IL-HBIEB ISEJHU
Jannar 2004 | Harga Nru. 449

-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Pawlu hassu skomdu waqt l-ikla li nghatat ghall-membri ta’ bank li ried juri bil-figuri kemm kienet ta’ success l-ahhar sena ta’ hidma.  Hassu skomdu ghax ma kien jaf lil hadd minn dawk li kienu madwaru ghad li hafna minnhom kienu jitbissmulu u jixtiqulu gurnata tajba.  Imma ghal Pawlu l-importanti kien l-ikel u dan ma setax igerger minnu. Kien bnin.

Imma donnu qajla seta’ jinzel ghax Pawlu ma kienx imdorri jiekol fis-skiet. Peress li ma kien jaf lil hadd donnu ma setax jibda diskursata li ghalih kienet tghin l-indigestjoni u ttejjeb il-palat. U biex taghqad anke l-kant li kien qed jisma’ kien qed idejqu. Kant monotonu li jmarrdek flok joffrilek ftit mistrieh. Hass li jkun tajjeb li jibda d-diskors fuq hekk. Dar lejn ir-ragel li kien qed jiekol hdejh u qallu:

“Dan x’kant hu?  Il-vuci ta’ din il-kantanta hawditli l-ekwilibriju ta’ mohhi.”

Ir-ragel ta’ hdejh illerta qisu serduq u b’ghajnejh itajru n-nar qallu bil-herra:

“Ara kif titkellem fuq marti. Lehinha accettat u hafna jhallsu l-belli liri biex jisimghuha tkanta.”

Pawlu skanta u ghal mument immuta. Fejn qatt basar minn tant nies li kellu jitkellem proprju ma’ zewg il-kantanta. U biex jigborha kompla jtemtem:

“Proprjament mhux il-kantanta dejqitni imma l-kliem tal-kanzunetta. Jidher bla sens.”

Issa r-ragel sibel. Qam bilwieqfa u qallu:

“Ma nippermetti lil hadd joffendini f’wicci. Ghandek tkun taf li kliem dik il-kanzunetta ktibtu jien. U hafna kienu dawk li kkumplimentawni.”

Pawlu xtaq l-art tibilghu u ftakar f’dak li kien jghid nannuh:

Ahjar ghaxar kelmiet nieqsa minn wahda zejda.


MID-DJARJU TA’ DR A J CRONIN

Dr A J Cronin ghandu ghexieren ta’ stejjer li llum saru maghrufa mad-dinja.  Kotba bhal Hatter’s Castle, The Citadel, The Keys of the Kingdom u The Green Years saru klassici tal-letteratura.  Imma forsi qatt ma kiteb b’mod hekk personali daqskemm meta tana l-ktieb Adventures in Two Worlds.  Dan qisu l-istorja ta’ hajtu... speci ta’ djarju.  Matul din is-sena ser ingibu fil-qosor ftit minn dawn l-istejjer li barra li jhajruk taqrahom ihallu wkoll fina messagg pozittiv.  Importanti li niftakru li qeghdin fil-bidu tas-seklu 20.  Mal-mitt sena ilu.

Niftakarni sew. Student fqir f’Università fi Glasgow. Nistudja ghal tabib.  Imma buti xott daqs il-frawli. Nghix minn jum ghal jum bit-tama li l-flus li kelli jservuni sa tmiem ix-xahar meta kont nircievi bagatella ohra.

Kien xahar difficli iktar minn xhur ohra. La kont hallast kera u anqas kelli biex nghaddi sa tmiem ix-xahar.

“Guvnott,” qaltli sidt il-post fejn kelli daqsxejn ta’ kamra, “dan ix-xahar ghadek ma tajtnix tal-kera. Jekk ma thallasnix sa tmiem ix-xahar ikolli nbewgek ’il barra!”

Ridt nara x’naghmel. Imbaghad rajt avviz li fi sptar fil-qrib kien hemm post tax-xoghol li kien jghodd ghalija. Speci ta’ nurse li jkun mal-kirurgu waqt l-operazzjonijiet. U applikajt b’sens kbir ta’ ottimizmu ghax il-kirurgu li xtaq l-ghajnuna kien il-Professur MacEwen ...ghalliem fl-Università fejn kont nitghallem jien. U kien jaf li jien kont student nipprometti ghax kont gejt l-ewwel fis-suggett tieghu.

Iddecidejt li nkellmu biex forsi jaghzel lili. U l-okkazjoni nibtet ftit jiem wara meta konna mghajtin minn dan il-professur biex nassistu ghall-operazzjoni ta’ tnehhija ta’ tumur.  Kienet operazzjoni serja hafna imma l-kirurgu MacEwen kien famuz u dik il-mara zgur kienet f’idejn tajba. Waqt l-operazzjoni staqsieni kemm-il darba mistoqsijiet relatati biex jara iniex nifhem u nahseb li wegibt tajjeb hafna. L-ottimizmu tieghi sar kwazi realtà.  Kont cert li mhux ser jghid le ghat-talba tieghi. Anzi hassejt li kien ser jilqaghni b’idejh miftuha.

Sadanittant ma stajtx ma narax il-hila ta’ dan il-kirurgu msemmi mad-dinja. B’kalma u delikatezza kien qed jipprova jehles lil din il-pazjenta minn tumur li zgur li ser itemmilha hajjitha jekk ma jitwarrabx. U ma kienx facli twarrbu minn fejn kien bla ma taghmel hsara permanenti lill-mohh.

Meta spicca l-operazzjoni shabi kollha hargu mis-sala ta’ l-operazzjonijiet imma jien bqajt hemm.  Ridt inkellmu ghax kienet importanti ghalija. Anzi indispensabbli.

“Profs, xtaqt inkellmek!”
“Ghidli Cronin fiex nista’ naqdik?”
“Xtaqt napplika ghax-xoghol ta’ dresser mieghek hawn f’dan l-isptar.”
“U ghaliex xtaqt dan ix-xoghol?”
“Ghax dejjem hlomt li nispecjalizza fil-kirurgija.”
“Dak ix-xoghol gà tajtu lil haddiehor. Ghandi fiducja kbira fik li ghad tirnexxi fil-hajja izda jien cert li bhala kirurgu tkun fjask.”

Hrigt minn hemm dizappuntat imma fl-istess hin mimli kuragg li fil-hajja ser nikseb success. Kliem il-kirurgu MacEwen kien tani imbuttatura ’l quddiem.

Idra ara d-dawl anke meta quddiemek hemm cappa dlam. Tinsiex li meta jinghalaq bieb, il-Mulej jiftah iehor... jew izjed.


IL-MILIED FL-ARTI

Jikteb Dr Coronato Grech M.D.

HIERONYMUS BOSCH

Wiehed mill-iktar artisti strambi li pitter ‘L-Adorazzjoni tal-Magi’ kien l-Olandiz Hieronymus Bosch (1460 – 1516). F’din il-pittura, li tinsab fil-Philadelphia Museum of Art fl-Amerika, naraw lill-Madonna zaghzugha turi lill-Bambin lil wiehed mis-slaten Magi gharkobbtejh quddiemha.  L-ilbies taghha, b’tikmix naturali hafna, ma huwiex b’kuluri tradizzjonali imma iswed u hamrani.  San Guzepp, xwejjah, qed jidher inehhi l-barnuza minn rasu, donnu misthi minn vizitaturi daqshekk distinti, li incidentalment huma libsin stil medjevali, xabla inkluza.  Fuq il-libsa bajda tas-Sultan l-Iswed hemm tpingija bilkemm tidher tal-Lhud jigbru l-manna – alluzjoni ghall-migja ta’ Kristu.  Id-dar ta’ wara bil-hmara u l-baqra kalmi jittawlu, hija Ewropea f’belt kontemporanja bil-koppli tal-knejjes fil-boghod.  Kollox ma’ kollox din hija dehra trankwilla, domestika u pjacevoli.  U meta tqis ix-xogholijiet l-ohra ta’ Bosch, din il-pittura altru li mhix tipika tieghu. 

Dan ghaliex il-bicca l-kbira tax-xoghlijiet l-ohra ta’ Bosch huma fil-forma surrealistika ta’ xi holma kerha mimlija xeni u figuri orribli, grottestki u disturbanti.  Il-kompozizzjonijiet tieghu huma fil-bicca l-kbira allegoriji morali li juru l-hazen tal-bniedem, il-perikli spiritwali u r-rizultat terribli ta’ ghazla hazina.  Bosch donnu kien iffissat fuq t-torturi eterni ta’ l-indannati.  Donnu kien jara l-hazen kullimkien u kullimkien invazat bid-demonju u s-segwaci tieghu.  Ghalih l-umanità hija kwazi totalment mitlufa.  Pittura tipika ta’ Bosch tikkonsisti f’hafna episodji separati, b’varjetà ta’ azzjonijiet simbolici u mimlija b’hafna kreaturi, monstri, demonji u oggetti fantastici.  Fost ix-xoghlijiet maghrufa tieghu nsibu ‘Il-Gnien tal-pjaciri tad-Dinja’, ‘L-Ahhar Gudizzju’, ‘It-Tentazzjoni ta’ Sant’Antnin’ u ‘Il-Mewta tax-Xhih’.  Min kien dan Bosch?

Sfortunatament ftit li xejn nafu dettalji fuq hajtu apparti li ghadda kwazi hajtu kollha fil-belt ta’ Hertogenbosch li minnha ha ismu (l-isem proprju tieghu kien Jhieronymus van Aken).   Zzewweg mara nobbli ikbar minnu li gabitlu dota sabiha imma xi zmien wara kellu argumenti legali ma’ huha.  Ovvjament kien influwenzat mir-religjozità ta’ zmienu fejn anke l-imwiezeb tal-knejjes kienu f’forma ta’ gargojli grotteski u fejn il-kastigi u l-infern qatt ma kienu imbeghdin mill-priedki.  Apparantement, id-dawl umanitarju tar-Rinaxximent kien ghadu ma tfaccax dik in-naha.  Però ghaliex l-artist kien iffissat daqshekk fuq l-ikrah tas-sopranatural u ghaliex ix-xoghlijiet tieghu, mimlija nudizmu u sadizmu, gew accettati mill-knejjes lokali difficli tispjega.  Milli jidher kien ukoll popolari fi zmienu u kellu anke xi imitaturi ghalkemm wiehed biss, Pieter Bruegel, kellu l-kapacità li jdahhal l-influwenza ta’ Bosch fl-arti tieghu.  Fl-ahhar seklu Bosch gie meqjus bhala l-prekursur tas-surrealizmu – moviment artistiku tal-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.


FORSI JINTERESSAWK

Naghmlu bhat-tfal

Tifel zghir kien ghadu kif telaq jimxi u kif kien ghaddej, iserrep bhal vapur fil-maltemp minn naha ghall-ohra tal-kamra, waqa’ u habat ma’ sieq il-mejda. Beda jibki u jwahwah sakemm wasal missieru u qallu:

“Naghtu xebgha lill-mejda!”

U dlonk beda jsawwat sieq il-mejda. It-tifel ma baqax jibki. 

Kemm drabi naghmlu bhat-tifel... inwahhlu fl-ohrajn biex ma nammettux l-izball taghna.


Fejqu pappagall

Bahri kien ilu zmien ipejjep u ta’ xejn it-tabib kien jghidlu biex jaqtghu. Izda darba akkwista pappagall u skanta kif dan beda jisghol ta’ spiss. Ma xtaqx li l-pappagall imutlu u ghalhekk iddecieda li jieqaf mit-tipjip.

Ghaddew il-gimghat u l-pappagall baqa’ jbati mid-duhhan ghax xorta kien ghadu jqahqah.  Kien biss wara hafna zmien li r-ragel sar jaf li l-pappagall kien tghallem jimita lil sidu… u ghad li sidu ma kienx ghadu jisghol izda l-pappagall kien ferhan b’dak li kien tghallem... u baqa’ jqahqah.


Parir jiswa... basta

Pawlu kien qed ikellem lil siehbu Salvu:

“Kemm ghandi ghajni qed tugaghni!”

“Jien ftit ilu kelli darsa tugaghni u taf x’hin strihajt... x’hin qlajtha!!”


Nobbli tabilhaqq

Bidwi kien sejjer id-dar meta nfethitlu l-ixkora tal-qamh u l-prodott ta’ gharaq gbinu kien qed jinfirex ma’ l-art. Dlonk inqala’ ragel liebes pulit li l-bidwi gharfu mill-ewwel.

“Dan ma jiqafx jghinni,” qal il-bidwi bejnu u bejn ruhu.

Izda n-nobbli waqaf u ghenu. Meta kienu gabru kollox, il-bidwi qal lin-nobbli:

“Grazzi hafna sinjur. Ma nafx kif nista’ nroddlok!”

“Facli. Meta xi darba tiltaqa’ ma xi hadd fil-bzonn ghinu bhalma ghintek jien!”


Bniehulu x’imkien iehor

Sultan kien sejjer ghal vjagg twil f’art barranija u qabel telaq baghat ghal wiehed qassis u qallu:

“Lilek nafdak.  Hu dan id-deheb u ibnili palazz. Qis li jkun lest meta nigi lura!”

Meta gie lura ma sabx palazzi u baghat ghall-qassis:

“Id-deheb nehhejtu f’irkant u bil-flus li qlajt bnejt id-dar ghal 200 fqir.”

“Int tmut... ghax ksirt l-ordni tieghi.”

“Jien bnejtlek palazz ’il hemm mill-qabar!” qallu l-qassis. “Issibu meta titlaq ghal dejjem minn hawn.”


Dik kuxjenza safja!

Id-Dipartiment tat-taxxi interni (mhux dak Malti) ircieva invilopp b’mitt dollar. U fih kien hemm din in-nota:

“Ma stajtx noqghod kwiet bit-tahbit tal-kuxjenza. Jekk toqghod kwieta ma tarawx dollar ohra minn ghandi. Jekk tkompli thabbatni nibghatlek izjed.”


AHBARIJIET TA’ INTERESS

IL-LAQGHA TA’ DICEMBRU

Il-laqgha ghamilha sehibna Joe Portelli.  Joe tkellem dwar iz-zewg ghazliet li ghandna quddiemna – l-ghazla favur it-tajjeb jew l-ghazla favur il-hazin.

Illum issib min jipprova jelimina l-hazin daqs li kieku ma jezistix.  Hekk dak li joghgob isir tajjeb minkejja kull kmandament. Izda l-hajja ssir foresta ta’ qilla kieku kulhadd jimxi fuq dak li jhoss.  Hemm parametri li jidderiegu mixjietna.  Meta nwarrbuhom insibu ruhna f’hafna nkwiet.

Imma fil-hajja jezisti wkoll it-tajjeb.  U anke llum ghad hemm bosta li kapaci jbatu ghall-ideal taghhom.  Lesti ghal kull sagrificcju biex jghixu twemminhom.  Isejsu hajjithom fuq il-principju u mhux fuq il-pjacir... fuq dak li hu tajjeb u mhux fuq dak li joghgob.

Zewg toroq... imma ghan-nisrani hemm ghazla wahda. Ghazla li timlieh b’sodisfazzjon qaddis u tlestih ghaz-zmien tal-Milied li meta saret il-laqgha konna qed nippreparaw ghalih.

Joe spicca b’leggenda helwa... tar-ragel li hawwel xewka f’nofs ta’ triq li ftit ftit kienet kibret u ghalqet it-triq kollha... tant li n-nies bdew jitniggzu x’hin jghaddu minn hemm.  Ilmentaw mas-sultan u dan ordna lir-ragel jaqlaghha.  Izda dan ma setax ghax ix-xewka kienet haxxnet iz-zokk u hu ma kellux sahha jeqridha.  U s-sultan qallu: “Qed tara hux.  Ix-xewka tissahhah kuljum u int tidghajjef.  Ezatt bhall-vizzju!”

Billi l-laqgha habtet vicin il-Kuncizzjoni tellajna rigal sabih b’immagni tal-Madonna li mess bix-xorti lil Kurun Attard ta’ Triq San Indrija.

Hajr lil barman tal-Kazin tal-Youngsters – Robert Borg – li ghal darb’ohra tana drink ghall-prezenti.


IL-LAQGHA TA’ JANNAR

Nistednukom ghall-farsa ta’ Spiru... din is-sena fil-praspura META SPIRU THABBEB MAS-SUPER nhar is-Sibt 3 ta’ Jannar 2004 fis-7.15p.m.

Ejjew u hajru lil shabkom jigu wkoll ghal dahka sinciera bejn il-hbieb.  L-old boys – anke jekk mizzewga huma mistiedna wkoll.  Jekk tafu lil xi hadd minnhom ghaddu l-kelma.


Xi drabi huma l-affarijiet iz-zghar tal-hajja li jsawru l-hwejjeg il-kbar.

“Mhux il-htieg igeghilni nitkellem hekk, ghax jien tghallimt noqghod b’dak li jkolli.”

(Filippin 4:11)


 Ikollok il-fidi meta thalli lil ruhek tmur ’il hemm minn dak li jaraw ghajnejk.

“ ...ghax ahna nimxu bil-fidi, mhux bil-vizjoni…”


EKU EVANGELIKU FI ZMINIJIETNA

Gesù qal lid-dixxipli tieghu: “Ghax hafna li huma l-ewwel ikunu l-ahhar, u ta’ l-ahhar l-ewwel.” {Mk 10:31}


James M Barrie kiteb play

fuq seftur ta’ familja sinjura.

Kienu jikkmandawh

u jqisuh bhala l-izghar.

Kien ikun imqabbad jaghmel l-iktar

xoghlijiet baxxi.

Darba l-familja marret vjagg bil-bahar.

Kellhom nawfragju

u l-familja bis-seftur b’kollox spiccaw

fuq gzira wehidhom.

Is-sinjuri ma kinux jafu x’jista’ jsir.

Is-seftur biss kellu t-tattici

biex jghix f’post bhal dan.

F’tebqa t’ghajn l-istat tas-seftur inbidel.

Mill-ahhar spicca l-ewwel.

 

L-istorja tfisser tajjeb kliem Kristu.

Iggaghlni nistaqsi wkoll

“Kif qed nitrattahom in-nies?

Bil-qies tad-dinja jew b’dak ta’ Alla?”  


Id-Don Quixote ta’ generazzjoni jistghu jghixu
 sa ma jkunu meqjusa s-salvaturi tas-socjetà ta’ wara

James Russell Lowell


IT-TENTUFIET TA’ HAJJITNA

Il-kap ta’ kumpanija li tilfet hafna haddiema fl-attakk tal-11 ta’ Settembru laqqa’ l-impjegati ghax kellu x’jghidilhom.  B’vuci li tikxef il-kisra f’qalbu, irrakkontalhom mumenti minn hajjiet dawk li hallew hajjithom fl-attakki u ohrajn li ghal xaghra ma spiccawx numru fl-istatistika.  Kienu bosta l-istejjer li ssemmew ta’ dawk li mietu u l-gheziez li hallew jibkuhom.  Il-kap gibdilhom l-attenzjoni fuq dik ix-xaghra li minhabba fiha whud baqghu mal-hajjin:

Dak il-manager ta’ kumpanija li dakinhar mar tard ghaliex ibnu kien ser jibda l-kindergarten;

L-iehor li fil-11 ta’ Settembru mess lilu li jghaddi jixtri d-donuts ghal shabu ta’ l-ufficcju;

Dak li zanzan zarbun gdid izda weggghu u ghalhekk waqaf ghand spizjar biex jixtri stikka.  L-istikka salvatlu hajtu.

U min jaf kemm tentufiet ohra li salvaw hajjiet.

Ghalhekk, meta nieqfu fit-traffiku, induru biex nirrispondu telefon, il-karozza ma tkunx trid taqbad, inwiegbu ghall-elf darba ghall-istess mistoqsija ...il-hwejjeg iz-zghar li jaghtuna fastidju, niftakru li  hemmhekk iridna Alla f’dak il-waqt partikulari.  Jalla matul din is-sena l-gdida jkompli jibaghtilna dawn il-hwejjeg iz-zghar... min jaf forsi qed igezwru rigal imprezzabbli li anqas biss nistghu nimmaginaw.

Il-kumbinazzjoni ma tezistix.  Alla jaf x’hemm f’qalbna.  Qatt ma kont f’sitwazzjoni li ma kellek ebda idea kif ser tohrog minnha u kollox spicca b’wicc il-gid... anzi tirringrazzja lil Alla li sehhet?  Dak hu Alla li qed jahdem f’hajjitna... ikun jghaddina minn maltempata biex ingawdu aktar iz-zerniq ta’ jum gdid.

F’kull sitwazzjoni ghandna nirringrazzjaw lil Alla. Xi drabi l-barkiet tieghu ma narawhomx cari mill-ewwel.


NIDHKU FTIT… b’sitwazzjonijiet familjari

Mara hallset elf lira lil geneologista biex isibilha l-arblu tar-razza ...imbaghad kellha taghtih elf lira ohra biex taghlaqlu halqu.


Missier lil ibnu: Ghal kemm-il miljun darba rrid nghidlek biex ma tesagerax?


John: Ma. Tony kisser hgiega mis-serra.
Omm: Kif?
John: Waddabtlu l-ballun u tbaxxali.


Missier stieden lil siehbu ta’ fuq ix-xoghol biex jiekol ghandu.  Meta l-omm firxet il-mejda u qed taqleb l-ikel, l-iben iz-zghir qal:

“Ma, mela hut sajjart?”
“X’kont tistenna mela?”
“Ilbierah smajt lill-pa jghid li ghall-ikel ser igib hanzir!”


“Mummy, mummy, fejn int?” kien qed inewwah tifel zghir, wahdu fuq xtajta.

“Miskin dan it-tfajjel,” qalet mara xwejha.  “Ejja mieghi u nixtrilek gelat u mbaghad immorru nfittxu lil ommok.  U jekk ma nsibuhiex nixtrilek xi helu u mmorru nkellmu lill-pulizija.”

“Jien naf fejn hi ommok!” qaltlu tifla ckejkna.

“Bizzejjed!” sikkitha minn taht l-ilsien.  “Anke jien naf fejn hi, imma sa issa digà akkwistajt zewg gelati minn tnejn minn nies.  Ittellifnix gelat iehor!”


Mara telghet f’karozza tal-linja akkompanjata minn sebat itfal.  Ix-xufier qalilha:
“Dawn kollha tieghek jew ser tehodhom xalata?”
“Dawn kollha tieghi u emminni hajti mhix xalata?”  


> Mur lura ghall-pagna principali