|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Dari,
hdejn bieb il-belt Valletta kien ikun hemm irgiel u nisa jitolbu l-karità.
Kien zmien meta f’pajjizna ma kienx hemm servizzi socjali u min
kien ikun marid jew bla xoghol kien jispicca tallab.
U
jghidu li darba wiehed minn dawn it-tallaba ressaq idejh quddiem ragel
sinjur li kien diehel mghaggel lejn il-belt.
Dan tah harsa kerha ghax ma riedx jitlef zmien izda minhabba n-nies
l-ohra li kienu mieghu ma riedx jibqa’ ghaddej bla ma jaghtih xi haga.
Dahhal idu fil-but, sab munita li kienu jghidulha tmintax irbieghi
(xi 12-il centezmu tal-lum) u poggihielu b’sabta f’qiegh idu.
U baqa’ sejjer bla kliem u bla sliem.
Tmintax
irbieghi kienet munita li rari kienu jaqilghuha t-tallaba.
Izda t-tallab ta’ l-istorja gera wara s-sinjur u qallu:
“Hawn
sinjur. La ma tajthielix bil-qalb
anqas irridha.”
U
tefaghhielu fil-but tal-glekk waqt li mar lura f’postu jkompli jittallab.
Hux
vera jew le ma nafx imma naf zgur li l-Mulej jaghmel bhat-tallab.
Jekk dak li jsir ghalih u f’ismu ma jsirx bil-qalb, tieghu la
jaghtik ferh u anqas ma jhalli f’qalbek sodisfazzjon.
MID-DJARJU
TA’ DR A J CRONIN
Kont
ili ftit xhur mhux hazin f’Tannachbrae. Nahdem
minn sbih il-jum sa tard bil-lejl fil-klinika tat-tabib Cameron li kien
ihaddimni. Kien ihallasni tajjeb
barra li kont niekol u noqrod bla hlas. Ma
stajtx ingerger.
Imma
darba nqalghet okkazjoni u sirt naf li tista’ tistaghna malajr jekk
taghtiha ghax-xiri ta’ shares. Thabbibt
ma’ certu Mr McKellor u fuq il-parir tieghu xtrajt shares fil-kumpanija
Roan Vleis. Mitt lira kollox imma
din kienet tfisser xhur ta’ xoghol u snin biex tfaddalhom. Ridt nittanta xortija.
U
bellec gietni tajba ghax fi ftit gimghat dawn ix-shares bdew tilghin ’il
fuq u flusi kienu qed joktru. Saru
mitejn u ftit wara telghu ghal tliet mija.
U kienu ghadhom tilghin! Hassejtni
bla sabar. Nistenna jisbah l-ghada
biex nara kemm kont staghnejt izjed mill-bierah.
U x-shares komplew tilghin ghax qalu li f’wahda mill-minjieri ta’
Roan Vleis kienu nstabu xi tracci tad-deheb.
Ghaddew
xi jiem u qajmuni kmieni filghodu ghax il-familja Dallas, li kienet
toqghod xi 20 mil boghod, kienu nfurmawni li riduni malajr. Tlaqt bilgri u mn’Alla ghax Elizabeth kienet tidher dghajfa hafna
u zgur li riedet hafna ghajnuna biex twelled.
Maghha kien hemm ommha. Dehret
inkwetata ghax bintha Elizabeth kellha 40 sena u din kienet l-ewwel
tarbija taghha.
Izda
fl-ahhar welldet. Gmiel ta’
tarbija izda ntbaht li din kienet bla nifs.
Imbaghad intebah kulhadd li kienet twieldet mejta.
Izda xi haga fija
gaghlitni naghtiha nifs il-hajja ...nipprova u nerga’ nipprova donni ma
ridtx nemmen li kienet mejta. U wara hafna tentattivi t-tarbija dehret tiehu n-nifs.
Nifs dghajjef. Imma malajr issahhah. Tajthom
lura tarbija hajja u b’sahhitha. Naf cert li kieku ma kontx hemm... jew ma kienx hemm xi tabib iehor
...din it-tarbija ma kienet qatt tara wicc ommha.
Hassejtni
fis-seba’ sema. U anke d-Dallas.
L-omm tibki bil-ferh u l-missier George jhaddanni mieghu u
jirringrazzjani. Izda l-ferh kollu
tarli meta wasalt Tannachbrae u sirt naf li x-shares tieghi kienu sfumaw.
Fi ftit sighat tlift kollox ghax instab li fil-minjiera ma kienx
hemm deheb imma biss faham. Il-fortuna
tieghi kienet taret mar-rih.
Kont
ser nibda neqred is-siegha u l-mument li mort ghand id-Dallas.
Izda d-dehra ta’ dik il-familja ferhana nessietni t-telf kollu u
f’qalbi raddejt hajt lill-professjoni tieghi ta’ tabib li kienet gabet
tant ferh u sodisfazzjon. Ferh u
sodisfazzjon li kienu wkoll f’qalbi minkejja li kont tlift flusi kollha.
Kelli ferh li l-flus ma setghu qatt jixtru.
Kieku
l-flus jaghmu n-nies kuntenti kieku s-sinjuri kont tarahom iktar ta’
spiss bi tbissima.
DR
CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu …
UFF
XI SHANA!!
Miz-zmien
ir-Rivoluzzjoni Industrijali ’l hawn (dawn l-ahhar 250 sena) fejn beda
jintuza hafna l-faham, instab li l-livell tal-carbon dioxide kullimkien
tela’ xi ftit. U l-effett
fuq it-temperatura issa beda jinhass anke minn nies, mhux biss minn
strumenti fini.
X’jigri
jekk it-temperatura tibqa’ tiela’?
Effett serju hafna huwa li jibda jinhall is-silg polari; u
b’inqas silg abjad x’jirrifletti s-shana iktar dan l-effett isir
dejjem iktar mghaggel. L-effett
fuq il-kosta madwar id-dinja jkun dizastruz b’ibliet kbar hdejn l-ilma
bhal New York, Londra u Bangkok jispiccaw mgharrqin.
Anke ghalina jekk il-livell tal-bahar jitla’ biss 50 metru
Ghawdex jiehu dehra gdida!! (izghar).
U jekk
it-temperatura titla’ hafna, il-pjaneta ma tkunx iktar tajba ghall-hajja.
Kemm din mhix xi bicca fantasija jidher mill-kaz tal-pjaneta Venus
li veru hija kaz estrem b’atmosfera ta’ madwar 95% carbon dioxide,
imma li t-temperatura fil-wicc taghha hija ta’ madwar 475°C!1
U issa
fid-dinja taghna kif qed tissolva din il-problema tas-shana?
Billi jixeghlu fans jew air conditioners li jahdmu bl-energija
elettrika li tigi (f’pajjizna) mill-hruq ta’ faham!
Intant,
issa x’jista’ jsir forsi qabel ma ssir hsara irreparabbli fl-atmosfera?
Fuq skala mondjali jrid ikun hemm kontroll fil-popolazzjoni li
f’dan l-ahhar snin qed tizdied espotenzjalment.
L-ahhar biljun zdied f’10 snin meta ta’ qabel zdied fi 80 sena.
Din probabli hija l-aktar parti importanti tas-soluzzjoni.
Iridu
jinstabu u jintuzaw sorsi ohra ta’ energija apparti dik tal-faham u z-zejt,
sorsi li x’hin jinharqu ma jipproducux l-carbon dioxide.
Sors
ovvju huwa l-energija tax-xemx, almenu f’pajjizi bhal taghna bi klima
xemxija. L-uzi ta’ solar
heaters, solar cookers u solar batteries (u karozzi) ghandu jnaqqas sew
il-konsum tal-faham, imma sfortunatament dawn donnhom ghadhom ma qabdux
f’pajjizna.
Imbaghad
nistghu nzidu l-hdura (vegetarjana) f’pajjizna li barra li tant issebbah
l-ambjent tant hija tajba ghas-sahha.
Irridu nhawlu iktar sigar indigeni u Mediterranji (ez harrub,
zebbug, ballut, palm, sigar tal-frott ecc) inkluz dawk adattati ghall-ftuh
tal-kosta (bruk), waqt li nibzghu u napprezzaw l-arbuxelli tal-kampanja,
xaghri u widien.
Ta’
min jispera li b’pajjizna iktar ihaddar, it-tendenza ghan-nixfa tonqos u
iktar shab jipprecipita xita fuqna (litteralment l-ilma tal-hajja –
acqua vitae). Mhux biss imma
iktar ghasafar li jpassu jieqfu f’pajjizna u ahna b’iktar edukazzjoni
u ospitalità minn qatt qabel inhalluhom jghixu bi kwiethom.
Sabih l-ideal!
U fuq
skala personali hemm bzonn li kulhadd jigi konxju tal-problema; u ghalkemm
wahdek ma tista’ taghmel xejn drammatiku, però tista’ taghmel l-isforz
ckejken li titfi swicc jekk hemm xi dawl, fan jew air conditioner jixghel
ghalxejn.
U tkun
ukoll isserrah daqsxejn mohh l-awtur!
1 L-ambjent
ta’ Venus – ta’ temperatura tant gholja, ta’ gassijiet velenuzi, u
ta’ atmosfera sfiqa u mcajpra, tixbah hafna l-idea ta’ l-infern
medjevali.
FORSI
JINTERESSAWK
Irgulija
Il-President
Amerikan Jefferson Davis xtaq iqabbad ufficcjal ta’ kalibru.
Tawh l-ismijiet ta’ bosta nies ta’ hila.
Il-President hassu mifxul imma ra li mal-lista l-iktar li spikka
kien certu Whiting. Izda kien jaf li dan hu kritiku qawwi hafna tal-General Lee li kien
l-id il-leminija tieghu. Ma riedx
joffendi lil Lee u ghalhekk xtaq li qabel jiehu l-fehma tieghu:
“X’jidhirlek
minn Whiting?"
“Ragel ta’ l-affari tieghu. Biezel
u sincier. Jaghtik servizz
eccellenti.”
Xi hadd
li sema’ t-tahdita gibed lill-general ghall-genb u qallu:
“Mela
nsejt kemm kiteb kontra tieghek Whiting?”
“Le ma nsejtx imma l-President ma staqsinix x’kiteb fuqi imma jien
x’nahseb fuqu. U ghidtlu l-verità.”
Kellu
ragun il-President meta qal:
“Lee
mhux biss hu general tajjeb imma fuq kollox hu gentlom kbir.”
Iktar
beza’ minn martu milli …
Mara
ta’ haddiem f’cirku lemhitu jitbissem u jiccaccra ma’ tfajla u
telqet tigri lejh ixxejjer umbrella.
Ir-ragel
raha gejja, u harab lejn il-gagga ta’ ljuni... dahal u qafel minn gewwa,
bl-iljun jhufu madwaru.
Martu
resqet lejn il-hadid tal-gagga u bdiet tghajru:
“Ohrog
minn hemm, bezzieghi... ohrog minn hemm!”
Korrezzjoni
li jibqghu jiftakru
F’Kalifornja
zewg zghazagh inqabdu jisirqu 4 galluni petrol. Il-Magistrat flok multa jew habs wahhalhom li ghal hmistax-il
gurnata jaghmlu bil-mixi l-mili li l-karozza kienet taghmel b’dak il-petrol
misruq.
Habat
tajjeb li l-karozza kienet Amerikana u daqs xarabank... ghax kieku
b’karozza moderna bhal taghna 4 galluni jfissru hafna izjed mili!
Fehem
in-natura umana
Meta
Napuljun kien qed jehodha qatta’ bla habel kontra l-Papa, inzerta darba
f’rahal u haduh izur skola li kienet immexxija mis-sorijiet. Ried jara l-istatut ta’ l-iskola u sab li l-istudenti kienu
obbligati li darbtejn fil-gimgha jattendu ghas-servizz religjuz.
Napuljun
inkassa ‘darbtejn fil-gimgha’ u nizzel il-kelma ‘kuljum’.
Xi hadd irrimarka:
“Sorpriza
ghalina, eccellenza.”
“Studenta
li ma tattendix servizz religjuz kuljum ma tasal qatt li tkun omm tajba u
’l quddiem flok ghajnuna lil pajjizna tkun ta’ piz.”
Id-determinazzjoni
Xi
dilettanti tat-tixbit mal-muntanji stiednu lil Edmund Hillary jghidilhom
xi haga dwar il-Himalayas specjalment dwar l-Everest li sa dakinhar kienet
ghadha mhix mirbuha.
Hillary
innifsu kien gà pprova jitlaghha darbtejn izda ghalxejn.
Meta kien qed ikellem lil dawn id-dilettanti qalilhom:
“Illum
nghidilkom kif l-Everest rebhitilna. Imma
jigi zmien meta nirrakkontalkom kif irbahnielha.
Ghax l-Everest ma tistax tikber izjed imma ahna ghadna nistghu
nikbru.”
U l-weghda
zammha. Fid-29 ta’ Mejju 1953
Hillary u Sherpa Tenzing poggew il-bandiera ta’ pajjizhom fuq il-quccata
taghha.
L-insara
jistghu jkunu …
...dghajjes
ta’ l-irmonk – jigbdu l-ohrajn
…dghajjes
tal-qlugh – tajbin biss ghall-bnazzi
...cattri
– iridu min jigbidhom.
Immutu
meta nghixu ghalina nfusna…
nghixu meta mmutu ghalina nfusna.
AHBARIJIET
TA’ INTERESS
IZZEWGU
Josef
Said ta’ Triq it-Telegrafu lil Marla Saliba (Zebbug);
Silvana Azzopardi ta’ Triq il-Mithna l-Qadima lil Jimmy Saliba (Zebbug)
Sonia Said ta’ Pjazza Dun Martin lil Andrew Saliba(Zebbug);
Denise Attard ta’ Triq il-Qala lil Patrick Caruana (San Lawrenz).
Filwaqt
li nixtiqulhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb.
Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.
IL-LAQGHA
TA’ GUNJU
Kienet
l-ahhar laqgha qabel il-festa tal-patruni taghna San Pietru u San Pawl u
ghalhekk il-laqgha ghamilha l-Arcipriet taghna Mons Salv Muscat.
Ghamlilna lezzjoni interessanti fuq kemm ghandna naghtu importanza
lill-hajja spiritwali taghna. Il-gibdiet
tad-dinja u ta’ Alla huma kontra xulxin.
Fejn Alla jippriedka c-cahda taghna nfusna, id-dinja tghidlek biex
takkwista kemm tista’ u tiddeverti bla ma toqghod tqis xejn.
Ghalhekk il-messagg ta’ Alla ma jintlaqax minn dawk li mohhhom
biss f’li tghid id-dinja. Hemm
bzonn li nkunu aktar disposti biex nilqghu l-messagg ta’ Alla.
Il-festi huma atti esterni ta’ l-imhabba u l-ammirazzjoni taghna
lejn il-patruni. Il-festa tilhaq l-iskop
taghha meta spiritwalment nersqu aktar lejn Alla.
Kristu stess hallielna hafna ghajnuniet biex insibu lil Alla
fil-hajja taghna. Ghandna l-Bibbja,
fejn insibu l-messagg dirett ta’ Alla ghalina, ghandna l-Ewkaristija
fejn Gesù baqa’ maghna fl-ispeci tal-hobz u l-inbid u qabel miet tana
wkoll lil ommu – lejha ghandna nersqu f’kull bzonn taghna.
Hajr
lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters tad-drinks li qassamna.
Jean Pierre Saliba ta’ Triq ta’ Said tela’ fir-rigal.
IL-LAQGHA
TA’ LULJU
Zmien
il-vaganzi maghna. Ikollna hafna
aktar hin hieles mill-bqija tas-sena. Hu
z-zmien li fih naghmlu dak kollu li xtaqna ghamilna imma qajla sibna hin
ghalih. Ghalhekk, habib,
ghamel proponiment li das-sajf ma titlifx laqgha li issa ilha ssir 38 sena.
Il-laqgha li tmiss ser issir nhar is-Sibt 3 ta’ Lulju
fit-8.15p.m.
Mela
habib nistennewk. Ghid lil shabek jigu wkoll.
Is-SIBT
3 ta’ LULJU fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.
EKU
EVANGELIKU FI ZMIENNA
[Gesù
qal:]
“Trekknux
tezori ghalikom f’din id-dinja …
minflok ahznu tezori fid-dinja l-ohra ghaliex
qalbek tkun dejjem fejn hemm
it-tezor tieghek.”
Nies
primittivi qabdu bahri li kien heles
minn nawfragju, haduh ir-rahal taghhom,
poggewh fuq tron u bdew jismawh
ta’ re.
Ftit
ftit il-bahri beda jsir jaf id-destin tieghu.
Kienu ser ihalluh re ghal sena
imbaghad jehduh fuq gzira dezerta
u jhalluh hemm bhala offerta lill-allat.
Il-bahri
fassal pjan.
Bhala re ordna
lill-mastrudaxxi jibnu vapur,
lill-bdiewa biex jaghmlu gnien fuq il-gzira,
u l-bennejja palazz.
Hija
storja parabbola tal-hajja tan-nisrani.
Bhall-bahri ahna nafu x-xorti taghna.
U hemm bzonn b’ghaqal nippreparaw ghaliha.
Jien
kemm jien lest ghal wara l-mewt?
Il-hajja hija vjagg lura d-dar.
Herman
Melville
IZ-ZRING
Grupp
ta’ zringijiet zghar fettlilhom jaghmlu kompetizzjoni... min minnhom
kapaci jitla’ fuq il-quccata ta’ torri li kien hemm fil-qrib ta’ l-ghajn
fejn kienu jghammru.
Numru
imdaqqas ingabru madwar it-torri biex isegwu t-tigrija u jaghmlu l-kuragg
lill-kompetituri.
It-tellieqa
bdiet. Fil-fond ta’ qalbhom l-ebda
zring ma kien jemmen li z-zringijiet iz-zghar kienu kapaci jtemmu l-isfida.
Kien hemm min beda jghajjat:
“Tqila
wisq” jew “Qatt m’intom ser taslu!” inkella “Hadd ma hu ser
jirnexxilu. It-torri gholi
wisq.”
U z-zringijiet
iz-zghar bdew jizzellqu. Wiehed,
wiehed. Izda x’uhud dehru jisseqqru u jitilqghu.
Imma l-migemgha kompliet tghajjat: “Difficli wisq!!
M’intomx ser taslu!!”
Bosta
zringijiet zghar ghejjew u cedew l-armi. Izda
wiehed baqa’ tiela’, tiela’, ‘il fuq, ‘il fuq.
Ma kienx behsiebu jcedi.
Fl-ahhar
kollha kienu abbandunaw it-tigrija minbarra dan iz-zring iz-zghir li wara
sforz ahhari rnexxielu jiehu n-nifs minn fuq il-quccata.
Imbaghad
kulhadd ried ikun jaf kif irnexxielu. Wiehed
issogra jistaqsih.
Izda
induna li r-rebbieh kien trux.
Tismax
minn dawk li minn natura taghhom huma pessimisti u negattivi ghaliex
jeqirdulek l-isbah holm u xewqat.
Zomm
dejjem f’mohhok il-qawwa tal-kliem. Dak
li tisma’ jew taqra ser jaffettwalek lil hajtek.
Ghalhekk,
kun dejjem pozittiv u fuq kollox kun trux meta xi hadd jghidlek biex
twarrab holmietek. Dejjem ahseb: Jien nasal.
Anedotti
Parlamentari
Aktarx
li fl-ebda Parlament ma jikbru fjuri imma f’hafna Parlamenti u
fil-kurituri taghhom nibtu aneddoti li joholqu tbissima u forsi jhallu
wkoll taghlima.
Rari
Churchill gie mrekken imma f’din l-okkazjoni, l-avversarju politiku
tieghu Lady Astor rekknitu wahda sew.
Waqt
seduta din is-sinjura bdiet titkellem fuq il-biedja u tat xebgha kritika
lill-gvern ta’ Churchill. Dan
irrisponda hekk:
“Nahseb
li Lady Astor ma taf assolutament xejn fuq il-biedja. Nassumi li anqas taf kemm ghandu swaba l-majjal.”
“Nahseb
li naf u int tista’ ssir taf ukoll jekk tinza’ z-zarbun u tghodd
subghajk.”
Darba
fil-Parlament Indjan, Nehru qal:
“Il-bicca
art li qed incedu lic-Cina ma tiswa xejn ghax fiha ma tikber l-anqas
haxixa hazina.”
U
Mahavir Tyagi, membru anzjan, wiegeb:
“Anqas
fuq rasi ma jista’ jikber xejn imma b’daqshekk ma nohlomx li ncedi
rasi lill-ghadu!”
Il-membru
tal-Kungress Amerikan Henry Fountain Ashurst ta’ Arizona kien qed
jitkellem dwar l-istat li kien jirraprezenta u qal:
“L-istat
tieghi jsir genna jekk kapaci nsibu l-ilma u nimlew iz-zona bi ftit eluf
ta’ nies ta’ karattru.”
Senatur
iehor, Boies Penrose wiegeb:
“Anke
l-infern isir genna b’dak li trid int!”
>
Mur lura ghall-pagna
principali
|