IL-HBIEB ISEJHU

-
Marzu 2002 | Harga Nru.427
-

 

-
+L-Iben t'Alla sar Bniedem

+:: L-Editorjal

Kienu tlett ihbieb Amerikani ghaddejjin ilebbtu fuq iz-zwiemel taghhom fi shana tremenda ...jixxennqu ghall-ilma u bil-guh mejtin.  Imma kienu jafu li f’dawk l-inhawi la ser isibu ikel u anqas ilma.  Kien baqghalhom distanza twila x’iterrqu.  Waqfu ftit taht sigra kbira biex jehilsu mill-qilla tax-xemx imma ma setghux jibqghu hemm ghax id-dell la jtaffi guh u anqas ghatx.

“X’wahda din x’guh u ghatx ghandi!  Kieku nsib pizza daqs rota ta’ karettun nindafar maghha u ma nhallix loqma biex jitrejjaq kelb,” qal wiehed minnhom 

U l-iehor biex ma jaghmillux ghajb qal, “U jien jekk insib dixx daqs mejda mimli spagetti ma nhallix hajta ghagin kemm qattus icappas mustaccih.”

Izda t-tielet wiehed ta’ nisel Red Indian u bhalhom kien jghix filosofija naturali qalilhom, “Jien m’iniex bil-guh.”

Skantaw shabu ghax bhalhom kien ilu jterraq u bhalhom kien ghadu la daq u anqas xorob.  U komplew triqthom.  U ferhu fuq li ferhu ghax ftit minuti wara, bla ma kienu jistennew sabu motel li kien inbena ftit xhur qabel u li ma kinux jafu bih.  Waqfu, rabtu z-zwiemel u ordnaw it-tlieta li kienu ikla kbira.  U t-tliet kielu b’lupa ghaggelija.  Tant li wiehed minnhom qal lir-Red Indian, “Int ghidt li ma kontx bil-guh u bhalna qed tlewwet l-ikel b’pass imghaggel!”

Ir-Red Indian qallu, “Issa la darba hawn l-ikel jien bil-guh imma meta ikel ma kienx hemm, ta’ xejn kont inkun bil-guh.  Il-filosofija ta’ nannieti ghallmitni biex ma nixxennaqx ghal dak li ma nistax nakkwista.”

Kultant din il-filosofija tghodd ukoll ghalina.  Li tistinka biex tikseb dak li jista’ jinkiseb huwa dmir.  Imma li tixxennaq ghal dak li ma tistax takkwista hu garanzija ta’ dwejjaq.


+:: PIT STOPS

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Zewg irgiel kienu qed jargumentaw fuq ir-religjon u wiehed qal lill-iehor:

“Jien nemmen biss dak li nifhem.  Dak li ma nifhimx inwarrbu.”

U l-iehor qallu:

“Dalghodu trejjaqt b’xi haga?”

“Tazza halib, u bicca hobz bil-butir.  Imma dan x’ghandu x’jaqsam ma’ l-argument taghna?”

“Ghidli kif tista’ tispjega l-fatt li baqra sewda, li kielet haxix ahdar, taghmel halib abjad li jsir butir isfar?”

“Anqas ghandi l-icken ideja.”

“Mela li kont minnek ma nharisx lejn halib, hobz u butir. La ma tifhimx kif gew, aqta’ minn maghhom bhalma ghamilt f’dak li ghandu x’jaqsam mal-fidi.  Fejn ma tifhimx, warrab.”

U jekk madwarna hawn ghexieren ta’ konkluzjonijiet li ahna ma nafux kif jigru, kif nippretendu li nifhmu lil Alla u dak li jappartieni lil dan l-Esseri bla tarf u bla tmiem?  Daqs kemm tista’ tferra l-bahar f‘tazza.  Ragel kien qed jitkellem f’laqgha pubblika u jghid li ma jemminx f’Alla u r-religjon.  Wiehed mis-semmiegha qam biex isaqsi xi haga izda flok tkellem beda jqaxxar laringa.

“Jimporta ssaqsi dak li ghandek issaqsi?” qallu l-kelliem.       

“Nixtieqek tghidli jekk din il-laringa li qed inqaxxar hix helwa jew morra.”

“Fejn naf jekk ma nduqhiex?”

“Hekk ir-Religjon habib.  Ma tistax titkellem fuqha jekk ma tkunx ghixtha.  U milli jidher, kif ghidt int stess, minn tfulitek qatt ma habbilt mohhok fuq dawn il-hmerijiet.  Ghixha ftit xhur u mbaghad ejja kellimni.”


Gazzetta Amerikana ppubblikat lista ta’ l-ikbar hassieba tad-dinja u fosthom inkludiet lil Aristotile, Diogene, Plato, Socrate, Shakespeare u ohrajn.  Xi qarrejja pprotestaw li fost dawn il-hassieba ma kienx hemm l-isem ta’ Gesù.  Irrisponda l-Editur:

“Ghalina Gesu mhux hassieb imma Mulej.  In-nies l-ohra qraw, studjaw, irriflettew u kitbu.  Gesù kien l-istess gherf.  Hadd ma ghallmu ghax l-gherf kien go fih.”

U kellu ragun l-Editur ghax ebda hassieb fid-dinja qatt ma wasal li qal:“Jien hu t-triq.”

Imma kollha kienu qed jahdmu u jistinkaw biex isibuha.  


  Ghix b’tali mod li min jigdeb fuqek ma jkunx emmnut - PLATO  


Hadd ma jista’ jaqdi zewg sidien ghax jew jobghod ‘il wiehed u jhobb l-iehor, jew jingibed lejn wiehed u jistmell lill-iehor - GESU` KRISTU (Mt 6,24)


+:: L-Id

:: jikteb Dr Coronato Grech

Il-gilda ta’ l-id, partikularment tas-swaba’, hija mtellgha f’hafna linji zghar li jzidu s-sensazzjoni u l-qabda u li f’kull individwu ghandhom disinn differenti (kif wera l-anatomista Cekoslovakk Jan Purkinje fil-1823) u li llum jintuzaw ghal identifikazzjoni legali (xi haga li c-Cinizi ghamluha iktar minn millennju qabel l-Ewropej).  

Fil-mohh, fejn anke l-parti sensazzjonarja li ghandha x’taqsam ma’ l-id hija wkoll relattivament kbira.  Dan juri l-importanza li jaghtiha l-mohh.  Huwa mahsub li l-izvilupp ta’ l-id, l-iktar meta l-idejn gew liberati ghax il-bniedem beda jimxi fuq saqajh ta’ wara biss, u tal-mohh iddipendew hafna fuq xulxin (imxew metaforikament id f’id) ghalkemm min minnhom kien dominanti difficli tghid.  Jekk kienet l-id, allura t-tkabbir tal-mohh u forsi anke l-konxju jafu l-origini taghhom lill-id.

Mis-swaba’ ta’ l-id, is-saba’ l-kbir huwa l-iktar importanti ghax barra l-moviment bhal dawk tas-swaba’ l-ohra, ghandu movimenti unici li bihom jista’ jopponi u jmiss is-swaba’ l-ohra u b’hekk l-id issir strument tajjeb hafna biex taqbad l-ikel u l-ghodda; jew tibni bliet u monumenti; jew tikteb, tpitter u tiskolpixxi kapulavuri jew taghmel armi qerrieda ecc b’movimenti delikati bhal meta terfa’ tarbija jew iddoqq xi notturn ta’ Chopin jew bis-sahha ta’ gellied tal-karati.

Madanakollu l-istruttura bazika ta’ l-id ma hijiex unika ghall-bniedem.  Anzi l-vertebri ghandhom bazikament l-istess pjan anke jekk minn barra jidhru differenzi kbar ghax wara kollox l-id ghandha ghamla u uzu differenti – ghawm, titjir, thaffir, jew giti.  Kull id fiha l-istess numru ta’ swaba’ anke jekk mhux dejjem ovvji.  Il-gwienah ta’ farfett il-lejl huma s-swaba’ tawwalija b’gilda rqiqa bejniethom; anke gwienah l-ghasfur huma fil-parti minnhom l-id, kif ukoll kienu dawk gganteski tar-rettilu preistoriku, il-pteradaktilu.  Fil-balena l-id hija moqdief kif ukoll fid-denfil u l-bumerin.  Fiz-ziemel imbaghad is-seba’ tan-nofs maz-zmien kiber u ssahhah waqt li l-ohrajn ckienu jew spiccaw biex illum iz-ziemel jimxi fuq dan is-saba’.  Min-naha l-ohra fis-sriep l-ghadam ta’ l-idejn (u s-saqajn) jew spiccaw ghal kollox jew baqa’ biss xi ftit tracci zghar.  L-iktar idejn li jixbhu lil taghna huma dawk tax-xadini u dan mhux ghageb meta tiftakar li d-differenza genetika bejnietna hija ta’ inqas minn 2%.  Hafna xadini ghandhom idejn (u saqajn u denb) addattati hafna ghat-tixbit u qbiz bejn is-sigar però, idejhom ma humiex versatili daqs tal-bniedem.

Tabib tajjeb li jaf josserva jista’ jiehu hafna informazzjoni minn harsa lejn l-idejn; jinnota per ezempju x’tip ta’ xoghol jaghmel il-pazjent, il-livell  ta’ l-igjene u l-istat generali ta’ sahha.  Idejn bajdanija, partikularment taht id-dwiefer jindikaw anemija, waqt li jekk hamranija fil-pala jista’ jkun mard tal-fwied; u jekk hamranija u shan xi mard tal-glandola tirojde jew anke tqala; idejn keshin u fil-vjola juru nuqqas ta’ cirkulazzjoni.  It-tbajja’ tan-nikotina jikxfu l-vizzju tat-tipjip jghid x’jghid il-pazjent. 

(Dr Grech itemm dan l-artiklu fil-harga ta’ April)


+:: Forsi Jinteressawk  

Gharfu ...u ma gharfux

Is-sultan Guzeppi II kien ghall-kacca liebes ta’ kaccatur u hadd ma gharfu ghajr is-seftur li kien jahdem fil-lukanda fejn ir-re kien alloggjat.  Darba dan staqsa lis-sultan:

“Wiccek nafu x’imkien u jekk ikolli nghid rajtek fil-palazz irjali.  Aqtaghli kurzità, int kont tahdem hemm xi darba?”

“U hemm ghadni nahdem.”

“U x’taghmel?” staqsieh is-seftur.

“Hafna affarijiet ...fosthom gie li nqaxxar il-lehja tas-sultan!”


U lilek?

Lil Mattew sabu wara bank tad-dwana ...u sar Evangelista.

Lil Natanael sabu taht sigra tat-tin ...u sar Appostlu.

Lil Pietru sabu hdejn l-ghadira ...u sar l-ewwel Papa.

Lis-Samaritana sabha hdejn bir ...u saret messaggiera ta’ l-ahbar it-tajba.

Lil Zakkew sabu fuq sigra tas-Sikomor ...u sar sinjur generuz.

Lil halliel sabu fuq salib ...u sar qaddis.

U lilek fejn sabek jew ser isibek?

Meta tiltaqa’ mieghu ma tibqax l-istess.


Kien qieghed f’lukanda lussuza u meta spicca l-ikel, il-wejter staqsieh:

“Kif sibtu l-laham taghna?”

“B’kumbinazzjoni ...mohbi taht hassa!”


Kritika ...skond kif taraha

Illum Fred Astaire hu meqjus bhala l-ahjar zeffien li qatt ipproduca Hollywood.  Meta mar l-ewwel darba biex jittenta xortih f’din il-belt tal-films, inkiteb hekk fil-file tieghu:

‘Ma jafx jirrecta ...ftit fartas ...jaf jizfen kemm kemm.’

Wiehed mill-producers qabad l-ahhar frazi u ddecieda li jippruvah.  U ma ddispjacihx!

Kemm jizbalja min jaqta’ qalbu quddiem l-ewwel kritika!


Ahbar pillola

Kienet fuq holiday u cemplet id-dar.
Irrisponda zewgha:

“Hello darling ...kif inhu l-kelb?”

“Il-kelb miet,” wegibha.
“Waqa’ minn fuq il-bejt.”

“Imma kemm tiflah tkun injorant!
Hekk taghtihieli ahbar bhal dik.”

“La miet, miet.  Xi tridni nghidlek?”

“Ghathieli bil-mod.  Ghidli li l-kelb ma tantx jiflah.  Imbaghad ghada ghidli li tellajtu fuq il-bejt ghax hekk qallek il-veterenarju.  Imbaghad il-pitghada ghidli li waqa’ minn fuq il-bejt u jinsab maghdur.  U hekk tippreparani bil-mod il-mod ghal din id-dizgrazzja!”

“Kollox sew.  Darb’ohra naghmel kif qed tghidli,” qalilha biex izomm il-paci.

“U bilhaq, ghax kont insejt, ommi kif inhi?”

“Qieghda fuq il-bejt.”

“Alla tieghi ...mietet ukoll!”


L-imhabba hi l-karta ta’ l-identità tan-nisrani.

L-ikbar kelma - Alla

L-itwal kelma - eternita'

L-iktar kelma veloci - hin

L-iktar kelma qrib - issa

L-iktar kelma kerha - dnub

L-iktar kelma sabiha - omm.


+:: Simetriji + Bejn grajja, riflessjoni u kwotazzjoni

 

Jisimha Trisha Clifford.

Kienet tahdem mas-San Francisco Examiner.

Mara ta’ karriera – Editur ta’ gazzetta.

Izda minn mindu saret omm

id-dinja taghha nbidlet.

Ghall-bidu immaginat

li wara sitt xhur ser tkompli l-karriera.

Izda bit-tarbija biddlet fehmitha

U flok hames xhur li kien bi hsiebha tiehu

spiccat hadet hames snin.

Ghalxejn qalulha li aktar ma ddum barra

aktar issibha difficli terga’ tibda.

“Qabel kont nara d-dinja minn wara hgiega.

Issa ghalija tidher isbah.

Irrid inkun jien li lil binti

nuriha s-sabih ta’ warda

il-pjacir ta’ ziffa thaddan wiccek

il-fwieha ta’ narcisa.

Tfulitha ckejkna – jekk nitlef dan ic-cans illum

inkun tliftu darba ghal dejjem.

Inhoss li qed nircievi interessi qawwija

ghal dak li qed naghmel maghha.

Ix-xoghol jista’ jistenna.  Hi le.”

 

Elfejn sena ilu

tfajla ohra wkoll qalet ‘iva’ ghall-hajja.

Gabitilna l-fidwa bl-altruwizmu taghha.

Jalla kulhadd jidra jghid ‘iva’ ghall-hajja

u mhux jinhela wara argumenti bla sugu.

 

“Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej; ikunli skond kelmtek.”

(Lq, 1, 38)


+:: It-Tislib

F’dawn il-granet tar-Randan u l-Gimgha Mqaddsa nisimghu hafna bil-passjoni u t-tislib ta’ Kristu.  Ix-xbihat ta’ Kristu fuq is-salib huma komuni u sfortunatament tant imdorrijin narawhom li ftit iqanqlu fina kompassjoni lejn Dak li miet minhabba fina.  Izda x’bata ezatt Gesù fil-passjoni?  Kienu bosta t-tobba li ppruvaw jiflu din it-tbatija mill-mod ta’ kif inhi irrakkontata fil-Vangelu.

IL-GETSEMANI: F’Luqa 22:44 “...u sar l-gharaq tieghu bhal qatriet tad-demm nezlin fl-art.”  Ghalkemm rari hafna, il-fenomenu msejjah ‘hermatidrosis’ jew gharaq tad-demm huwa dokumentat sew.  Taht stress kbir, vini rqaq fil-glandoli ta’ l-gharaq jistghu jinqasmu u jithalltu ma’ l-gharaq.  Dan wahdu jaghmel lill-bniedem debboli u possibilment f’qaghda ta’ ‘shock’.

IS-SINEDRIN: Quddiem il-Qassis il-Kbir Kristu nghata daqqa ta’ harta, u ghaddewh biz-zmien.

QUDDIEM PILATU: Filghodu kmieni, ghajjien, imwegga’ u dehydrated (b’nuqqas ta’ ilma) Gesù kien mehud ghall-Praetrium fil-fortizza Antonia mnejn kien imexxi Ponzju Pilatu.  Sakemm intbaghat ghand Erodi, u lura Gesù u ma jidher li bata ebda tbatija fizika izda meta nheles Barabba, Gesù intbaghat ghas-swat.  Inghata s-swat Ruman fejn l-ikkundannat kien jitnezza’, idejh marbuta ’l fuq u msawwat bi frosta b’bocci zghar tac-comb marbuta f’tarfha.  Il-feriti kienu jsiru fondi fil-gisem, sahansitra jilhqu l-muskolatura.  Is-swat kien jintemm meta c-centurjun inkarigat kien jara li l-ikkundannat wasal fil-pont tal-mewt.

F’din il-qaghda ta’ kwazi nofs mewt Gesù gie zzufjettat bhala r-re.  B’mantar ahmar, qasba f’idu u kuruna maghmula minn xewk, li s-soltu kienu juzaw biex iqabbdu n-nar fil-bitha, bdew jaghtuh qima.  Daqqiet b’ghaslug fuq rasu u x-xewk beda diehel aktar ’il gewwa.  Meta temmew din ir-recta krudila nehhewlu l-mantar u libbsuh il-libsa tieghu.  Feriti li wehlu mal-mantar regghu nfethu biex ghaqdu mal-libsa li fuq il-Golgota kellha terga’ titnehha.

IL-GOLGOTA: Anqas b’sahha jiflah il-piz tieghu stess inghata s-salib li kellu jgorru sal-Qorriegha, il-post ta’ l-ezekuzzjoni.  Il-parti l-mimduda tas-salib kienet thokk ma’ dahru li ma kellux gilda x’tilqaghlu.  Ma setax itemm is-650 jarda li hemm boghod mill-fortizza ta’ Pilatu sal-post tal-mewt.  Gaghlu lil Xmun ic-Cirinew jerfaghlu s-salib.  Kristu rega’ gie mnezza’ ghajr ghal bicca ma’ qaddu li r-Rumani kienu jippermettu lill-ikkundannati Lhud.

Bdiet il-krucifissjoni.  Kristu nghata nbid imhallat bil-mirra biex inaqqaslu l-effett tal-ugigh izda rrifjutah.  Mimdud ghal tulu fl-art, b’idejh miftuha,is-suldati fettxew il-vojt fin-naha ta’ quddiem tal-polz fejn dahlu musmar kwadrat ’il gewwa fl-injama.  L-istess ghall-id l-ohra izda bla ma jgebbduh izzejjed biex jippermettu ftit caqliq.  Imwahhal mal-mimduda jittella’ fuq il-post bl-iskrizzjoni ‘Gesù Nazzarenu, Sultan tal-Lhud’ miktuba ’il fuq minn rasu.  Il-pali ta’ saqajh tpoggew fuq xulxin u musmar iddahhal mill-arkata taghhom.

FUQ IS-SALIB: Il-piz ta’ gismu nxtehet fuq il-polz.  L-uniku riljiev kien fuq is-saqajn li xorta wahda kien qed isir sforz fuq musmar li kien jinfidhom.  B’din l-ghejja u l-ugigh kollu l-gisem beda jigi assedjat b’bughawwieg.  Billi kien imdendel minn idejh, il-muskolatura ta’ sidru u dawk ta’ bejn il-kustilji kienu pparalizzati u b’hekk l-arja li dahlet fil-pulmun ma setghetx tohrog.  Ipprova jiggebbed ’il fuq biex jipprova jiehu n-nifs.  Izda l-carbon dioxide fil-pulmuni u fid-demm zdied, u ma tantx baqa’ jinhass il-bughawwieg.

IT-TMIEM: In-nuqqas ta’ ilma fil-gisem kien f‘livell kritiku.  Il-qalb ghajjiena kienet qed tippompja bi tbatija demm maghqud u l-pulmuni kienu, b’sagrificcju enormi, qed jippruvaw jiehdu nifsijiet tqal zghar.  Bl-ahhar kliem ikun ‘Missier, f’idejk nerhi ruhi.’

IL-MEWT: Ir-Rumani kienu jhaffu l-mewt tal-imsallba billi jkissrulhom saqajhom u b’hekk ma jkunux jistghu jqumu ftit biex jiehdu nifs.  Filwaqt li lil-hallelin kissrulhom saqajhom, lil Kristu nifduh b’lanza u hareg demm u ilma mill-borza ta’ madwar il-qalb u demm minn naha ta’ barra taghha.  Dan hu kwazi certezza li Kristu ma mietx bhall-imsallba l-ohra fgat izda b’falliment tal-qalb.

Izda mal-mewt ma ntemmx kollox.  Minkejja din it-tbatija kollha Kristu rega’ qam – jaghtina dehra ta’ dak li hemm jistenniena ’l hemm mill-qabar.  

> Mur lura ghall-pagna principali