Statwi tal-Passjoni

 

L-Istatwi tal-Purcissjoni tal-Passjoni fin-Nadur
mill-Kanonku Guzepp Cauchi

1913: L-ewwel Purcissjoni

Il-Purcissjoni tal-Passjoni, sintendi mhux kif nafuha llum, taf il-bidu taghha fis-sena 1913, meta f’Ghawdex kienet ghadha ssir purcissjoni wahda biss, dik fil-belt Victoria. Kien nhar il-Gimgha 21 ta’ Marzu 1913, fi zmien l-Arcipriet Kan. Dun Martin Camilleri, li harget ghall-ewwel darba l-Purcissjoni tal-Passjoni fin-Nadur, bi tliet statwi biss.

L-ewwel taghrif li niltaqghu mieghu dwar din il-Purcissjoni nsibuh registrat fil-Messaggiere de Maria. Fis-sena ta’ wara nkiteb li "l-istess purcissjoni saret fir-rahal tan-Nadur u rnexxiet ukoll". Ma neskludi li setghet saret xi purcissjoni qabel din id-data, ghaliex fir-registri parrokkjali taghna nsibu li fis-sena 1752 l-amministrazzjoni tal-Veneranda Lampada hallset is-somma ta’ seba’ skudi u erba’ tari’ biex inxtara bust tal-Ecce Homo. Statwa antika hafna, daqskemm devota, hija dik ta’ Marija Addolorata li, ghalkemm ma nafux l-origini taghha, tinsab bis-sejf tal-fidda, bis-sena 1863 flimkien ma’ isem Guzeppi Bartolo, wisq probabbli l-benefattur ta’ dan is-sejf u antenat tal-awtur.

Statwa ohra li llum m’ghadhiex tezisti hija ta’ Kristu Mejjet, li kien tal-kartapesta (niftakru fi tfuliti f’kamra fuq is-sagristija) u li fis-sena 1876, l-istatwarju Kalcidon Agius kien irrestawrah. Din l-istatwa kienet titpogga f’urna, li hafna niftakruha; kienet antika hafna u fuqha kien hemm l-istemma tal-patrijiet Frangiskani Konventwali. Din l-urna, li maz-zmien spiccat, hadet postha l-urna li ghandna llum.

1914: Sett ta’ Tminn Statwi Tradizzjonali

Uhud mill-istatwi l-qodma huma attribwiti lil Karmnu Mallia (1880-1930), statwarju minn Hal Qormi, imlaqqam il-Lhudi, li f’zghozitu hadem mal-maghruf statwarju iehor Karlu Darmanin, li miet fl-1909. Ghall-bidu tas-sena 1914, fi zmien l-Arcipriet Martin Camilleri, Mallia hadem l-istatwa tar-Redentur, li kien gabar ghaliha Mikieli Borg. Imbaghad Mallia baqa’ sejjer bl-istatwi ta’ Kristu fl-Ort, il-Marbut, l-Ecce Homo u l-Veronika – statwa li minhabba s-sbuhija taghha ghadha sal-lum tohrog fil-Purcissjoni, u l-Vara l-Kbira; kollha tal-kartapesta. 

L-istatwarju Mallia hadem ukoll il-Kurcifiss u l-Madalena. L-istatwi tal-Madonna u ta’ San Gwann tal-Vara l-Kbira, x’aktarx kienu statwi jew angli li ntuzaw fil-festi tal-Kungress Ewkaristiku li kien iccelebrat Malta fis-sena 1913. Din l-istatwa (barra l-Madalena) illum tinsab ippreservata fuq l-artal tal-Kurcifiss fil-Bazilika tan-Nadur, waqt li statwa ohra, komposta minn hames membri, giet ordnata u zzanznet fil-purcissjoni li harget ghall-ewwel darba fil-Gimgha l-Kbira tas-sena 1976.

L-Istatwi tal-lum

Fi zmien l-Arcipriet Kan. Guzepp Cassar (1927-1950), il-poplu baqa’ jaghti l-offerti tieghu biex l-istatwi tal-Passjoni jsiru ahjar. Fl-1927 saret l-ewwel statwa fl-injam (wara dak tal-korp ta’ Kristu Mejjet), dik ta’ Kristu fl-Ort. Din inhademt f’Bolzano u hallsu ghaliha Marcell u Roza Camilleri. F’din l-istatwa insibu lil Kristu fuq il-lemin u anglu fuq ix-xellug. Fl-1991, Michael Camilleri Cauchi rrestawra u mmodifika din l-istatwa u l-figura ta’ Kristu giet mghollija ‘l fuq u tressqet aktar lejn il-lemin.

Il-Kavallier Guze’ Camilleri hallas ghall-istatwa ta’ Kristu Marbut mal-kolonna, li wkoll saret f’Bolzano, u li hi mahduma fl-injam. Din hija l-iktar statwa artistika mis-sett tal-Gimgha l-Kbira. L-istess Kavallier Camilleri hallas ghall-istatwa li wkoll saret fl-injam, f’Bolzano, dik tal-Ecce Homo. Dawn iz-zewg statwi gew restawrati minn Michael Camilleri Cauchi fl-1984.

Fl-1955, fi zmien l-Arcipriet Mons Mikiel Portelli (1951-1982) inhadmet fl-injam f’Bolzano mid-ditta “Insam” l-istatwa tar-Redentur, li thallset minn Pawla Camilleri li tigi minn Guze’ Camilleri li hallas ghall-istatwi l-ohra. Fl-1973 sarilha salib tal-kewba. Din l-istatwa giet restawrata u msebbha minn Michael Camilleri Cauchi fl-1994.

L-istatwa tal-Veronika hija l-istess statwa mahduma fil-kartapesta li saret minn Karmnu Mallia fl-1914 u li kien hallas ghaliha Ganni Cauchi. Din qatt ma kienet jew giet xi darba mlibbsa, kif kiteb xi hadd. Din hi wahda mill-isbah statwi tal-Veronika fil-gzejjer Maltin. Giet restawrata minn Wistin Camilleri fl-1973. Fis-sena 1987 tqieghdet mal-Veronika l-figura ta’ tifla li nhadmet minn Michael Camilleri Cauchi u hallas ghaliha Mose’ Camilleri.

Uhud mill-istatwi msemmija hawn fuq gew restawrati fi zmien il-Prokuratur il-Kanonku Dun Guzepp Cauchi, waqt li ohrajn gew restawrati fi zmien il-Prokuratur prezenti, il-Kanonku Dun Karm Portelli.

Il-Vara l-Kbira tal-lum hadet post dik ta’ Karmnu Mallia, li kien hadem fl-1914. Din inhadmet minn Michael Camilleri Cauchi u tbierket u zzanznet ghall-Purcissjoni tas-sena 1976. Il-Vara l-Kbira fiha hames persunaggi: Kristu Msallab, il-Madonna, San Gwann, Marija Maddalena u Longinu. Il-Kurcifiss thallas minn Dun Guzepp Cauchi, il-Prokuratur tal-Purcissjoni; il-Madonna thallset mis-Sur Guzeppi Xuereb u s-Sinjura tieghu; San Gwann thallas mis-Sinjura Roza Grech, b’tifkira ta’ zewgha Ganni; il-Maddalena thallset mit-tfajliet Nadurin haddiema fil-fabbriki; u Longinu thallas mis-Sur Guzeppi Grech u s-sinjura tieghu.

Korp gdid ta’ Kristu mejjet gie mahdum fl-injam gewwa Bolzano u hallas ghalih Guzeppi Grech. Dan sar fi zmien l-Arcipriet Dun Martin (1910-1921). Il-Prokuratur Dun Guzepp Cauchi fl-1973, ha hsieb jordna urna gdida, li nhadmet minn Guzepp Camilleri tan-Nadur, fuq disinn tal-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi. Ix-xoghol fl-iskultura sar minn Michael Camilleri Cauchi. L-induratura saret minn Emanuel Darmanin ta’ Rahal Gdid. L-urna, li ngabet minn Malta nhar il-festa ta’ San Guzepp Haddiem tas-sena 1975, harget ghall-ewwel darba fil-purcissjoni ta’ dik is-sena (1975). Joseph Sagona irrestawra l-korp ta’ Kristu Mejjet fl-1988.

L-istatwa ta’ Maria Addolorata hi qadima hafna. Fl-1973 giet restawrata fi zmien il-Prokuratur Dun Guzepp Cauchi minn Wistin Camilleri. Sar salib mill-gdid tal-kewba u diadema u ornamenti ohra tal-fidda.

Fl-1988, fl-okkazjoni tat-300 sena mit-twaqqif tal-parrocca tan-Nadur, saret statwa gdida li tirraprezenta l-Laqgha ta’ Kristu ma’ San Pietru. Din l-istatwa, unika fil-gzejjer Maltin, saret minn Michael Camilleri Cauchi u fiha tliet figuri: Kristu, San Pietru u suldat tal-qassis il-kbir. Din l-istatwa, flimkien ma’ dik ta’ Kristu Rxoxt – xoghol l-istatwarju Michael Camilleri Cauchi (1984) – li tohrog fil-purcissjoni nhar Hadd il-Ghid fil-ghodu, ha hsieb jordnahom il-Kanonku Dun Karm Portelli, prezentament Prokuratur tal-Purcissjoni tal-Passjoni.

L-istatwa tat-Tradiment ta’ Guda inhadmet minn Michael Camilleri Cauchi fl-1999. Thallset minn benefattrici fuq inizjattiva tal-Kanonku Dun Karm Portelli, Prokuratur tal-Purcissjoni.

Referenzi: Messagiere di Maria (1913), Devot ta’ Marija (1914), AKN V Lampada, Dhul – Hrug (1832), Il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fin-Nadur (1974), Bonnici Alex In-Nadur, Djajru Kanonku Gius Cauchi, Purcissjoni tal-Passjoni fin-Nadur 1974 Purcissjoni tal-Passjoni fin-Nadur 1976 Purcissjoni tal-Passjoni fin-Nadur 1978.