaliex kuljum issellem lill-kunduttur tat-trejn meta hu qatt ma
jsellimlek lura?”
“Ibni,
jien insellem ghax nisrani mhux ghax hu jsellimli lura.”
Kaccatur
kien qed jigri wara ors ghax xtaq il-pil tieghu.
L-ors intebah bih u qallu:
“Jien
nixtieq nimla zaqqi bik, u int tixtieq li madwarek ikollok is-suf tieghi u
l-pil tieghi. Ejja nieqfu
ftit niddiskutu flimkien kif nistghu nwettqu xewqitna.”
Il-kaccatur
accetta. Waqfu taht sigra jitkellmu u bellec waslu fejn xtaqu. L-ors mela zaqqu bil-kaccatur u issa l-kaccatur bil-verità jista’
jghid li hu mdawwar bil-pil ta’ l-ors.
Min
jittarraf jiggarraf, min jilghab maz-zift jiccappas, min jitlajja ma’ l-okkazjoni
jaqa’.
Bla
riglejn
...imma
kemm nigri
Bla gwienah
...imma
kemm intir
Bla
isem
...imma
kemm isiru jafuni.
jisimni
GHIDUT
Meta
tkun issuq il-karozza, suq b’tali mod li l-licenzja tiskadi qablek mhux warajk.
Il-Mulej
ma jhallikomx tkunu mgarrbin iktar milli tifilhu, imma mat-tigrib
jaghtikom il-ghajnuna biex tkunu
tifilhu ghalih - San Pawl (1 Kor 10, 13)
Ghad
li forsi mit-titlu ma tantx tahseb li hu suggett interessanti nistednuk
tkompli taqra u tara kemm hemm taghrif fuq din il-haga komuni.
Dr Coronato Grech M.D. jibda
artiklu dwar…
IL-BZIEQ
Ma’
l-ewwel daqqa t’ghajn ma jidhirx li huwa xi suggett pjacevoli. Anzi forsi ghal xi whud huwa suggett li jqazzek, però anki l-bzieq
huwa interessanti hafna. U
ghalkemm gieli ntuza bhala nsult, madanakollu ghandu kompozizzjoni
interessanti u funzjonijiet importanti (u li huma differenti f’annimali
diversi), dahal fil-mitologija u ghandu xi aspetti socjali kurjuzi.
X’inhu
l-bzieq? Biex l-ikel li jigi
mkisser mis-snien ikun jista’ jifforma ballun zghir li kapaci jizloq
’l isfel ghall-istonku, hemm il-bzieq, likwidu li jxarrbu, jrattbu u
anki jhollu xi ftit. Ma’
din il-funzjoni ewlenija hemm ukoll dawk importanti li jzommu l-halq nadif
u li jghin fis-sensazzjoni tat-toghma u tal-processi vokali.
Biex jaghmel dan kollu, il-bzieq, kif mistenni, ghandu
kompozizzjoni li mhix semplici, ghalkemm minn naha l-ohra, jikkonsisti
f’parti sew mill-ilma.
Ingredjent
importanti huwa mucin, tip ta’ proteina, (glycoprotein) li ma’ l-ilma huwa
lubrikant efficjenti. Hemm
ukoll zewg enzimi, wiehed a-amylase (jew
ptyalin) li jibda l-process tad-digestjoni tal-karboidrati; u l-iehor lipase
li jibda dak tax-xahmijiet. Imbaghad
hemm xi kimici bhal lysozyme li
jikkontrollaw il-mikrobi; u jerga’ f’certi nies (ez. 80% ta’ Ewropej
hemm antigens skond il-grupp tad-demm) li jistghu jintuzaw minn
specjalisti forensici biex isolvu kazijiet ta’ reati serji bhal stupru
jew qtil.
Fejn
jifforma l-bzieq? Fil-bniedem dan jifforma fi tliet pari ta’ glandoli –
fil-partidi li jinsabu fil-genb tar-ras taht il-widnejn, is-submandibulari,
li jinsabu fil-halq in-naha t’isfel; u s-sublingwali fil-halq taht l-ilsien.
Ma’ dawn hemm hafna ohra zghar imxerrdin mal-halq kollu.
Dawn ilkoll gew studjati bir-reqqa mill-anatomisti li xi whud
hallew isimhom assocjat ma’ xi parti partikulari li ddeskrivew, per
ezempju id-Daniz Niels Stensen (1638 – 86) iddeskriva t-tubu li
mill-parotid ghax l-anatomista Ngliz Thomas Wharton kien kiteb fil-ktieb
tieghu Adenographia fl-1656 li
kull glandola ghandha jkollha tubu kif hu sab li ghandhom il-gladoli
submandibulari li wkoll huma msemmija ghalih.
Il-glandoli taht l-ilsien li huma pjuttost zghar u mferrxa jgibu
ismijiet li llum huma minsija hlief minn dawk akkaniti f’dan il-qasam.
U kultant dawn il-glandoli huma msemmija ghal iktar minn ricerkatur
wiehed, per ezempju hemm il-glandoli ta’ Blandin (ghall-kirurgu Franciz
Philippe Blandin li ddeskrivihom fil-1823) dawk ta’ Nuhn (ghal Anton
Nuhn professur ta’ l-anatomija f’Heidelberg li ddeskrivihom fil-1845)
u ta’ Bauhin (ghal Caspar Bauhin li kien ddeskrivihom hafna qabel
fil-1590). Glandola ohra
tal-bzieq fil-halq li ggib l-isem ta’ Suzanne ma hijiex imsemmija ghal
xi sinjorina imma ghal Jean Georges Suzanne, professur tal-patiologija
f’Bordeux, li ddeskriviha fil-1877.
Dr
Coronato Grech M.D. ikompli dan l-artiklu fil-harga ta’ Gunju.
FORSI
JINTERESSAWK
Profeta
falz
Hafna
snin ilu, is-Sur Wright – kelliemi mfittex u msemmi – kien qed jaghti lecture
fl-Universita' u fost affarijiet ohra qal:
“Il-bniedem
issa jidher li vvinta dak kollu li kien hemm bzonn jivvinta.
Ma jidhirx li fadal iktar lok ghat-titjib.
Ilhaqna l-quccata.”
Wiehed
mill-istudenti deher li ma qabilx ma’ dan ir-ragunar.
Is-Sur Wright qallu:
“Ghidli
habib, x’fadal jivvinta l-bniedem?”
“Forsi
ghad jivvinta kif itir?”
“Kieku
l-Mulej riedu jtir kien jaghtih il-gwienah!“ qallu
Wright.
U
kulhadd dahak bil-qalb.
Is-Sur
Wright kellu zewgt itfal... wiehed jismu Orville u l-iehor Wilbur… illum
it-tnejn famuzi hafna ghax irnexxielhom jaghmlu l-ewwel ajruplan.
Frott
l-imhabba
Hdejn
l-ghadira Constance, fl-Izvizzera, fi Frar 1013 twieled tifel handikappat.
Il-genituri ghozzewh u habbewh.
Kien intelligenti hafna. Meta
kiber xtaq isir patri u ghad li kienet kontra r-regola, il-patrijiet raw
kif ghamlu u accettawh. Studja
u sar ghalliem imsemmi minkejja d-difett fiziku li kellu. F’qalbu kellu mhabba kbira lejn il-Madonna u minn qalbu
harget wahda mill-isbah ghanjiet li biha d-dinja ghadha sal-lum tfahhar
lil Marija…. ‘Is-Sliem ghalik Sultana, omm tal-hniena’ ...is-Salve
Regina.
Cajt...
u cajt
Ragel
fil-platea ghajjat b’lehen gholi:
“Sur
Brown, ghidilna storja spinta. Ahna
lkoll kbar u dahka taghmlilna l-gid.”
L-attur
komiku Joe Brown irrispondieh:
“Meta
tlajt l-ewwel darba fuq palk, ommi qaltli hekk: ‘Ibni, kull meta nkun
nista’ nigi nisimghek ghax niehu pjacir narak tikseb popolarita'.
Anqas tkun taf li qieghda qalb in-nies. Imma qis li ma tghid xejn li jhammarli wicci.’
“Ma
nafx jekk ommi hix maghkom illum imma nibza’ li bl-istorja li tridni
nghidlek inhammrilha wiccha jekk b’kumbinazzjoni qieghda mitlufa
fil-platea.”
Ic-capcip
ta’ min kien prezenti baqa’ sejjer bosta minuti.
Kliem
u tpattija
Guvnott
gie umiljat bi kliem iebes minn siehbu. F’qalbu hass li ghandu jirritalja imma habibu qallu:
“L-insult
bhat-tajn. Ahjar thallih
jinxef u jitfarfar wahdu. Jekk
twiegbu bl-istess mod hu jerga’ jweggghek bi kliem iehor u int terga’
ssib kliem iktar iebes biex ma thallihiex tghaddi tieghu u biex tferih
bhalma fera lilek. Ghalhekk hallih jinsultak...
meta t-tajn li tefa’ jinxef,
jitfarfar wahdu u l-insult ikun iktar hammeg lilu milli lilek.”
Omm
li kienet ilha ma tara lil uliedha kitbitilhom ittra qasira:
‘Ahjar
ittra meta jien hajja milli mazz fjuri meta jien mejta ghax ittra naqraha
u nifrah li ghadkom tiftakruni u fjuri fuq qabri ma nkunx nista’ anqas
inxommhom!’
Ir-rispett
irridu nuruh fil-hajja. Ta’
wara l-mewt hafna drabi jkun biss ghal ghajn in-nies.
AHBARIJIET
TA’ INTERESS
IL-LAQGHA
TA’ APRIL
Il-laqgha
ghamilhielna Toni Portelli u billi konna fi zmien ir-Randan – vicin
hafna tal-Gimgha l-Kbira hassejna li naghzlu suggett relatat – it-tbatija
fil-hajja.
Fid-dinja
ta’ llum, meta x-Xjenza taghmel hilitha kollha biex telimina kull xorta
ta’ tbatija mill-hajja, donnu dan is-suggett ma baqaghlux wisa’.
Niddejqu nitkellmu dwaru ...nisimghu fuqu.
Nibzghu mit-tbatija u nixtiequ nwarrbuha minn hajjitna.
Izda
naghmlu x’naghmlu t-tbatija tibqa’ element fil-hajja. Taghmel x’taghmel u taghzel x’taghzel trid tbati.
Tbati bhala student. Tbati
bhala bniedem.
Toni
ta l-lezzjoni aspett personali. Stqarr
b’sincerità u b’genwinità t-tbatija li ghadda minnha bhala missier.
Tbatija li biddlitu izda sab hafna farag fil-fidi.
Gew granet meta s-salib hassu tqil wisq u lmenta kontra l-Providenza.
Izda dan l-ilment kien iktar talba milli tgergir.
Vizta lill-Mulej f’xi knisja kienet tkun bizzejjed biex
isserrahlu qalbu ghalkemm il-biki intern jibqa’ hemm.
Wara
l-laqgha tellajna rigal ckejken li mess bix-xorti lil Keith Camilleri ta’
Triq l-Isqof Cocco Palmeri. Irroddu
hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin
tal-Youngsters – li bhas-soltu pprovdielna d-drinks.
IL-LAQGHA
TA’ MEJJU
Ser
issir nhar is-Sibt 3 ta’ Mejju fit-8.15p.m.
Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll ghal din il-laqgha ta’ l-ewwel
Sibt. Meta thajjar lil shabek
biex jattendu huma wkoll tkun qed tghin fit-tixrid tal-kelma t-tajba.
Mela
nistennewkom. Nhar is-Sibt
fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.
Jalla
jkollok …
...bizzejjed ferh biex tghix kuntent;
...bizzejjed
sfidi biex tghix b’sahhtek;
...bizzejjed
niket biex ma tinsiex li int uman;
...bizzejjed
fjaski biex ma titkabbarx;
...bizzejjed
bizzejjed tama biex ma taqta’ qatt qalbek.
Gherf
ibbottiljat
Kieku z-zghar jafu
u
l-kbar jistghu
id-dinja
tinbidel.
SNAPSHOTS
Stejjer
u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom
Halford
Luccock jiddeskrivi drammaturgu
jhares
lejn direttorju tat-telefon
ta’
New York.
Hu
u jqalleb il-ktieb jghid:
“Ma
ghandix plot kbir
izda
x’kast fenomenali ghandi!”
Imbaghad
jahseb:
“X’kast
ikollok f’direttorju dinji
u
xi storja jkollok jekk issibilhom parti
fi
dramm internazzjonali.”
Narawha
esagerata
izda
dak hu li ghamel Kristu.
Gie
fid-dinja b’kast enormi ta’ karattri.
U
tahom storja mill-isbah.
Sejhilhom
biex ikunu wlied Alla
u
stedinhom juzaw it-talenti taghhom
biex
jibnu s-saltna t’Alla fuq l-art.
Jien
kemm qed nuza minn dak li ghandi
ghall-gid
ta’ din is-saltna?
Irrid
niftakar li Alla ma jaghti xejn lil hadd
biex
izommu ghalih
izda
biex jaqsmu ma’ l-ohrajn.
Qawl
Ciniz jghid
li
dawk li jahdmu l-parti taghhom
isiru
kbar jekk tkun kbira
u
zghar jekk tkun zghira.
Il-qies
jiddependi mill-holm taghhom.
F’dan
ix-xahar li fih niccelebraw Jum l-Omm, Robin Lee Shope tirrakkonta kif
anki meta ma jibqghux maghna l-ommijiet xorta wahda jibqghu jiehdu hsiebna.
L-AHHAR
DAHKA TA’ OMMI
Tant
kont mifnija bid-dwejjaq u s-soghba li anqas intbaht bl-ebusija tal-bank
tal-knisja. Kont fil-funeral
ta’ l-akbar habiba tieghi – ommi.
Kienet ghadha kemm tilfet il-glieda taghha kontra l-marda qerrieda
tal-cancer. Tant kont imdejqa li kultant kont qed insibha difficli biex niehu
n-nifs.
Lil
ommi kont insibha ghal kollox. Kienet
iccapcap bil-qalb meta niehu sehem f’xi recta l-iskola, tnewwilli l-imkatar
meta mbikkija kont inferra ghomti ghandha, zeghlet bija fil-mewt ta’
missieri, inkoraggietni meta dhalt il-kullegg u talbet ghalija f’kull
waqt ta’ hajti.
Meta
ommi ndunat li hi marida, ohti kien ghad kemm kellha tarbija u hija kien
ghadu kemm izzewweg u ghalhekk, il-piz waqa’ fuqi, it-tifla tan-nofs ta’
27 sena bla ebda rabta jew hsieb. Hassejtni
onorata.
“X’imiss issa, Mulej?” staqsejt
fil-Knisja. Rajt il-hajja
quddiemi bhala abbiss vojt. Hija,
harstu skantata lejn il-kurcifiss kien qed izomm id martu. Ohti kienet imhaxkna ma’ sider zewgha u f’idha lil binha
ckejken. Kulhadd imkeffen
fid-dieqa tieghu u hadd ma ntebah li jien kont wahdi.
Posti
kien dejjem ma’ ommi, nippreparalha l-ikel, nghinha timxi, inwassalha sa
ghand it-tabib, niehu hsieb il-kura taghha, naqralha l-Bibbja. U llum hi qieghda mal-Mulej.
Xoghli
kont temmejtu. U issa kont wahdi.
Smajt
il-bieb tal-Knisja jinfetah u jinghalaq kemmxejn bil-fixla.
Passi mhaffa bdew jersqu lejna. Guvni, mifxul mifxul, hares ftit madwaru u pogga hdejja.
Rabat idejh, innotajt ghajnejh jghumu fid-dmugh u beda jibki
fil-kwiet.
“Wasalt
tard,” qalli
minn taht l-ilsien ghad li ma kienx hemm lok ta’ skuzi.
Wara
hafna kliem mill-predikatur, dar fuqi u qalli:
“Ghalfejn
qed isejjah lil Mary bl-isem ta’ Margaret?”
“Ghax
dak kien isimha. Kulhadd
Margaret kien isibha!” pespistlu
filwaqt li skantajt minn fejn kien waqa’ dan l-individwu.
“Le, ma ghandekx ragun,” insista.
“Jisimha
Mary. Mary Peters!”
“Le,
din ommi Margerita. L-ghaziza
ommi.”
“Mela
din mhix il-knisja Luterana?”
“Le,
dik in-naha l-ohra tat-triq.”
“Ah!”
“Qieghed
f’funeral b’iehor habib!”
Il-waqt
ta’ hsibijiet imhawda u s-sejba ta’ zball ta’ dan il-bniedem bdew
jithalltu go fija u bdejt nidhak... nidhak fil-funeral ta’ ommi! Ghamilt idejja fuq wicci bit-tama li ta’ madwari jahsbu li qed
nolfoq. Izda gharrali.
Bdew iharsu lejja bl-ikrah. Rajt
liz-zaghzugh kwazi jitbissem u jhares madwaru filwaqt li jaf li ma kienx
il-mument li jaqbad u jitlaq ’il barra. Bdejt nisthajjel lil ommi tidhak.
Ma’ l-‘Amen’ ta’ l-ahhar bdejna hergin ’il barra
bil-passi tqal ta’ funeral ghaddej.
Meta
konna barra l-knisja qalli:
“Nahseb
li kulhadd ser jitkellem fuqna.” Qalli
li kien jismu Rick u billi tilef il-funeral ta’ zitu xtaqni mmur niehu
tazza kafe' mieghu.
Dik
il-lejla bdiet mixja ta’ hajja mal-bniedem li attenda f’funeral
b’iehor izda spicca fil-post it-tajjeb. Sena wara l-ewwel laqgha tejjigna fi knisja zghira fil-kampanja –
wasalna t-tnejn fil-hin!
Fil-waqt
ta’ soghba, Alla tani d-dahk. X’hin
hassejtni wahdi, Alla baghatli l-imhabba. F’Gunju li ghadda ccelebrajna t-tnejn u ghoxrin anniversarju
taz-zwieg. Meta xi hadd jistaqsih kif iltaqajna, Rick jghidlu:
“Ziti Mary u ommha Margaret
laqqghuna u wrewna kemm Alla jxebbah qabel ilaqqa‘.”
>
Mur lura ghall-pagna
principali
|