----
IL-HBIEB ISEJHU
Lulju 2003 | Harga Nru. 443
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Frances Green kienet armla fqira Amerikana. Izda minkejja l-faqar taghha kienet dejjem tibghat donazzjoni zghira ta’ $5 lill-partit Repubblikan.

Meta Reagan kien president, intbaghtet stedina lill-membri kollha tal-partit Repubblikan ghal riceviment fil-White House u l-ewwel 1000 twegiba kienu ser jinghataw dan il-privilegg li jkunu mal-President.

Frances Green irrispondiet mill-ewwel li ser tkun maghhom.  Izda ma flietx sewwa l-istedina ghax il-kliem kien jghid li kull twegiba kellha tinkludi donazzjoni ta’ $5000!

Meta rcivew it-twegiba, l-iskrivani warrbuha ghax maghha ma kienx hemm flus.  U meta Frances Green waslet Washington ma hallewhiex tidhol ghax isimha ma kienx mal-lista.  Izda baqghet tiggieled li kien il-President innifsu li stedinha.

Xi hadd semaghhom jillatikaw u dlonk informa lill-President li malli sar jaf bl-istorja, mar hdejn il-bieb u minkejja l-hafna tahbit li kellu, laqa’ lil Frances fl-ufficcju tieghu u tghidx kemm dam jitkellem maghha. Frances ghoxiet tghid lill-President dwar tfulitha u meta harget mill-White House kienet l-iktar mara kuntenta tad-dinja ghax...

“...il-President kien laqaghha fl-ufficcju tieghu u hadu t-te flimkien!”

Kif tinbidel id-dinja kieku lkoll ikollna atteggjament nisrani lejn hutna l-bnedmin ...anke dawk foqra, xjuh u emarginati.  


PIT STOPS

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Ragel kien qed jirrakkonta kif intilef fid-dezert u kemm talab bil-qalb biex il-Mulej jghinu jsib it-triq lura lejn ir-rahal.

“U semghek il-Mulej?” staqsieh wiehed mis-semmiegha.

“Ma semaghnix imma b’xorti tajba kien ghaddej bedwin mill-qrib li wrieni t-triq!”

“Allura x’ippretendejt meta tlabt lill-Mulej?  Ma kienx bizzejjed li bghattlek bedwin?  X’ridt jewilla xi anglu?”


Meta l-haddiema jkunu jridu bicca injam iebsa, jitilghu aktar ’il fuq lejn il-quccata tal-muntanja ghax skond huma:

“Is-sigar ta’ fuq il-muntanja ikunu isheh minn dawk tal-wied ghax iridu jissieltu kontra l-elementi.  Dawn isahhu iz-zokk u jaghmel l-injam li johrog minnu injam iebes hafna.”

L-isfidi qeghdin hemm biex jaghmluna ahjar u mhux biex ikissruna.


Hemm zewg modi kif tkun kuntent:

1. Ipprova ikseb kulma tixtieq;

2. Kun kuntent b’dak li ghandek.

Ta’ l-ewwel, jakkwistaw kemm jakkwistaw, jibqghu jixtiequ allura ma huma qatt kuntenti.

Tat-tieni jitbissmu dejjem.

L-ghazla f’idejk.


F’wiehed mill-ahhar diskorsi tieghu, Martin Luther King qal:

“Meta tkunu qed taghmlu d-diskors funebri tieghi, toqoghdux issemmu l-unuri li ksibt jew ir-rebhiet li wettaqna flimkien. Ghidu biss li ppruvajt kemm stajt inhobb u nservi lil huti l-bnedmin.”

U ghax ghamel hekk meta deher quddiem il-Mulej sab li ghax …

...tema li min kien bil-guh;

...libbes lil min kien gharwien;

...zar lil min kien il-habs;

...sabbar lil min kien marid …

...il-Mulej kellu ghalih premju bla tmiem.                            


Ahna – l-qaddejja ta’ Alla – in-nies

iharsu lejna bhala mnikktin imma ahna ferhanin,

bhala foqra imma ahna ghonja,

bhala nies li ma ghandhom xejn

izda ghandna kollox.

SAN PAWL (2 Kor 6: 4, 10)  


DR CORONATO GRECH M.D. ITEMM L-ARTIKLU LI BEDA F’MEJJU

IL-BZIEQ

F’hafna postijiet madwar id-dinja, il-bzieq, bhala xi haga li tohrog mill-gisem, kien meqjus sinifikanti hafna.  Mieghu, bhal speci, tohrog il-qawwa ta’ min jobzoq.  Kien ghalhekk jintuza mit-tabib sahhar tat-tribù biex ifejjaq.  Eku ta’ dan jidher fl-episodju tal-Vangelu fejn Gesù jinghad li fejjaq wiehed ghama billi bezaqlu f’ghajnejh (Mk 8, 23) u darb’ohra jinghad li fejjaq iehor billi messlu lsienu bil-bzieq tieghu (Mk 7, 33).  Anke fil-Mitologija Egizzjana l-bzieq intuza minn Tot, alla tal-Medicina biex fejjaq ghajn Horus.

Madanakolu kien mahsub li l-bzieq li thalli warajk, bhal hafna affarijiet ohra minn gismek, jista’ jintuza biex jahdem magija kontrik u ghalhekk min jobzoq kien irid joqghod attent li jwarrabha jew jirfisha.  Minn naha l-ohra fil-Mesapotamja kien mahsub li min irid jiehu s-sahha fuq xi hadd kien jobzoq fl-art halli l-vittma jirfes il-bezqa.  Uzu stramb iehor tal-bzieq huwa bhala protezzjoni mill-ghajn hazina: per ezempju f’xi pajjigi Mediterranji, inkluz taghna, jekk dari xi hadd ifahhar izzejjed it-tarbija, l-omm kienet tobzoq tlett darbiet f’wiccha - in-numru tlieta spiss ikkunsidrat li jgib ix-xorti.

Prattika ohra assocjata mal-bzieq u ferm iktar imferrxa hija l-uzu bhala insult – li tobzoq ghal xi hadd huwa nsult kbir kwazi f’kull kultura u f’kull zmien.  Fil-Bibbja nsibu li jekk missier jobzoq f’wicc bintu din tibqa’ mrieghxa ghal sebat ijiem (Num 12, 14); insibu wkoll il-karba mizerabbli ta’ Gob (Gob 30, 10) u l-procedura kurjuza li trid taghmel armla lil hu zewgha ma jridx jehodha b’martu (Dt 25, 5-10) u li dan jispicca bil-laqam ta’ ‘Dar il-Hafi’.  U ferm iktar maghruf l-insult lil Gesù (Mt 26, 67).

Intant, issa li forsi taf xi haga ftit iktar fuq il-bzieq, forsi tapprezza iktar il-kumplessità tal-gisem, (anke f’dawk l-affarijiet li forsi ma tantx huma attraenti), kif ukoll tapprezza r-rikkezza tal-Mitologija, it-tant uzanzi differenti madwar id-dinja, il-glieda kontra l-mard u l-kurzità umana li tipprova tifhem l-affarijiet ta’ madwarna.  U f’din il-kundizzjoni umana, inkonfondibbli mhux ftit, ipprova ghix fuq principji umanitarji u tinsiex toqghod attent biex ma jkollokx tilghaq dak li tobzoq.


FORSI JINTERESSAWK

Kelma

Meta James Garfield spicca l-iskola sekondarja xtaq jistudja f’xi Universita'.  Kellu l-kwalifiki mehtiega imma ma kienx jaf f’liema wahda jmur.  Iddecieda li jiktbilhom ittra u jara fejn jaqbel.  Bosta baghtulu ittra xotta li lesti jaccettawh.  Imma l-Universita' ta’ Williams ma’ l-ittra ghamlulu nota qasira:

‘Niehdu gost li nghinuk tilhaq l-ghan ta’ hajtek!’

Illum l-Università ta’ Williams tiftahar li fost l-istudenti taghha kien hemm James Garfield ...wiehed mill-Presidenti Amerikani.

Kemm tiswa kelma!


Talba ...u nofs

Kien jibza’ jirkeb iz-ziemel ghax kien jarah gholi hafna.  Ghalhekk b’gabra kbira talab bil-qalb:

“Qaddisin kollha ghenuni nitla’.”  U qabez.

U tant qabez li spicca fl-art in-naha l-ohra.  It-tieni talba kienet iktar prudenti:

“Nofs il-qaddisin tas-sema, ghenuni nitla’!”


Svetlana Stalin, bint it-tirann Russu, harbet mir-Russja ghax...

“...minkejja li f’dar missieri qatt ma smajt il-kelma ‘Alla’ kont naf li jezisti u ma stajtx nghix iktar bhallikieku ma jezistix.”


Ragel miet u deher quddiem il-Mulej.

“Min int?” staqsietu vuci.

“Jien il-Gvernatur ta’ Sevilja!” qallu r-ragel.

“Ma staqsejtekx x’kienet il-pozizzjoni tieghek.  Staqsejtek min int!”

“Jien missier ta’ familja u ghamilt hilti biex inrabbi tajjeb lil uliedi.”

“Ma staqsejtekx x’ghamilt f’hajtek ...imma min int!”

“Jien habib hafna tal-Kardinal Fildestini u darba ltqajt mal-Papa.”

“Ma staqsejtekx min huma hbiebek ...imma min int!”

Ir-ragel deher imhawwad.  Fl-ahhar qallu:

“Jien dejjem emmint li jien iben, hu Gesù Kristu, li ghallimni nsejjah lil Alla Missieri.”

“Idhol ibni fil-hena li missierek ilu li hejja ghalik sa mill-holqien tad-dinja.”

Fid-dinja importanti hafna x’int, lil min taf, u min huma hbiebek imma quddiem il-Mulej, dan kollu ma ghandu l-ebda importanza.


Il-hsieb ragel hazin

Kienu ilhom mizzewgin ghaxar snin u iddecidew li jiehdu vaganza flimkien f’lukanda sabiha.  Wara xi tlett ijiem ir-ragel iddecieda li jqaxxar il-lehja u tant hassu ahjar li wara ftit granet qaxxar ukoll il-mustacci.  Wahda mara xwejha li kienet residenti nstemghet tghid ma’ xi hbieb, waqt li rat il-koppja tippassigga:

“Imissha tisthi!  F’inqas minn hmistax biddlet tliet irgiel!”

Kemm drabi nghaddu gudizzju fuq haddiehor u jkun gudizzju falz ghax ma nkunux nafu l-affarijiet kollha.


AHBARIJIET TA’ INTERESS

IZZEWGU

Michelle Camilleri ta’ Triq Duru lil Kevin Cassar (Gharb).

Nawgurawlhom futur hieni flimkien u nfakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.

IL-LAQGHA TA’ GUNJU

Ghal din il-laqgha kellna mistieden specjali.  Hasra li ma kinux hafna aktar dawk li laqghu l-istedina.  Zgur li kienu jiehdu gost daqs dawk l-ixxurtjati li gew.  Ghamilna nofs siegha Adorazzjoni u kellna atmosfera ta’ gabra u talb b’Gesù Kristu prezenti fostna fl-Ewkaristija.  Mexxa l-Adorazzjoni l-Kanonku Dun Karm Portelli u ghamlilna riflessjonijiet tassew sbieh.  Kienu riflessjonijiet pozittivi li gabuna f’taghna kemm ghandna ghalfejn nirringrazzjaw lil Alla ta’ dak kollu li tana izda bosta drabi ahna aktar niffissaw fuq dak li mhux kif nixtiquh milli fuq il-grazzji li nghumu fihom.  Alla tana tliet grazzji principali – il-hajja, l-imhabba u l-paci tieghu.  Sewwa li kultant nieqfu u nirringrazzjawh.  Jalla jkunu hafna aktar dawk iz-zghazagh li jigu ghal-laqghat bhal dawn.

Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.  Darian Grima ta’ Triq Grunju tela’ fl-inkwadru u l-kartiera.


IL-LAQGHA TA’ LULJU

Ser ikellemna Dun Karm Refalo, l-Arcipriet tal-Qala u nixtiequ ferm li jkollna attendenza numeruza.  Dun Karm hu maghruf ghall-hsibijiet sbieh li jaghmel u sewwa li ma nitilfux okkazjonijiet bhal dawn l-aktar f’dawn ix-xhur li fihom ikollna hafna aktar hin liberu.  Mela habib narawk nhar is-Sibt 5 ta’ Lulju fit-8.15p.m.  Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll.


IL-HBIEB ISEJHU ON LINE

Minn kemm ilna nixhtu l-fuljett taghna fuq l-internet – hajr lil Pierre u Ryan Meilak – fuq www.june29th.com/hbiebisejhu.htm – kellna rispons inkoragganti hafna.  Huma bejn l-1300 u l-1400 dawk li ta’ kull xahar jaqrawh minn fuq l-internet.  Sa issa l-aktar li dahlu kien f’Jannar 2003 fejn kellna 1587 qarrej li bejniethom zaruh 1750 darba matul l-istess xahar.  Huma figuri li lilna jaghmlulna hafna kuragg.  Inkoragganti huma wkoll il-messaggi sbieh li sibna fuq il-guestbook ta’ june29th.com bhal ta’ dik l-ghalliema l-Awstralja li tistampa l-fuljett taghna minn fuq il-website u taghtih lill-istudenti taghha tal-Malti f’dan il-kontinent imbieghed.  Ghad li hawn din id-distanzi kollha nhossuna qribhom u qrib dawk kollha li jzommu l-appuntament maghna permezz tal-fuljett elettroniku.  Niehdu gost li l-indirizz elettroniku taghna jibqa’ jinxtered u b’hekk in-numru ta’ dawk li jaqrawh jibqa’  dejjem jizdied.   Habib, jekk taf lil xi hadd li ghandu l-internet aghtih l-indirizz taghna u int ukoll ikollok sehem fit-tixrid tal-kelma t-tajba.  


IL-YOUNGSTERS

Nifirhu mal-Youngsters li minbarra l-Kampjonat rebhu wkoll il-Freedom Cup, is-Super Cup u n-Noel Vassallo Cup.

Stagun li zgur jibqa’ mfakkar u jinzel b’ittri tad-deheb fl-annali tal-club.  Nawguraw lill-players, coach, kumitat mistrieh misthoqq u hegga gdida ghal stagun gdid.


SNAPSHOTS

Stejjer u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom

Ic-cajt dwar in-nies ta’ Texas hu sterjotipat

Jghidu li jaghmlu kollox bi kbir.

Fosthom jinghad li darba wiehed minn New York

ghamel pjacir lil wiehed minn Texas

u dan ried jaghtih rigal

biex juri l-apprezzament tieghu.

Dam jissikkah sakemm ta’ New York qallu

li erba’ golf clubs ikunu bizzejjed.

Tghidx x’qatgha ha meta rcieva

risposta minn Texas li kienet tghid:

“Hawn sitt golf clubs ghalik:

Hamsa ghandhom swimming pool barra

u wahda minnhom gewwa.”

 

Narawha tad-dahk kif flok erba’ stikek tal-golf

tah sitt centri tal-golf.

Izda jekk niflu ftit kliem Kristu

nsibu li wieghed mija fil-wiehed

ghal kull haga tajba li naghmlu.

Mhux bhal banek ta’ din id-dinja

li jaghtu l-wahdiet fil-mija.

Il-Mulej totalment bil-maqlub.

 

Kemm-il darba naqtghu qalbna

u nibdew naghmlu kalkoli

ghal dak kollu li naghmlu mal-Mulej.

Ninsew li jpattilna ghal mitt darba

kull tazza ilma li naghtu

Ahseb u ara hwejjeg ohra li ntuh mill-qalb.

Jixraq li nafdaw f’idejH il-kontijiet ta’ hajjitna!


META TAQSAM IL-FERH

Zewg irgiel, Bob u Tom, it-tnejn morda serjament, kienu pazjenti fl-istess kamra ta’ sptar.  Lil Bob kienu jqajmuh bilqieghda ghal siegha kuljum biex inehhulu l-likwidu li kien jingemaghlu fil-pulmun.  Soddtu kienet qrib l-unika tieqa tal-kamra.

Tom kellu jghaddi s-sighat kollha zaqqu ’l fuq.  Kienu jghaddu l-hin jitkellmu dwar in-nisa taghhom, il-familji, djarhom, xogholhom, fejn kienu qattghu l-lieva, fejn kienu marru vaganza... u elf haga ohra.

Kull meta kienu jqajmu lil Bob bilqieghda kien joqghod jirrakkonta x’qed jara fil-ftuh ta’ quddiem it-tieqa.  Tom beda jghix ghal din is-siegha fejn id-dinja tieghu kienet tiehu lwien godda u kollox jerga’ jsir xehda ta’ attivitajiet.  It-tieqa kienet taghti fuq gnien sabih.  Kien hemm ghadira mimlija papri bi tfal jilaghbu b’dghajjes zghar.  Il-mahbubin kienu jghaddu jippassiggaw id f’id qalb mixtliet ta’ ward ta’ kull ghamla u kulur.  Hekk kif Bob kien ikun jiddeskrivi x-xena, Tom kien jaghlaq ghajnejh u jara kollox fuq il-lizar tac-cinema ta’ mohhu.

F’xi lejla sajfija Bob kien jiddeskrivi parata.  Ghad li Tom qatt ma rnexxielu jismaghha ghaddejja, seta’ jimmaginaha bid-dettalji kollha, grazzi ghat-talent deskrittiv ta’ Bob.

Gerrbu l-jiem, il-gimghat u x-xhur.  Ghodwa wahda, waslet l-infermiera biex timmedikahom izda mal-ewwel intebhet li Bob kien miet matul il-lejl.  Iddispjacihom ferm ghal dan il-karattru ferriehi u bdew ihejjuh biex jehduh ghall-mistrieh etern.

X’hin ghadda l-hin Tom talab li jiehu s-sodda ta’ Bob – ried joqghod qrib it-tieqa – l-unika fetha fuq id-dinja ta’ barra minn kamra arida ta’ sptar.  Ikkuntentawh u hallewh hemm wahdu sakemm igibu pazjent iehor biex jimla l-vojt ta’ Bob.  Bi tbatija beda jiggebbed biex igawdi x-xena ta’ barra ...xena li min jaf kemm-il darba raha fil-menti vividi tieghu.  Beda jimbotta u jistinka biex jitla’ daqsxejn fuq minkbu ha jara ...jara dak li sa issa kellu biss l-opportunità li jisma’ dwaru.

Izda ma seta’ jilmah xejn ghajr hajt imkahhal lixx u mbajjad ...xejn interessanti, arja mkien, ghosfor il-gnien, nixfet l-ghadira, dabu t-tfal u d-dghajjes iz-zghar u n-namrati sfumaw fix-xejn.  Ghall-mument hassu jithawwad.  Gie f’dubju jekk biddlulux il-kamra f’dawn il-ftit sighat li fihom tilef il-kumpann tieghu. 

Staqsa lill-infermiera ghalfejn Bob kien jiddeskrivi xeni daqshekk sbieh meta ma kien hemm xejn mit-tieqa ’l barra.  Ma setghetx tifhem il-mistoqsija ta’ Tom.  Izda wegbitu li Bob kien ghama u zgur li anqas il-hajt ma kien jara.  Kompliet:

“Forsi kien jaghmel hekk biex iqawwilek qalbek!”  

Il-vojt ta’ siehbu beda jhossu akbar.

Sentenzi relatati:

Hemm ferh kbir meta tipprova tferrah lill-ohrajn, minkejja s-sitwazzjoni li nkunu fiha.

Meta naqsmu n-niket niddeviduh, meta naqsmu l-ferh nimmultiplikawh.

Jekk trid tara kemm int sinjur, ghodd il-hwejjeg li ghandek u li ma jinxtrawx bil-flus.


> Mur lura ghall-pagna principali