|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Fetah hanut
tax-xorb hdejn fejn kien joqghod Irlandiz u dan kien kuljum jidhol
fil-hanut, jintasab madwar mejda u jordna tliet fliexken birra waqt li
jghid il-kliem: "Bis-sahha
tat-tlieta li ahna." Qalha llum,
ghada, pitghada. Xahar shih.
Fl-ahhar il-wejter staqsieh: "B'kurzita
ser insaqsik... din tat-tlieta x'bicca hi?"
"Ghax jien
ghandi zewg huti l-Amerika. Ilna
hafna ma niltaqghu. Huma
bil-familja hemm u jien wahdi hawn. Nixrob
bis-sahha taghhom."
Il-wejter
fahhru ghas-sens ta' imhabba li kien qed juri.
Ghaddew
il-gimghat... ix-xhur. U l-Irlandiz
baqa' jidhol fil-hanut, jordna tliet birer u jghid: "Bis-sahha
tat-tlieta li ahna."
Izda darba
x’hin dahal fil-hanut ordna biss zewg tazzi birra u ma qal xejn.
Il-wejter xtaq jaqsam ma' habibu n-niket tal-grajja u qallu:
"Jiddispjacini
habib. Xi gralu wiehed
mit-tlieta?"
"Ma gralu
xejn. Ghaliex staqsejtni?"
"Ghax billi dejjem tiehu tliet tazzi u llum ordnajt tnejn biss..."
"Nghidlek ghaliex. Qeghdin fir-Randan u jien bhala kattoliku nhoss li matul dan
iz-zmien ta’ penitenza ma ghandix niehu birra. Imma huti ma ghadhomx jemmnu bir-Randan u ghadhom jixorbu l-birra
xorta wahda. U jien kelli
bilfors nixrob it-tazza taghhom.”
L-Irlandiz
ried jghatti x-xemx bl-gharbiel. Mal-bnedmin
forsi jasal imma mal-Mulej ifellaq zgur. Jalla l-penitenza taghna ta' matul ir-Randan tkun iktar sinciera
u genwina.
MID-DJARJU
TA’ DR A J CRONIN
Kienu l-vaganzi
tas-Sajf u ma’ ftit minn shabi ddecidejt li nqatta’ dawn il-jiem fl-Irlanda. Xoghol u
divertiment. Tahlita tat-tnejn. Hekk kont naqla’ xi haga u fl-istess hin nara ambjent gdid.
Ix-xoghol taghna ma
kienx facli. Kull xoghol mal-morda
hu difficli imma taghna, l-istudenti tal-medicina, donnu kien itqal. U itwal
ukoll. Konna nohorgu mill-isptar ghajjenin mejta u ftit li xejn
xewqana li niddevertu. Iktar
nixtiequ norqdu u nistriehu biex inkunu ppreparati ghal jum iehor ta’
xoghol.
Dublin hi belt imdaqqsa
u ahna konna noqoghdu fil-periferiji taghha. Darba meta jien u shabi konna sejrin lejn l-isptar rajna daqsxejn
ta’ tfajla. Ma kellhiex
aktar minn 14-il sena. Kellha
fuq idejha tarbija ta’ ftit xhur. U
kienet qed thaddanha maghha b’imhabba kbira. Ersaqt lejha u bdejt inkellimha.
Ridt nara tehtiegx ghajnuna. Kienet
tfajla misthija hafna. Bejnietna
xtrajnielha libsa sabiha izda qatt ma rajnieha biha.
Wara sirt naf li l-libsa qatt ma libsitha ghax kienet beghetha biex
tixtri l-halib ghal huha Michael.
Bdejna niltaqghu maghha
kuljum. Forsi kienet tkun
tbiegh xi haga f’dawk in-nahiet. U
maghha kien ikun hemm hutha wkoll barra t-tarbija.
Ridt inkun naf iktar dwarha. Sirt
naf li jisimha Rose Donagan u li ommha kienet mietet hesrem fl-ahjar
taghha. Missierhom kien taha
ghax-xorb u Rose riedet tahseb ghal hutha... u ghaz-zghir taghhom li kien
jismu Michael.
Izda d-dehra ta’ Rose
kienet iggiblek hniena. Kienet
tidher ghajjiena hafna. Iddecidejt
li nkellem lill-kappillan tal-knisja fejn kont nisma’ l-quddies il-Hadd.
Laqaghni tajjeb hafna u l-Hadd ta’ wara qalli li kien hemm
familja sinjura li kienet lesta li taghtiha vaganza ta’ hmistax jew
tliet gimghat fil-cottage taghhom. Izda
Rose ma riditx tmur jekk maghha ma tehux lil Michael.
Accettawh ukoll u hadt gost li marret.
Il-familja sinjura li
marret ghandhom kienu bla tfal u meta raw lil Michael iggennu fuqu. Riedu jaddottawh. Rose, ghalkemm kienet thobbu b’imhabba tal-genn, accettat
ghax rat futur sabih ghalih. Setghet
tmur tarah kull meta trid.
Bqajt nikteb
lill-kappillan u nsaqsih ghal Rose li issa sar jaf li ma kinitx ghadha
tittallab. Kien jiftakar
fil-familja hu. U hadem bi
shih biex anke l-missier ma jibqax jixrob.
Irranga hajtu. Il-familja
hadet ir-ruh.
Izda l-istorja ma
spiccatx hawn. Ftit xhur wara
Michael marad u Rose halliet kollox u marret tara x’jehtieg.
Kellu marda tittiehed. Izda
hi ma tatx kaz. Kienet
thaddnu maghha. Tikkurah bi
hlewwa ta’ omm. Michael
fieq izda Rose mardet. U
mietet f’qasir il-ghomor.
Meta rritornajt Dublin
ridthom jehduni hdejn il-qabar taghha. Ridt nara qabar ta’ martri moderna.
Anke
llum ghad fadal nies li kapaci jmutu ghal min ikunu jhobbu.
Dr Coronato
Grech M.D. itemm l-artiklu li beda fi Frar
MALTEMPATI
FIS-SISTEMA LIMBIKA
Fin-nies, fejn
esperimenti bhal dawk ta’ fuq l-annimali ma jsirux, instab li jekk waqt
operazzjoni fil-mohh, tistimola partijiet differenti tas-sistema limbika
bhall-amigdalu, hippocampus u septum, ir-rizultat ivarja minn rabja ghal
ansjeta, gost, ecitament, vizjonijiet ikkuluriti u hsibijiet profondi
- ovvjament sitwazzjoni kkumplikata, l-iktar meta tqis l-effett ta’ l-emisferi
cerebrali li huma evoluzzjonarjament iktar ricenti u kkumplikati u fejn
apparentament isiru l-iktar hsibijiet konxji.
Jidher li hemm bilanc
bejn l-emisferi cerebrali, partikularment dawk frontali u s-sistema
limbika, bilanc prekarju hafna, fejn l-emozzjonijiet u l-htigijiet bazici
msawra fis-sistema limbika, huma xi ftit jew wisq kkontrollati. U huwa tajjeb li huwa hekk ghax kwazi unikament, il-bniedem huwa
annimal solitarju-socjali, li biex jghix f’socjeta' jrid jimxi
f’bilanc difficli ta’ x’jigbed ghalih u xi jcedi ghan-normi
tas-socjetà.
Kemm dan il-bilanc huwa
fragili jidher minn osservazzjonijiet kurjuzi.
Per ezempju hija osservazzjoni komuni li l-agir ta’ l-individwu
meta wahdu u meta f’folla huwa differenti. Meta wahdu donnu huwa iktar riflettiv, oggettiv u jara l-affarijiet
sew. Mhux ghageb li hafna
hassieba profondi, bhal Diogene (m410 – m320qK), Isaac Newton
(1642-1727) u Albert Einstein (1879-1955) u tant eremiti u patrijiet,
kienu pjuttost solitarji.
Minn naha l-ohra l-agir
tal-massa lanqas ma huwa dejjem ta’ min jistmerru. Per ezempju, ma hemmx dubju li dawk il-katridrali mmensi
taz-zminijiet tan-nofs saru bi sforzi tremendi komunali; u zgur li fl-ambjenti
taghhom impressivi, bil-kant Gregorjan, bit-twieqi kkuluriti, u r-riha ta’
l-incens taw sens ta’ sodisfazzjon mentali.
Imma kien ukoll l-agir
tal-folla li, per ezempju, ra l-genn tal-persekuzzjonijiet, torturi u hruq
tas-shahar, il-bicceriji mdemma bil-giljottina fir-Renju tat-Terrur wara
r-Rivoluzzjoni Franciza; jew il-qtil sistematiku fil-fran u l-gass fl-Olokawst
Nazista.
Din tidher li hija l-kundizzjoni
umana. Nafu li ahna konxji (avolja
ma nafux sew x’inhu l-konxju), li rridu nghixu f’bilanc socjali ma’
tant ohrajn, u li rridu mmutu. Hija
cajta krudila tan-natura li rizultat minnhom tal-konxju huwa li tinduna li
trid tmut. Imma huwa
probabilment ahjar, ta’ l-inqas ghal min xortih mhix hazina bizzejjed,
li tgawdi l-konxju ghal ftit, milli qatt ma tkun konxju.
FORSI
JINTERESSAWK
Ma tantx
qabillu
Fil-Qorti ragel kien qed ikellem
lill-avukat wara li spiccat il-kawza li fiha kien mixli li seraq arlogg.
Pawlu: Kif inqatghet sur Avukat?
Avukat: Irbahnieha bl-ispejjez b’kollox.
Pawlu: Issa x’naghmel bl-arlogg?
Avukat: Dak issa qisu tieghek. Tista’
zzommu... jew ahjar bieghu... zid xi haga mieghu
...u ejja hallasni!”
Il-klieb jitghallmu x’wahda
din!
Tirrakkonta Elna
Cutbertson li ragel aghma u l-kelb tieghu dahlu f’vagun tat-tren u l-kelb
beda jfittex post ghal sidu. Kien
hemm bosta seats vojta izda kollha kienu bil-wiehed. Ma ghogbux lill-kelb.
Sab
wiehed li jiehu tnejn u lill-passiggier li kien bilqieghda beda jimbuttah
tant li dan tmashan ftit imma telaq u sab post iehor. Imbaghad il-kelb gibed lil sidu, hadu hdejn is-seat u dlonk tela’
hdejh u pogga rasu fuq irkobbtejn ir-ragel.
Kulhadd tbissem anke r-ragel li kellu jinqala’ minn postu biex
jaghmel wisa’ ghaz-zewgt ihbieb.
Sens komun!!
Xi turisti Amerikani
kienu qed izuru l-kastell ta’ Windsor u wiehed minnhom intebah li kien
hemm hafna ajruplani telghin u nezlin. Meta staqsa r-raguni ghal dan, il-gwida qaltlu:
"Ghax fil-qrib
hawn ajruport.”
“Mela x’fetlilhom jibnu dan it-torri tant qrib tieghu?”
Nahseb li l-bennej tat-torri
tqalleb f’qabru!
Prokrastinazzjoni
Kienu zewg ahwa. Kellhom hanut tal-merca u kienu jahdmu minn sbih il-jum sa tard
bil-lejl. In-nies ridithom u
kabbru bi shih. Saru
sinjuruni u wahda mill-ahwa, iz-zghira, kienet tghid lil ohtha:
"Oht, ejja niehdu
vaganza zghira... immorru sa Florida jew California... jew fuq xi gzira
tal-Karibew... jew fl-Ewropa... Parigi, Londra, Ruma…”
“Xi darba mmorru oht,
imma mhux ghalissa ghax jekk naghlqu hmistax nitilfu l-klijenti u ma
nergghux narawhom.”
U ghad li l-flus fil-bank
kibru bi shih, il-kbira kienet ghadha ta’ l-istess fehma:
“Xi darba ...imma
mhux ghalissa.”
Izda marda qerrieda
hadet liz-zghira. L-oht
il-kbira ma setghetx issib paci ghax donnha naqset lil ohtha li thalliha
tara ftit mid-dinja u mhux dejjem maghluqa f’hanut. U biex donnha tpatti – ghalkemm bi spejjez enormi – ibbalzmat
gisem ohtha, poggietu f’tebut apposta u bdiet iddur minn belt ghall-ohra…
kull fejn xtaqet tmur ohtha u ma marrux ghax hallew dejjem ‘ghal
darb’ohra’.
Ghada mhux tieghek. It-tajjeb li tista’ taghmel illum ghamlu u dan ma jghoddx biss
ghal xi dawra mad-dinja!
Pjacir bla mitlub
Ra karozza
miexja... bla
sewwieq... bil-bieba mberrha.
Ma
kellux wisq hin biex jahseb x'seta' gara. B'heffa
tela' fil-karozza u gholla l-hand brake, fil-waqt li bil-pala ta' saqajh
ghafas il-pedala tan-nofs.
Dlonk sema ragel
iwerzaq b’hangra daqshiex:
“Flok timbotta mieghi
dhalt izzommli l-brake!”
U
mill-mera lemah golf b’ilsienu barra jilheg... u jeqred ghax
il-batterija tal-karozza kienet waqghet u kien qed jitlob bil-herqa li tfittex tasal
l-ewwel nizla!
AHBARIJIET
TA’ INTERESS
IL-LAQGHA TA’ FRAR
Rajna flimkien il-video
tal-play ‘L-Akbar Trux’ li l-qasam taghna kien tella’ xi ftit
tas-snin ilu. Imsejsa fuq
grajja ta’ Dr A J Cronin li sehhet fl-Ingilterra ta’ bosta snin ilu
izda li ghadha messagg attwali sal-lum.
Fir-rahal zghir ta’ Berkinshire faqqghet marda perikoluza li
setghet twassal ghall-effetti mentali jew sahansitra sal-mewt.
Peress li l-unika haga komuni bejn dawk li mardu kien li jixorbu l-istess
halib, Dr Cronin kellu suspett li razzett lokali kien il-htija ta’
kollox. Is-sid, dittur
ghax-xoghol tieghu, ma riedx li jittestjaw l-annimali ghax beza’ li
jitlef il-fama. Bil-konnessjonijiet
li kellu anqas il-pulizija u l-Qorti ma hargu l-permess biex isiru l-accertamenti
mehtiega. Izda l-pagna
nqalbet meta iben sid ir-razzett marad u l-marda dehret gravi ...izda kien
tard wisq. L-attenzjoni ta’
dawk prezenti kienet xhieda ta’ kemm hadu gost b’dan il-video.
Hajr lil Robert Borg,
barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.
Kurun Camilleri ta’ Triq l-Imgarr tela’ fil-beritta u n-nuccali
li tellajna.
IL-LAQGHA TA’
MARZU
Ghal-laqgha ta’ nhar
is-Sibt 6 ta’ Marzu stedinna lis-Superjur Emanuel Catania biex jigi
jaghmlilna l-lezzjoni. L-esperjenza
kbira li ghandu maz-zghazagh zgur li tkun ingredjent importanti fil-laqgha
interessanti tieghu. Il-laqgha
ssir fis-7.15p.m. wara t-tieni quddiesa fil-parrocca.
Wara l-laqgha ser
norganizzaw xi loghob tal-football bejn il-prezenti. Dawk li jixtiequ jiehdu sehem mitlubin ikellmu lil Etienne
Vella li qed jiehu hsieb dan il-loghob.
Meta nqabblu l-attendenza
ghal-laqgha ta’ Jannar ma’ laqghat ohra nispiccaw nixxennqu ghal numru
ikbar. Sewwa li nzommu
f’mohhna li fil-hajja kollox importanti. Dahka
bejn il-hbieb hija importanti hafna izda importanti wkoll kelma ta’ gid
inkella partita football. Il-hajja
sabiha meta zzewwaqha.
Mela habib nistennew
lilek u lil shabek nhar is-Sibt 6 ta’ Marzu fis-7.15p.m. Tiehdu gost u jsirilkom il-gid.
Min ihobb jitfa’ t-tajn
fuq haddiehor aktarx issibu dejjem b’idejh mahmugin.
Jekk
inkun naf li ser immut ghada xorta llum nipprova nhawwel sigra
- Stephen
Girard
EKU
EVANGELIKU FI ZMIENNA
[Gesù
qal:] “Min tawh hafna,
hafna jitolbu minn ghandu;
u min irhewlu hafna f’idejh,
izjed jitolbuh.”{Lq 12:48}
Fil-ktieb tieghu: ‘Through the Seasons
of the Heart’, John Powell s.j. jghid:
'Alla jibghat lil kull bniedem fid-dinja,
biex iwassal messagg specjali;
biex ikanta kanzunetta unika;
biex iwettaq att specjali ta’ mhabba.'
Izda
l-mistoqsija principali tkun:
Jien kif ser inkun naf x’inhu l-messagg,
liema hi l-kanzunetta jew x’imhabba
jien mibghut inwettaq?
Alla
afdali certu xoghol
li hadd aktar ma hu ser jaghmlu.
Ghandi l-missjoni tieghi -
forsi ma nkunx nafha f’din id-dinja
izda fl-ohra zgur ninduna …
[Ghalhekk] qatt ma nista’ nitwarrab.
Jekk jien marid,
il-mard tieghi jista’ jkun utli;
jekk jien inkwetat,
l-inkwiet tieghi jista’ jaqdih …
[Alla] ma jaghmel xejn ghal xejn …
Alla tieghi, irrid nintelaq
Bla riservi, fi hdanek.
JOHN HENRY NEWMAN
HAJJA
T’AHWA
Thallinix
Mulej, nghix hajja hielsa
mill-hwejjeg li jressquni lejk.
Ghax x’jiswa elf jum imbieghed minnek
meta nista’ nkun hemm qribek, hdejk?
Ghax
kif nista’ nfejjaq niket siehbi
jekk qalbi xierfa u widnejja soddejt?
Ghax kif nista’ jien nixxotta d-dmugh
jekk tieghi niexfa ghax qatt ma bkejt?
Ghax
kif tista’ tghix f’did-dinja mqallba
jekk kulhadd ghal rasu jkun?
Inkunu ghaqda ta’ ghedewwa
fostna d-dlam, swied, nugrufun.
Meta
l-karba taqa’ f’widna truxa
u l-ghajn thares boghod mill-batut
Kulhadd f’qalbu jibki wahdu
Flok il-hajja ahjar tmut.
Kristu
stess qalilna x’naghmlu
meta nghinu lil xulxin
Mieghu nwettqu nkunu hniena
fi triq ghall-genna lkoll mexjin.
Hadd
ma nhalaq gzira wahdu
Il-Missier rana lkoll flimkien
baghat lil Ibnu bl-ahbar diemja
sabiex tinfed kull imkien.
Bl-Ispirtu
jghix f’min qalbu fetah
sabiex jilqa’ l-messagg smewwi
li ahna hawn qeghdin fil-passa
lejn
post il-ferh mhux f’niket dmewwi.
Hemm triq
ohra… forsi ahjar
Tfajjel
kien qed jittallab fuq il-bankina ta’ bini gholi kollu ufficcji. Kellu tabella u kappell biex fih jilqa’ l-hniena ta’ dawk li
jkunu ghaddejjin. Kellu
miktub:
"Jien aghma...
jekk
joghgbok ghinni!”
Izda ftit kienu dawk li
hennew ghalih u xehtulu miz-zejjed li kellhom.
Ragel liebes pulit ghadda minn quddiemu u thassru. Xehitlu xi haga fil-kappell filwaqt li qabad il-kartuna, dawwarha u
fuq in-naha ta’ wara hazzez xi haga. Sellimlu u kompla triqtu. U
dawk li bdew ihennu ghat-tfajjel bdew jizdiedu fin-numru.
Beda jintebah li l-hoss tal-muniti jhabbtu fil-kappell qabad ritmu
pjuttost mghaggel. Kellu kurzita kbira li jkun jaf x’kitiblu.
U permezz tas-sitt sens – li jghidu li jirfina f’min ikun aghma
– induna, wara nofs in-nhar, li dak ir-ragel rega’ ghaddej. Gharaf passih u staqsieh:
"Int dak li
ktibtli xi haga gdida?”
"Iva. Ktibt biss
il-verità b’mod differenti!”
"Tista’ taqrali dak li ktibt, jekk joghgbok!”
“Ktibtlek: ‘Illum jum sabih li jien ma nistax nara!’”
Iz-zewg skrizzjonijiet
kienu jghidu l-istess izda x’differenza!
Filwaqt li l-ewwel
sinjal kien jistieden lin-nies biex jixhtu l-flus, it-tieni wiehed kien
imissilhom aktar 'il qalbhom: huma kapaci jgawdu l-jum u t-tfajjel le.
Mhix sorpriza liema
sentenza halliet l-akbar effett.
Tghallimna li suppost
inkunu grati ta’ dak li ghandna. U
sa fejn nistghu qatt ma ghandna nichdu ghajnuna.
Kull fejn tkun ghix
b’mod karitattiv, innovattiv u ahseb differenti.
Ftakar li dejjem hemm
xi triq ohra... kultant ahjar... jekk tahseb sew.
>
Mur lura ghall-pagna
principali
|