----
IL-HBIEB ISEJHU
Jannar 2003 | Harga Nru. 437
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-Editorjal

Kienet qieghda New York ghal vaganza qasira u cemplet lil zewgha biex tara li kollox miexi sew.

“Kollox OK imma l-kelb miet.”

Il-mara ssummat. Lill-kelb kienet thobbu hafna. U ghajtet ma’ zewgha:

“Kif ma sthajtx taghtini din l-ahbar hekk ...kiesah u biered?”
“Xi tridni naghmel ...la miet, miet.”

“Kien messek tajthieli bil-mod ...l-ewwel jum tghidli li l-kelb qieghed fuq il-bejt, it-tieni jum tghidli li waqa’ minn fuq il-bejt u kiser riglejh, it-tielet jum tghidli imbaghad li l-kelb ghandu xi kumplikazzjoni fl-intern u fir-raba’ jum tghidli li l-kelb miet.  Hekk inkun ippreparata ghall-ahbar.”

U r-ragel li ma riedx jibda glied qalilha:

“Darb’ohra naghmel kif qed tghidli.”

U l-mara, ferhana li rnexxielha tfehmu, staqsietu:

“U t-tifla fejn hi?”
“It-tifla ...it-tifla qieghda fuq il-bejt.”

U l-mara bdiet tibki ….

“Gejja lura ...issa stess.”

U qatghet it-telephone.

Skanta r-ragel u ma setax jifhem ghaliex martu kellha tehodha tant bi kbira li bintha kienet fuq il-bejt tonxor il-hwejjeg.

Meta tilghab bil-verità, tiskantax jekk tithawwad fil-hajja.


PIT STOPS 2

Tentufiet u grajjiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Bidwi nisrani kellu baqra li kienet thabbat denbha ma’ wicc il-bidwi kull meta jkun qed jahlibha.  Darba l-bidwi msahhan qalilha:

“Taghmel hekk ghax jien nisrani.  Taf li ma nistax inpattihielek.  Imma jekk ser tkompli nbieghek lil wiehed musulman li jsib tarfek jekk tibqa’ tabbuza.”

U l-hrafa tghid li l-baqra kkwetat.

Hawn min ghandu minn dinil-baqra.  Jifhem biss meta jkun mhedded.

U hawn min ghandu mill-bidwi ...jhedded flok jipperswadi.

Mhux jahsra li nwarrbu t-theddid u nibnu fuq il-perswazjoni.


Voltaire kien gharef Franciz li kien jiftahar li hu nkredulu ...ma jemmen b’xejn. 

U darba biex juri n-nuqqas ta’ twemmin tieghu, gabar f’daru kemm sab bibbji u tahom in-nar.

Li jiskantak hu l-fatt li wara hafna snin dan il-post fejn ingabru l-bibbji biex jinharqu, illum hu stamperija nisranija li tistampa bibbji b’hafna lingwi biex jitqassmu mad-dionja.

Il-kumbinazzjonijiet tal-bnedmin ….il-bizzilla ta’ Alla.


Jghidu li Charles Darwin – famuz ghal kixfa tieghu dwar l-evoluzzjoni, kien gerguri mill-kbar.  Martu kienet tiehu hafna pacenzja bih biex tissaportih.  Darba waqt ikla Charles kien il-hin kollu jmaqmaq ...l-ikel kien kiesah, il-laham ma kienx misjur, il-hobz iebes u mhux frisk, is-servizz kien kajman u z-ziffa kienet iddejqek.  F’xi hin gie xi hadd fuqhom u staqsiehom:

“Kollox sew?  Is-sur Darwin kuntent?”

U martu tkellmet ghalih:

“Is-Sur Darwin qieghed fil-genna ta’ l-art ghax tghidx kemm sab fuqhiex jilmenta!”


Predikatur kien miexi fil-kampanja u lemah pinnur fuq bejt u fuqu l-kliem ‘Alla Jhobbok’.  Xejn ma ha pjacir ghax fehem li l-imhabba ta’ Alla ma ghandekx torbotha ma’ pinnur ghax dan idur ma’ kull rih mentri l-imhabba ta’ Alla hi soda daqs il-blat.  U resaq lejn sid il-pinnur u qallu x’kellu f’qalbu.  Imma l-bidwi tbissem u wiegbu:

“Jiddispjacini nghidlek li fhimt kollox bil-maqlub. Jien ridt nuri li jonfoh minn fejn ir-rih, Alla jhobbna dejjem.”

Ma nafx ghaliex, it-tieni spjegazzjoni lili sserahli mohhi izjed.  


“Jiena hawwilt, Apollos saqqa‘, imma Alla li jkabbar.  Min ihawwel u min isaqqi huma haga wahda, imma kull wiehed jiehu hlas skond il-hidma tieghu.  Ahna haddiema ma’ Alla, intom l-ghalqa ta’ Alla, il-bini ta’ Alla.”

SAN PAWL (1 Kor 3, 6-9)


IL-MILIED FL-ARTI - jikteb DR CORONATO GRECH M.D.  

SANDRO BOTTICELLI

Sandro Botticelli (1445 – 1510) kien wiehed mill-artisti li pitter ‘L-Adorazzjoni tal-Magi’ u ‘In-Nativita’ separatament.  L-Adorazzjoni tal-Magi, li tinsab fil-Gallerija Uffizi ta’ Firenze, l-Italja hija xoghol tipiku tar-Rinaxximent Fjorentin.  Il-kompozizzjoni fiha simetrija kbira bis-saqaf triangulari fin-nofs u tahtu l-Familja Mqaddsa u l-massa ta’ figuri, inkluzi s-slaten Magi, ibbilancjati fuq kull naha.  Ix-xena hija movimentata u l-perspettiv johrog mhux hazin waqt li l-kuluri dominanti huma l-isfar, l-ahmar u l-kannella u lkoll ixaqilbu ghall-orangjo.  Din il-pittura ta’ Botticelli hadimha madwar is-sena 1475 u fiha emfasi umanistika tipika tar-Rinaxximent.

Mhux hekk in-Natività li tinsab fin-National Gallery ta’ Londra u li tissejjah ‘In-Natività Mistika’ u hija xoghol enigmatiku hafna.  Fuq nett hemm skrizzjoni bil-Grieg li tirreferi ghall-inkwiet fl-Italja u ghall-Apokalissi.  Il-Bambin qieghed fic-centru ta’ l-istampa bil-Madonna b’devozzjoni thares lejh waqt li San Guzepp huwa apparentament rieqed fil-fond bil-baqra u l-hmara jharsu lejn din ix-xena.  L-istampa hija mdawra b’angli, b’wicchom kemmxejn ferhan, li qed iduru ma’ xulxin bi tliet kuruni filwaqt li l-angli t’isfel huma hdejn xulxin.  Ta’ min isemmi li din il-pittura tpittret fis-sena 1500.  Hafna nies kienu jahsbu li dan kien tmiem id-dinja.  Dik il-habta, Firenze, fejn twieled u ghex l-artist kienet ghaddejja minn taqlib kbir kemm politiku kif ukoll religjuz.  Certu Girolamo Savonarola, patri axxettiku u fanatiku kien qajjem furur bil-priedki tieghu kontra l-materjalizmu u hafna cittadini sa qerdu l-gid li kellhom.  Ghal xi zmien dan il-patri rnexxielu jaghmel teokrazija mimlija ripressjonijiet imma n-nies ma damitx ma haditha kontrih, gie akkuzat b’erezija u spicca mahruq fil-1498.  Jinghad li Botticelli kien influwenzat sew minn Savonarola u li anke qered xi xoghlijiet tieghu bbazati fuq miti pagani.

B’xorti tajba fost ix-xoghlijiet ‘pagani’ nkella sekulari li waslulna nsibu kapolavuri bhal ‘Mars u Venere’, ‘It-twelid ta’ Venere’ u ‘Primavera’ waqt li xoghlijiet religjuzi jinkludu ‘Il-Madonna tal-Magnificat’ (pitter hafna nkwadri bil-Madonna), ‘L-Annunzazzjoni’ u ‘Il-Lamentazzjoni’.  Jinghad li Botticelli (minn Giorgio Vasari fost l-ohrajn) kien bniedem umli u li anki meta sar famuz baqa’ jghix fil-parti fqira ta’ Firenze u li din hallieha darba biss meta, fuq stedina tal-Papa Sistu (li kien ghadu kif kien imbroljat mill-familja Pazzi) mar Ruma biex ipitter huwa wkoll fil-kappella famuza li wara ssemmiet ghal dan il-Papa.  Fil-1502 Botticelli gie akkuzat b’sodomija imma ma tressaqx il-qorti (kif kien gralu l-artist kontemporanju Leonardo da Vinci xi ghoxrin sena qabel).  Botticelli qatt ma zzewweg u wara mewtu kwazi ntesa ghal kollox sa ma gie riabilitat matul l-ahhar seklu.  Ismu proprju kien Allessandro di Mariano di Vanni Filipepi waqt li Botticelli kien il-laqam ta’ huh il-kbir (il-Fjorentini kienu famuzi ghal-laqmijiet) ghax probabli kien qisu ‘kartell zghir’.  Intant, dan il-laqam ghadda u wehel ma’ huh iz-zghir, Sandro.  


FORSI JINTERESSAWK

Umli fis-success

Thomas Hardy, wiehed mill-ikbar kittieba Inglizi tas-seklu 19, kien dejjem jibghat invilopp bl-indirizz tieghu u bil-bolla mwahhla ghal-lest kull meta kien jibghat xi materjal lil xi edituri ghax minkejja li kien famuz u hafna kienu jiggennu biex jaqraw kitbietu hu kien ihoss li l-Editur kellu kull dritt jirrifjuta dak li jkun kitiblu u bl-edukazzjoni kollha biex jitolbu li f’dak il-kaz jiehu gost jircievu lura l-materjal rifjutat.

Minkejja s-success baqa’ umli u b’riglejh ma’ l-art.  Kultant ftit success malajr jitla’ ghar-ras u nibdew naraw dubbien lil ta’ madwarna.


Bejn nisrani u ateu

“Naghtik Lm100 jekk tghidli Alla fejn hu!”

“Jien naghtik Lm1000 jekk tghidli Alla fejn mhux!”


Li kieku ...

Kienu qed itellghu bosta oggetti sbieh.  Tmur tixtri biljett u ftit wara jitla’ l-oggett.  Mara resqet lejn min kellu mazz biljetti u qaltlu:

“Ghazilli wiehed int!”

“Kemm ghandek zmien?” staqsieha r-ragel tal-biljetti.

“Tmienja u ghoxrin,” gidbet il-mara.

U hadet in-numru li talbet.  Ftit wara ttellghet il-lotterija u tela’ n-numru 35.  U l-mara hassha hazin.


Staqsi lil min jaf

Guvnott kien qed isuq Ford antika u spicca f’genb ta’ triq ghax il-magna waqfet.  Imbottaha kif seta’ halli ma jtellifx it-traffiku u pprova jirrangaha.  Izda qajla kien jifhem u l-magna wieqfa kienet u wieqfa baqghet.  Kien kwazi qata’ qalbu meta dlonk waqfet karozza limousine u hareg minnha ragel liebes pulit.  Dan talbu turnavit u malajr sab tarf il-hsara.

Il-guvnott skanta jahres lejn dan ir-ragel misterjuz u kif irnexxielu jirranga l-hsara tant malajr.  U r-ragel wiegbu:

“Dik il-karozza nafha bl-amment.  Bnejtha jien.  Jisimni Henry Ford.”

Kultant fi triq iz-zghozija, parir ta’ min ikollu ftit iktar esperjenza minnek, jiswa mitqlu deheb.


La hadt il-halfa...

George Arliss, attur famuz u fi zmienu kien igawdi popolarita kbira, kien qieghed il-Qorti fuq xi kawza ta’ libell u l-avukat difensur staqsieh:

“Veru li ghalik int ...George Arliss, int l-ikbar attur ta’ zmienna?”

U Arliss wiegeb:

“Iva.”

U pront hares lejn il-Magistrat u bi tbissima qallu:

“La qieghed taht gurament ikolli nghid il-verita!”


Ebda flus ma jistghu jixtru lbierah u ebda tromba ma tista’ tara ghada.  Mela ghix il-prezent.


AHBARIJIET TA’ INTERESS

IZZEWGU

Mario Bugeja ta’ Triq D Cocco Palmeri lil Jacqueline Cardona ta’ Triq San Blas.

Nawgurawlhom futur hieni flimkien filwaqt li nfakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.

IL-LAQGHA TA’ DICEMBRU

Kellemna Dun Manwel Magro, surmast tas-Seminarju minuri dwar il-ferh tal-Milied.  Uriena kif bosta jsibu l-ferh meta jkunu flimkien.  U Kristu, bl-inkarnazzjoni tieghu, sar bniedem bhalna f’kollox bid-diffikultajiet u bil-limiti li jgib mieghu l-uman.  Il-Milied hu zmien ir-rigali.  Ma ghandhomx isiru okkazjoni ta’ tensjoni ghalina izda ta’ ghotja personali lil haddiehor.  Madre Teresa kienet tghid ‘give until it hurts’.  L-isbah ghotjiet huma dawk li naghtu minn qalbna u mhux ghax obbligati.  Dak li naghtu miz-zejjed taghna jhalli toghma li ma ddumx ma tghaddi.  Importanti li biex insib il-ferh f’dawn il-festi l-ewwel irrid nintebah xi jfisser ghalija l-ferh.  Jekk ma jkollix risposta ghal din it-twegiba ma nkunx naf x’qed infittex.  U fl-ahhar hemm bzonn li niftakru li t-tarbija li naraw fil-maxtura ta’ Betlem ser tikber.  Ghalhekk il-Milied ser igib affarijiet ohra mieghu.  Importanti li f’dan iz-zmien nipprepara ruhi mhux ghal dawn il-granet biss izda wkoll ghal matul is-sena ta’ wara.  B’hekk inkun sibt l-iskop ta’ din il-festa specjali – skop li jmur ‘il hemm mill-grotta ta’ Betlem ghax dak kien biss il-bidu tal-grajja li salvat lill-umanità.

Wara l-laqgha tellajna zewg biljetti tal-Lotterija Nazzjonali – hajr lil Patrick Grima (Rahal Gdid) - li messew bix-xorti lil Paul Anthony Muscat ta’ Triq il-Qala u Edward Said ta’ Triq it-Telegrafu.  Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.

IL-LAQGHA TA’ JANNAR

Nistednukom ghall-farsa SPIRU U L-MARATONA TAL-FOOTBALL nhar is-Sibt 4 ta’ Jannar 2003 fis-7.15p.m.

Ejjew u hajru lil shabkom jigu wkoll ghal dahka sinciera bejn il-hbieb.  L-old boys – anke jekk mizzewga huma mistiedna wkoll.  Jekk tafu lil xi hadd minnhom ghaddu l-kelma.

IL-HBIEB ISEJHU online

Fl-ewwel xahar – Novembru 2002 – li l-fuljett inxtehet fuq l-indirizz ta’ june29th.com kellna madwar 850 hit.  Niehdu gost li l-artikli taghna qed ikunu ta’ interess ghal dawk li juzaw dan il-mezz modern ta’ taghlim u komunikazzjoni.  Ghaddu l-indirizz li hemm fil-qoxra tal-fuljett lil min tafu li juza’ l-internet.  B’hekk tkunu qed tghinu fit-tixrid tal-kelma t-tajba.  Hajr mill-qalb lill-ahwa Ryan u Pierre Mejlak ta’ dan is-servizz.


SNAPSHOTS

Stejjer u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom

Il-gganta ta’ Dyerville
kienet it-tielet l-itwal sigra ‘Redwood’ tad-dinja.
Kellha dijametru ta’ 17-il pied u gholja 360 pied.
Kienet il-gojjell ta’
Humbold Redwoods State Park ta’ California.
Izda f’Mejju 1991 ix-xita qawwija
li hakmet dawn l-inhawi
rnexxielha tmiddha ghal tulha fl-art.
Is-supretendent tal-park
Don Hoyle qal
li dawn is-sigar
ghandhom bzonn xulxin ghas-sapport.
Hemm l-effett ta’ dominos jekk jaqghu.
Billi gheruqhom huma fil-wicc
iridu lil xulxin biex izommu shih.

U mhux l-istess ahna l-bnedmin!
Hadd minna ma hu mahluq biex joqghod wahdu.
Ghandna bzonn xulxin f’kull stat tal-hajja.
Hadd minna ma hu gzira
li kapaci toqghod wehidha ghall-mewg tal-hajja.

Izda meta wiehed joffri s-sapport tieghu
lil haddiehor
flimkien insiru qawwa li tghaddi t-tempesti
u b’hekk nibqghu shah.

Ahna lkoll ahwa wlied l-istess Missier.


TAGHLIM MILL-HAJJA

Kultant jidhlu xi nies f’hajjitna li mill-ewwel nintebhu li Alla laqqaghna maghhom ghal xi skop sabih – jaghtuna xi lezzjoni, biex jghinuna niskopru min ahna u x’nistghu nsiru.  Qatt ma tista’ tkun taf mnejn ser jigu u f’liema cirkustanzi ser tiltaqghu izda meta thares f’ghajnejhom tintebah li kull mument maghhom huwa tezor li trid tharsu.

Drabi ohra tghaddi minn esperjenzi li tarahom koroh, tal-biza’ u ma humiex gusti izda meta toqghod tahseb fuqhom tara li rfinawlek il-karattru tieghek u li kieku ma kinux huma qatt ma kont issib il-potenzjal, is-sahha u l-qawwa mentali tieghek.

Xejn ma jigri addocc

Xejn ma jigri b’kumbinazzjoni inkella b’xorti tajba.

Mard, tbatija, imhabba miksura u l-waqtiet normali ta’ kuljum jezaminaw is-sahha ta’ ruhna.  Minghajr dawn l-esperjenzi, il-hajja kienet tkun triq lixxa, catta u dritta li ma twassal imkien.  Ftakar li ilma qieghed, jinten.  Tkun hajja sigura u komda izda mudlama u bla skop.

In-nies li tiltaqa’ maghhom jaffettwawlek hajtek, u s-successi u l-fjaski li tghaddi minnhom, ghamluk dak li int u jghinuk issir dak li tixtieq tilhaq.

Tista’ titghallem ukoll minn esperjenzi hziena

Bosta jsostnu, u x’aktarx ghandhom ragun, li l-esperjenzi hziena huma l-aktar esperjenzi importanti.  Jekk xi hadd weggghek, cahdek jew kisirlek qalbek, ahfirlu, ghaliex ikun ghenek titghallem tafda u tqis ma’ min terhi dak li hemm f’qalbek.

Hobb lil kulhadd bla ebda kundizzjoni, mhux ghaliex hadd ma jista’ jghix minghajr imhabba izda ghaliex il-qalb hija c-cavetta tal-hajja.

Ghozz kull jum.

Apprezza kull mument u pprova islet dak kollu li tista’ ghaliex ma tafx jekk tergax tghaddi mill-estess esperjenza.

Kellem lil min qatt ma kellimt u isma’ sew.

Tbieghed lil hadd minn qalbek.

Zomm rasek u spallejk ‘il fuq.  Ghandek kull dritt li tgawdi r-raggi tax-xemx.

Ghid lilek innifsek li int kapaci tasal ghal hwejjeg kbar, ghaliex jekk int ma temminx fik innifsek, difficli li haddiehor jaghmel dan minflokok.

F’idejk ghandek it-tmun ta’ hajtek.  Tafdah f’idejn hadd.

Fassal sewwa qabel taghmel pass biex wara ma jiddispjacikx.

L-aktar importanti

Lil min thobb urih li thobbu, ghaliex qatt ma taf x’hemm lest ghall-ghada.

U fl-ahhar hu taghlima minn kull gurnata li tghaddi minn fuqek.

DAWN TGHALLMEK IL-HAJJA.  


> Mur lura ghall-pagna principali