+L-Iben t'Alla sar Bniedem - Jannar 2005 | Numru 461

L-Editorjal 

Kienet korrispondenta maghrufa tal-BBC u ntbaghtet f'pajjiz fl-Afrika biex tikteb dokumentarju fuq il-kultura u d-drawwiet ta' dan il-pajjiz. Damet hemm bosta xhur u thabbet ma' hafna nies. Saret taf drawwiet li qatt ma basret li jezistu. U xandret dawn id-drawwiet ma' kullimkien. Uhud minnhom kienu jghallmuk... drawwiet ohra kienu jhassbuk. Ohrajn kienu jniktuk. U fost dawn ta' l-ahhar il-korrispondenta ma setghetx tifhem kemm ma kinux jaghtu gieh u kaz tal-mara fis-socjetà. Din kienet qieghda biss biex iggib it-tfal fid-dinja u miskina jekk ma jirnexxilhiex iggib minnhom. U miskina wkoll jekk iggib iktar bniet milli subien ghax zewgha kien iwarrabha. Mhux hekk biss, imma ftit li xejn kienet stmata fis-socjetà u dan kien jidher car anke meta r-ragel kien ikun miexi maghha fit-triq jew fil-moghdijiet tar-raba'. Hu u wliedu jimxu quddiem u l-mara miexja wahidha warajhom qisha hlieqa li ma tiswa xejn. Din il-kultura kienet tweggaghha.

Ghaddew xi ghaxar snin u l-korrispondenta regghet intbaghtet f'dal-pajjiz biex tara xi zviluppi saru f'dawn l-ahhar snin. Hadet gost ghax f'qalbha dejjem xtaqet li terga' tmur f'dal-pajjiz sabih... b'meded kbar ta' sigar imsoqqija minn ghexieren ta' nixxighat zghar u helwin. Kienet ser tiltaqa' ma' hbieb li kienet ghamlet qabel.  U l-gost taghha kotor meta ntebhet li d-drawwa li kienet tezisti qabel issa kienet tbiddlet. Ma kienx ghadu l-missier u wliedu jimxu quddiem u l-mara kwieta kwieta miexja warajhom. Issa l-mara kienet tmexxi l-familja u fejn timxi hi jimxu huma. Ferhet bi shih ghal dan il-gwadann favur il-mara. U waqfet biex tikkumplimenta ragel minnhom:

"Ghax kun af," qalilha, "...li f'dawn l-ahhar snin kien hawn gwerra civili u l-ghedewwa taghna tefghu hafna mini fl-ghelieqi taghna. Allura jaqbel li n-nisa taghna jimxu qabilna biex jekk ikun hemm xi mina ttajjar lilhom u mhux lilna."

Missirijietna kienu jghidu li l-apparenzi jqarrqu u dan ma jghoddx biss jekk in-nisa jimxux quddiem jew wara. Jiswa li nitghallmu nixirfu taht il-qoxra qabel niddeciedu.


ESPERJENZI LI JISTGHU JSERVU TA' LEHHA DAWL GHAL MATUL IT-TRIQ 

Thomas Fleming, kittieb Amerikan, jirrakkonta esperjenza li grat fil-bidu tas-seklu li ghadda f'Jersey City. Jghid kif sid ta' fabbrika, li fiha kien jahdem missieru, kien kuljum joqghod fil-bieb jistaqsi x'religjon thaddan qabel ihaddmek. U missier Thomas ghad li kien Irlandiz kattoliku kien jigdeb kuljum u jghidlu li hu Protestant ghax inkella kif seta' jmantni lil martu u wliedu? U sid il-fabbrika jitbissem ghax kien jaf li l-Irlandiz qed jigdeb imma xorta ta' kuljum baqa' jistaqsi:

"X'religjon thaddan Patrick?"

Kienet ghal missier Thomas umiljazzjoni kbira.

Iz-zmien ghadda, giet il-gwerra u sid il-fabbrika ftaqar waqt li missier Thomas gietu tajba u fetah hu n-negozju tieghu. U darba wara bieb l-ufficcju lemah iben dak li kien ihaddmu li talbu x-xoghol ghax hu u niesu kienu bla centezmu jittallbu l-loqom. Thomas kien hemm u ferah f'qalbu ghax ra li kien gie l-mument mixtieq... mistenni biex missieru jikseb lura giehu b'vendetta. Misseru laqghu u haddnu mieghu. Ma semmielu qatt x'ghamlulu niesu. Tah xoghol dakinhar stess u wkoll xi flus biex jghinhom iktar.

U Thomas tbikkem. Ma stenna qatt din l-attitudni.

Priedka bla xejn kliem li tiswa daqs elf diskors u iktar. U dik il-lejla hassew ilkoll ferh mohbi... ferh frott il-mahfra li ebda vendetta mhi kapaci tnissel.

"Jekk l-ghadu tieghek bil-guh itimghu," qalilna ilu ferm l-Imghallem. U ghalkemm ghaddew mijiet ta' snin
kliemu ghadhom jghoddu llum u jibqghu hekk ghal dejjem.

Triq il-mahfra hi ghat-telgha izda twassal ghad-dawl ta' fuq muntanja. Il-vendetta triq ghan-nizla li tmiemha dejjem hu rimors u dieqa.


Dr Coronato Grech M.D. jikteb
IL-MILIED FL-ARTI:

VELASQUEZ

Il-pittur Spanjol Diego de Silva y Velasquez (1599 – 1660) pitter 'L-Adorazzjoni tal-Magi' fil-bidu tal-karriera tieghu meta kellu 20 sena u kien ghadu f'Seville, il-belt li fiha twieled u li dakinhar kienet il-post principali ghall-Amerika u centru kbir ta' kummerc. B'din il-pittura Velasquez kien beda reputazzjoni kbira bhala pittur kapaci. L-iktar li jolqot f'din ix-xena ta' sfond mudlam hija l-Madonna zzomm sod il-Bambin f'idejha li huwa tarbija mdaqqsa mhux hazin. Id-dellijiet u d-dwal jaghtu dehra naturali hafna tal-hwejjeg partikularment tal-Madonna (li huma fl-orangjo u l-isfar). Ir-realizmu u l-perspettiv huma mahruga tajjeb hafna u juru id ta' artist li jipprometti ferm… kif fil-fatt kien. Huwa mahsub li l-mudell tal-Bambin kienet l-ewwel tifla tieghu Francesca filwaqt li l-Madonna hija l-mara tieghu Juana, li dakinhar kellha 17-il sena.

Il-mara tieghu fil-fatt kienet it-tifla ta' l-ghalliem tieghu li ammetta mill-ewwel li mhuwiex xi dizunur li student jispicca ahjar mill-ghalliem tieghu. Sentejn wara 'L-Adorazzjoni tal-Magi', Velasquez halla Seville ghal Madrid biex jara l-palazz Escorial bit-tezori artistici u biex jipprova jindiehes u jaqbad bhala pittur fil-palazz irjali. Wara ftit tahbit fil-fatt irnexxielu u tant intghogob bhala artist li sar habib anke tar-Re Filippu IV, xi haga li qajmet l-ghira ta' artisti ohra. Fil-palazz huwa pitter hafna figuri rjali u pittirhom precizament kif rahom u mhux kif forsi raw lilhom infushom dawn il-kbarat, bicca xoghol mhix zghira. (Waqt li Velasquez kien qed ipitter l-ucuh irjali, Murrillo kien qed ipitter in-nies tat-triq). Fil-1628 Rubens zar Madrid, sar habib ta' Velasquez, u hajjar lill-artist Spanjol imur sa l-Italja. Hemmhekk dan gie influwenzat hafna u ghal xi zmien l-istil meqjus u moderat tieghu nhakem mill-kuluri ta' Titian u Tintoretto. B'kollox mar tliet darbiet l-Italja u darba minnhom sahansitra pitter lill-Papa Innocenzju X (f'din il-pittura tant qabad il-karattru tal-Papa li dan qal ghax-xbiha tieghu 'troppo vera'). L-Italja kellha attrazzjoni kbira ghalih ghalkemm minn dokumenti li nstabu fil-1983 ta' l-inqas darba minnhom telaq minhabba tifel illegittimu u ommu li halla Madrid. Barra ucuh irjali u klerikali Velasquez pitter ukoll xeni mill-hajja ta' kuljum, bhal per ezempju 'Il-mara xiha taqli l-bajd' u 'Il-Bejjiegh ta' l-ilma ta' Seville', kif ukoll buffi u nani tal-palazzi u kollha b'realizmu kbir. Huwa pitter ukoll xi xeni storici bhal 'It-Telfa ta' Breda' u anke xi nisa nudi bhall-famuza 'Rokeby Venus'. Velasquez kien jahdem pjuttost bil-mod u bejn li xi xoghlijiet intilfu, illum ma tantx fadlilna hafna pitturi tieghu. Però l-influwenza tieghu tidher fuq Goya, pittur Spanjol iehor minn xi seklu wara, filwaqt li Whistler, Manet u l-Impressjonisti Francizi wkoll ammettaw l-influwenza tieghu. Velasquez miet b'deni kbir meta kellu 61 sena. Martu mietet gimgha warajh.


FORSI JINTERESSAWK

Ix-xorb u l-pretensjonijiet

Kaptan lil suldat fl-armata ghax rah jiehu xi grokk zejjed:

"Ibni... int tifel ta' l-iskola. Jekk ma tixrobx fi zmien ghoxrin sena ssir kaptan!"
"Jien malli nixrob insir kurunell!"


Forsi fl-ahhar…

Kienet parrocca zghira imma fiha kien hemm firdiet kbar. Il-kappillan il-gdid xtaq jaghmel xi haga biex jirranga s-sitwazzjoni. Hejja priedka sabiha fuq l-imhabba u l-ghaqda u l-parruccani tghidx kemm hadu gost jisimghuh ghax kienet priedka studjata u mirquma bi kliem sabih.

Izda l-Hadd ta' wara l-kappillan ghamel l-istess priedka. Il-parruccani hasbu li ghamel hekk biex ikun zgur li hadd mill-parruccani ma jitlifha. Izda meta ghamel l-istess priedka fit-tielet, raba' u hames Hadd kulhadd beda jilmenta. Ma jistax ikun li jibqghu jisimghu l-istess priedka Hadd wara Hadd. Iffurmaw delegazzjoni u marru fejn il-kappillan:

"Sur Kappillan, sabiha dik il-priedka fuq l-imhabba imma nhossu li hames darbiet huma ferm iktar minn bizzejjed biex nifhmuha."

"Dak ghadu bidu. Il-hsieb hu li nibqa' naghmilha ghal hafna gimghat ohra... sakemm inkun cert li l-kliem u l-messagg li fiha tibdew tghixuh. Fil-fatt qed niehu gost li gà bdejna fit-triq it-tajba ghax qed nara li fid-delegazzjoni hawn nies li fil-hajja ta' kuljum kwazi anqas isellmu lil xulxin!"


Fejn?

Turist kien qed jifli mappa dettaljata f'wahda mit-toroq ta' l-Irlanda. Bidwi deher riesaq lejh u l-barrani pront staqsieh:

"Ninsab mitluf. Ma tafx jekk joghgbok turini t-triq?"
"Fejn trid tmur?" staqsa l-bidwi.
"Dublin."
"La taf fejn trid tmur int m'intix mitluf. Tehtieg biss direzzjoni biex tasal fejn tixtieq."

Din hi l-esperjenza taghna lkoll. Meta nhossuna mhawdin ma nkunux mitlufin... Inkunu biss irridu ftit direzzjoni biex naslu fejn nixtiequ.


It-tektik tad-dinja

In-nannu tilef l-arlogg tal-but go hafna cana. Kienu zminijiet ohra meta l-arloggi ma kinux sofistikati bhal tal-lum. Imma dan l-arlogg kien ghaziz ghand in-nannu u kien jaf li mhux facli jifli kull nitfa cana biex isibu ghax kien hemm munzell kbir. Izda neputih qallu:

"Taghmilx hoss u nsibulek!"

U dlonk nizzel widnejh mac-cana u beda jqalleb bil-mod.

"Mela issa bdejt tara b'widnejk flok b'ghajnejk?" staqsa n-nannu.
"Iskot nann!"

U kompla jmexxi widnejh mac-cana. U ftit wara sabu. Kien semghu jtektek.

Kultant il-hsejjes tad-dinja ta' madwarna ma jhalluniex nisimghu lehen Dak li kuljum ikellimna.


IS-SENA T-TAJBA 2005

TAHLIX DAWN IL-525600 MINUTA LI ALLA SILFEK. TAHOMLOK BIEX TUZAHOM GHALL-GID TA' HADDIEHOR U TIEGHEK. FTAKAR LI GHAD TRID TAGHI KONT TAGHHOM.


AHBARIJIET TA' INTERESS

IZZEWGU

Karen Attard ta' Triq S Cassar lil Daniel Borg (Sannat).

Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb. Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien.


IL-LAQGHA TA' DICEMBRU

Bhalma habbarna fil-harga ta' Dicembru l-laqgha kienet tikkonsisti f'zewg vidjos ta' plays li konna ghamilna xi snin ilu bhala parti mill-programm tal-Milied. 'Il-marki tas-swaba'' kienet ambjentata f'familja li l-missier kien tilef il-fidi meta mititlu bintu ta' ftit snin. Kellu memorji marbuta ma' l-istatwa tal-bambin b'marki tas-swaba' fuq zaqqu izda dak kien l-uniku kuntatt tieghu mal-fidi. Kellu jkun ibnu li jerga' jqabbdu t-triq lura lejn ir-Religjon. Nippretendu li nghaddu hajja bla problemi. Inharsu l-fidi sakemm kollox ikun ward u zahar. Ninsew li fil-waqtiet difficli ghandna nduru lejn Alla u nhossuh maghna u mhux nabbandunawh qisu qatt ma kien. Ikun qrib taghna aktar milli qatt nistghu nimmaginaw. U l-play l-ohra 'Il-hsieb ragel hazin' laqqghetna ma' familja tipprepara biex tiffesteggja l-hamsa u ghoxrin sena ta' zwieg. Meta l-hbieb ma rrispondewx ghall-invit ta' l-ikla ta' l-okkazjoni minn kollox bdew jahsbu... ghajr li binhom nesa jimpostahom, kien nesihom fl-iskrivanija. Ilkoll kemm ahna nghaddu minn mumenti li nhallu lil mohhna jigri bina. Nahsbu hazin f'dak u l-ohra u nahsbu li d-dinja taghna ser taqa'. Kemm ikun ahjar li nidraw nahsbu t-tajjeb f'kollox u f'kulhadd ghax inkella l-Bambin biss jaf fejn tista' twassalna l-immaginazzjoni taghna li kultant ghandha habta tigbidna lejn dak li hu hazin.

Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, li offrielna d-drinks ta' wara l-laqgha. Saviour Attard ta' Triq il-Qala tela' fl-immagni tal-Madonna.


IL-LAQGHA TA' JANNAR

Peress li l-Ewwel tas-Sena ser ikun is-Sibt, il-laqgha ser issir fit-tieni Sibt it-8 ta' Jannar fis-7.15p.m.  u din is-sena ghandna farsa gdida fis-sensiela ta' Spiru bl-isem 'Fl-istrina rebbieh imma Spiru fl-inkwiet'.

Bhas-soltu qed nistiednu wkoll l-old boys ghal din ir-rapprezentazzjoni u xieraq li jkunu numeruzi biex id-drabi l-ohra li ssir tittella' nhallu l-wisa' lill-kumplament tal-poplu.

Mela habib tinsiex. Nhar is-Sibt 8 ta' Jannar fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca. Dahka flimkien hija l-isbah awgurju ghal sena gdida.


Hsieb ghall-bidu tas-sena

Ragel kien qed jiftahar: "Ili mmur quddies nhar ta' Hadd ghal 30 sena. Nikkalkula li smajt fuq 1,500 priedka. Ma niftakarx wahda minnhom. Mela qed immur ghalxejn. Ma mmurx izjed."

Xi hadd li kien qed jisimghu wiegbu: "Nahseb li f'dawn it-tletin sena kilt iktar minn 10,000 ikla. Aktarx li ma niftakarx wahda minnhom. Imma naf cert li kieku ma kilthomx kieku ili li ghalaqt ghajnejja ghal dejjem. 10,000 ikla li sostnewni ghad li ma niftakarx x'kilt fihom."

Kultant ftit logika ahjar minn hafna teologija.


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA 2


U meta [Gesù] ra l-gmieghi,

thassarhom, ghax kienu mghakksin u

mitluqin bhal nghag bla raghaj.

Imbaghad qal lid-dixxipli tieghu:

"Il-hsad hafna, imma l-haddiema ftit." 

{Mt 9:36-37}

 

Santa Katerina Drexel kienet

bint familja sinjura minn Philadelphia.

Darba meta kienet qed izzur

il-kerrejja tal-belt gietha hniena

mit-tfal li rathom jiggerrew hemm.

Meta rat dak il-hsad kbir

u ftit haddiem biex iwettquh

iddecidiet li twaqqaf

ordni ta' tfajliet

biex jaghtu d-daqqa t'id taghhom f'dan il-kamp.

 

X'hawn fid-dinja li

jimlieni bil-hniena?

Jien x'nista' naghmel – b'mod konkret -

biex intaffi l-problemi?

 

Kif inhi l-imhabba?

Saqajha jehduha ghand

il-foqra u l-batuti,

ghajnejha jaraw il-mizerja u n-nuqqas,

widnejha qeghdin hemm

biex jisimghu l-krib ta' l-ohrajn.


San Wistin


IL-QAWWA TAL-MAHFRA

Betty Ferguson irnexxielha taghmel dak li x'aktarx hadd minna ma ghandu l-hila jasal ghalih. Hafret lill-qattiel ta' bintha. Il-mewt ta' Debbie, li kellha 16-il sena fl-1975, tant kissritha li bdiet tisker biex torqod u ma baqghetx taghti kas ta' l-erbat itfal l-ohra. Sehtet lill-qattiel Ray Payne, li kien l-ghalliem ta' l-Ingliz ta' Debbie. Ghad li nstab hati u ntbaghat ghomru l-habs xorta wahda ma naqasx l-imrar f'qalb Betty. "Il-mibeghda kienet belghetni," stqarret u kienet il-hin kollu tbati b'elf ugigh... minn rasha sa daharha. Waqtiet bilkemm kien jirnexxielha tieqaf fuq saqajha.

Fl-1981, waqt il-funeral ta' ohtha, laqtitha frazi minn 'Il-Missierna', '...ahfrilna dnubietna bhalma nahfru lil min hu hati ghalina'. Bdiet taqra kotba fuq il-mahfra u bdiet tahseb li dik hi l-unika soluzzjoni. Marret fuq il-qabar ta' Debbie u fuq l-irhama kellha miktub, 'Dak li d-dinja ghandha bzonn illum hi l-imhabba, imhabba safja'. Il-hsieb baqa' jhewden f'mohhha. B'vuci gholja bdiet tirrepeti l-kliem "Jien lesta li nahfer lil Ray". Fi ftit xhur kitbitlu ittra: 'M'ghandix daqshekk irrabjata ghalik. Nista' nigi u naqsam l-esperjenza mieghek?'

Fl-1986, 11-il sena wara d-delitt, Ferguson zaret lil Payne l-habs. "Fissirtlu kemm kienet tfisser Debbie ghalija u kemm batejt internament fit-telfa taghha. Qaghad jismaghni u bkejna flimkien. Tlaqt mill-habs persuna mibdula: qalbi kienet irtabet." Lil hbiebha, li baqghu mistaghgba b'dak li ghamlet, qaltilhom: "Il-mahfra hi l-ikbar ghotja li qatt stajt naghti lili nnifsu u lil uliedi." Illum hi counsellor fi programm ghall-vittmi ta' xi krimini.

Ilkoll kemm ahna ghaddejna minn xi tradiment, ugigh ta' qalb jew xi abbuz. Hafna minna naghzlu li nzommu r-rabja u l-ugigh izda ohrajn le. Tahfer lil xi hadd ma jfissirx li taqbel ma' l-azzjoni li tkun ircivejt. Izda meta ma tibqax izzomm f'qalbek jirnexxielek tnaqqas l-istress bin-nofs. F'ricerka li ghamel certu Fred Luskin, direttur ta' Stanford University, sab li min hafer zied l-energija tieghu, tejjeb il-burdata, l-ammont ta' l-irqad zdied fil-kwalità u l-kwantita u sahhtu in generali marret 'il quddiem. "Li toqghod teqred fuq kemm in-nies qed jitrattawk hazin ifisser li tkun qed taccetta li tavvelena lilek innifsek," kompla Luskin.

Dak ghaliex gisimna hu mibni biex jagixxi f'waqtiet difficli bhal f'kaz ta' periklu. F'dawn il-waqtiet gismna jerhi l-ormoni ta' l-istress, l-adrenalina u l-cortisol u qalbna tibda thabbat aktar bis-sahha, in-nifs jizdied u mohhna jahdem iktar malajr. Anke sustanzi ta' zokkor jintelqu fid-demm. Gismna ma jigrilu xejn jekk din is-sitwazzjoni ma ddumx (bhal meta ghal ftit ma tahbatx bil-karozza). Izda r-rabja u li zzomm f'qalbek qishom incident bla tmiem li jibdlu l-ormoni li qeghdin hemm biex isalvawna f'tosku f'demmna.

L-effett dipressiv tal-cortisol jaffettwa s-sistema immunitarja. Il-professur Stafford Lightman, neuro-endocrinologist fi Bristol University, jghid li l-cortisol jghejja lill-mohh, jaffettwa c-celloli tieghu u sahansitra jwasal ghal telf ta' memorja. Izid il-pressjoni u z-zokkor fid-demm, iwebbes l-arterji li mbaghad iwasslu ghal problemi fizici tal-qalb.

Izda l-mahfra donnha twaqqaf dan kollu. Saret ricerka fl-Università ta' Wisconsin-Madison fuq 36 ragel li kellhom problemi f'qalbhom u li kienu mghobbija b'esperjenzi koroh – min tal-gwerra, min familjari, ohrajn tax-xoghol u min ta' tfulija mwieghra. Nofs dawn l-irgiel inghataw kors ta' mahfra; l-ohrajn le. Dawk li ghaddew minn din it-thejjija kellhom influss ta' demm ahjar f'qalbhom.

Anke semplicement tahseb fuq kif ser tlixxi tilwima jew ugigh ta' qalb bizzejjed biex tgawdu l-beneficcji. Fl-2001 xi psikologisti qabdu 71 student ta' kullegg u ghamlu maghhom sensors li jimmonitorjaw qalbhom u nifshom. Gaghluhom jergghu jghixu gideb, insulti u tradimenti ta' membri familjari, hbieb u mahbubin. Qalulhom biex jimmaginaw li qed jahfrulhom. Instabu li kienu bdew igawdu minn rati ta' tahbit tal-qalb u pressjoni tad-demm darbtejn u nofs inqas minn x'hin regghu ghexu l-weggha.

Ghalhekk x'int tistenna habib? Ftakar li dan il-kliem digà qalulna Kristu elfejn sena ilu. Riedna nahfru u nhobbu sahansitra l-ghedewwa taghna. Mhux l-elfejn sena ta' storja biss tawh ragun izda issa anke x-Xjenza. Ahfer u tara kif din hija l-ahjar triq.

________________________________________

> Lura ghall-pagna ewlenija <