IL-HBIEB ISEJHU

-
Jannar 2002 | Harga Nru.425

 

L-Iben t'Alla sar Bniedem

+:: L-Editorjal 

Il-mara kienet irvillata. Mitlufa f’daghdigha ta’ qilla. Ghax il-kwiet ta’ kamritha kien spicca ghal kollox. Xi hadd kien kera l-kamra ta’ bi switha u kien qed iqatta’ siegha wara siegha jtambar fuq il-pjanu. Hadilha mohhha. Ipprotestat bil-qawwa:

“Mur u tajru ’l barra.  Qeridli l-paci ta’ dari.  Jekk indum jum iehor nisimghu, ser jehodni fi sptar tal-mohh.”

Sid id-dar hassu mifxul:

“Kont nahseb li gejja ghandi u tirringrazzjani li proprju hdejn kamartek bghattlek l-aqwa pjanist tad-dinja.”

“Mela min hu dak ir-ragel?”

“Dak hu Paderewski!”

Il-mara ssummat.  Wiccha hassitu jihmar bil-misthija.  Skuzat ruhha u telqet ’il barra.  U dlonk bdiet tibghat messaggi lil hbiebha halli jigu u joqoghdu jisimghu lil Paderewski.

U bosta gew u kienu jiehdu pjacir jisimghu lil dan is-surmast celebri jipprepara ghall-kuncert li kien ser jaghti fis-Symphony Hall.  Jiddispjacihom meta s-surmast jieqaf biex jiekol jew biex johrog.

Il-hajja kif naghmluha.  Hawn min ihares lejn il-warda u jara biss xewka tniggez u hawn min jiggosta l-kuluri tal-fjura.


+:: PIT STOPS

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Sewwieq waqaf f’nofs highway bil-lejl.  Il-karozza kienet bla ilma.  Hassu mifxul.  X’seta’ jaghmel?  Madwaru kollox kien niexef qoxqox.  Izda ftit ’il boghod lemah dawl bati.  Kien hemm xi hadd jghix f’xi dar mitlufa bejn l-ibliet.  Iddecieda li jmur jitlob l-ghajnuna.

U waqt li kien riesaq f’qalbu beda jghid:

“X’jigri jekk dak li joqghod f’din id-dar ma jiftahlix ghax tard bil-lejl?  F’dak il-kaz nibqa’ nhabbat sakemm indejqu u jkollu jiftahli.

Fl-ahhar mill-ahhar kulma rrid hu ftit ilma.  Ghax ghandi nibqa’ lejl shih imwahhal hawn bil-perikli kollha li dan igib mieghu!  Jekk stess jibza’ jiftahli jmissu almenu jdendel barmil ilma mit-tieqa.  Lest anke nhallsu tajjeb tieghu.”

U meta wasal beda jhabbat b’kemm kellu sahha u meta nfetah il-bieb is-sewwieq hatfu:

“Newwilli barmil ilma qed nghidlek!”

“Bil-qalb kollha habib”, wiegbu x-xwejjah. “Imma la kellek ghalfejn tghajjat daqshekk u anqas thabbat tant bis-sahha!”

Kemm drabi nhallu l-immaginazzjoni tigri bina.  Bizzejjed bniedem jghaddi minn hdejna u forsi b’aljenazzjoni ma jsellimx.  Noholqu glieda interna.  Ma ninsewx li l-hsieb hu ragel hazin.  U ragel hazin ma tantx imexxina tajjeb.


Atleta zaghzugh tghidx kemm ittrenja u stinka imma xorta ma giex minn ta’ l-ewwel.  Kien dizappuntat imma l-ghalliem tieghu qallu:

“L-importanti mhux li tkun l-ahjar atleta imma li stinkajt daqs l-ahjar atleta.  U dan ma jghoddx biss ghall-atletika imma ghall-hajja.  Il-Mulej ma jhallasx tar-rizultat miksub imma ta’ l-isforz li tkun ghamilt.”


Miguel Cervantes, l-awtur ta’ Don Quixote kien jghid: “Jekk tlift il-flus li kellek tlift xi haga, jekk tlift habib sincier tlift hafna iktar, imma l-iktar li tlift meta tkun tlift il-kuragg.”


Gazzetta kienet tistampa nota zghira f’kull harga taghha:

“Peress li nafu li ghandna qarrejja li jiehdu gost isibu l-izbalji li hadna xi ftit apposta biex ma niddizappuntawhomx.”

L-izbalji huma parti mill-hajja.  Jalla nitghallmu minnhom.  U jekk kapaci nitghallmu mill-izbalji ta’ haddiehor inkunu tghallimna b’inqas tbatija personali.  


Hmar difficli jaqa’ ma’ l-istess gebla.  Il-bniedem iva.


+:: Il-Milied fl-Arti

:: jikteb Dr Coronato Grech

Ghalhekk din il-pittura hija mimlija, però l-attenzjoni malajr tmur fuq il-Bambin f’hogor il-Madonna li digà kienet dahlet it-tradizzjoni li jkollha libsa kulur blù.  Il-hwejjeg tas-Slaten Magi juru r-rikkezza ghad-dettall li kien maghruf ghaliha dan l-artist però huma iktar lebsin hwejjeg medjevali milli dawk tal-Palestina ta’ 1500 sena qabel.  Dan jista’ jinghad ukoll ghal ragel fuq in-naha l-ohra tal-Madonna  li probabli huwa San Guzepp kif ukoll ghall-istalla li u iktar u iktar ghal bini fl-isfond ta’ wara huma kollha stil Taljan kontemporanju.  Il-perspettiv johrog hafna.  Li jolqot ukoll f’dan ix-xoghol huwa li ghalkemm din hija okkazjoni ta’ celebrazzjoni straordinarja, l-ucuh tal-karattri huma pjuttost serji zzejjed.  Donnu van der Weyden kien karattru pjuttost melankoniku jew kien prodott tar-relijozità rigida ta’ zmienu.  Din il-karatteristika mbaghad tohrog sewwa f’xoghlijiet ohra religjuzi bhat-trittiku iehor li fih il-Familja Mqaddsa, il-Pjetà u Kristu jidher lil ommu li lkoll fihom dieqa u lamentazzjoni, fi Krucifissjoni ohra, ‘L-Ahhar Gudizzju’, ‘Id-Depozizzjoni’ kif sahansitra anke f’ritratt-pittura ta’ wahda mara.  Intant, ghalkemm dan l-artist kien popolari hafna fi zmienu, wara mewtu malajr intesa u kienet rickerka matul l-ahhar seklu li stabbilietu fost l-aqwa artisti Fjammingi.  

ANDREA MANTEGNA

Il-pittura ‘L-Adorazzjoni tal-Magi’ ta’ Andrea Mantegna (1431 – 1506) li llum tinsab fil-muzew ta’ l-Uffizi f’Firenze, fiha s-sinkronizmu digà msemmi fejn is-Slaten Magi jqimu lil Gesù fl-ghar bil-baqra u l-hmara.  F’dan ix-xoghol, li huwa l-parti centrali minn trittiku, il-Bambin però m’huwiex tat-twelid imma mdaqqas mhux hazin.  Fil-fatt huwa ikbar mic-corma angli mdawrin mal-Madonna li ncidentalment liebsa iktar skur mis-soltu.  San Guzepp huwa tradizzjonalment xih u kemmxejn hotbi.  Is-Slaten Magi huma wkoll f’poza tradizzjonali bir-rigali, imma ghandhom ilbies kontemporanju medjevali.  Interessanti li l-gemel fuq quddiem huwa dak Batjari b’zewg hotob u mhux dak Gharbi b’hotba wahda li huwa iktar familjari f’xogholijiet bhal dawn.  Mantegna johrog il-perspettiv sew ghalkemm forsi mhux daqs f’pitturi ohra tieghu, ghax dan ix-xoghol kien ghamlu ta’ madwar tletin sena u kellu xi 40 sena ohra ta’ rfinar x’jaghmel.  Fil-fatt huwa uza l-perspettiv ghal efetti drammatici f’kapolavuri ohra bhal ‘Kristu Mejjet’ u s-saqaf tal-‘Camera degli Sposi.’

Din l-Adorazzjoni tal-Magi, Mantegna kien ghamilha ftit wara li wasal f’Mantua fuq stedina tal-Markiz ta’ hemmhekk, certu Ludovico Conzaga II li kien patrun kbir ta’ l-Arti.  Dan kien episodju krucjali f’hajtu ghax apparti minn zjara f’Ruma fuq stedina tal-Papa fejn ghamel xi xoghlijiet li spiccaw, huwa baqa’ dejjem f’dan il-post.  Originarjament huwa kien twieled f’belt zghira qrib Padua li dak iz-zmien flimkien ma’ Venezja fil-qrib kienet bdiet issir centru intellettwali ta’ umanizmu.  Huwa tharreg f’dan l-ambjent stimulanti u kien influwenzat minn, fost l-ohrajn, l-iskultur Donatello.  Fil-fatt f’certi xoghlijiet tieghu ta’ pittura, il-figuri jixbhu lil statwi ta’ l-irham, kwazi jleqqu u bil-kontorn distint.  Mantegna jidher li kien affaxxinat bl-iskultura; certament kien interessat fl-incizjoni u f’dan il-qasam influwenza lill-incizitur iehor famuz, il-Germaniz Albrecht Durer.  Barra dan kien dilettant kbir ta’ incizjonijiet antiki ta’ l-arkeologija.  Bhala karattru, Mantegna jidher li kien wiehed li jitlaghlu malajr u ma joqghodx lura mill-kwistjonijiet.  Meta zzewweg ghand wiehed mill-ghalliema tieghu, il-mara gabitlu dota konsiderevoli u seta’ jkun indipendenti ghal xi zmien ghalkemm iktar tard kellu problemi finanzjarji qabel dawk ta’ sahha.  Tragikament fis-Sajf ta’ l-1480 tifel minn tieghu, li tant kellu tamiet fuqu, miet wara marda qasira.  Fost ix-xoghlijiet ohra kapolavuri li hallielna nsibu ‘It-Trijonf ta’ Cesare’, ‘San Zeno’ u ‘Ludovico Canzaga mal-Familja’.  Mantegna kien apprezzat hafna f’hajtu u meta miet indifen f’cerimonja kbira.


+:: Forsi Jinteressawk  

Theddida fina

Kienu trabbew flimkien.  Wiehed staghna jbiegh il-kpiepel u l-iehor kull haga li pprova jaghmel ma rnexxietx.  Tat-tieni mar fejn siehbu ta’ dari u talbu jisilfu Lm1000.  In-negozjant ma tantx ha pjacir imma siehbu heddu:

“Jekk ma tislifnix il-flus nibda jien ukoll inbiegh il-kpiepel!”

“Ma nibzax mill-kompetizzjoni.” “Mill-kompetizzjoni forsi ma tibzax imma kun af li fejn immiss jien jinxef.  Ibqa’ cert li jekk nibda nbiegh il-kpiepel it-tfal jibdew jitwieldu bla ras!”


Minn kliemek ….

Kienu z-zminijiet imqallba tar-Rivoluzzjoni Franciza.  U ghalkemm ma baqax maghruf ghas-sincerità tieghu, Honore’ Mirabeau kien jaf jaqra l-karattru ta’ haddiehor.  Meta sema’, ghall-ewwel darba, lil Robespierre jaghmel diskors qal:

“Dan il-bniedem ghad jasal fejn irid ghax jemmen dak li jghid.”


Ara x’taghmel int imbaghad ara ta’ haddiehor

Zewg tâllaba f’bieb il-belt kienu qed jitkellmu ma’ xulxin:

“Kemm hu ghazzien dak it-tâllab li hemm faccata taghna!”

“Kif taf?”

“Ili nhares lejh saghtejn u ma tharrikx minn postu!”


Bejn zebgha u nbid

L-artisti Modigliani u Utrillo kienu jammiraw hafna x-xoghol ta’ xulxin – mhix esperjenza komuni bejn l-artisti - ghad li d-destin qatt ma laqqaghhom flimkien.  Izda meta ltaqghu ghamlu mhatra min minnhom kapaci jfahhar l-izjed lill-iehor:

“Int l-akbar artist li ghandha d-dinja bhalissa!”

“It-tieni l-akbar …”

“Ma rridekx tikkontradixxini.. ”

“Imarradni min imerini…”

Baqghu jillatikaw sa ma dahlu fi dverna jixorbu zewg tazzi nbid.  Iz-zewg tazzi spiccaw erba’ u f’tebqa t’ghajn baqghu jirdoppjaw.  Malli hargu wiehed qal:

“Ammetti li fil-fond ta’ qalbek tqis ruhek ahjar minni ….”

U spiccaw jaghtu bil-ponn f’gandott mal-genb tat-triq u bejn ghejja u bejn sakra hadd minnhom ma kellu s-sahha jitla’ minnu.  U raqdu hemm.  Malli gew f’sensihom, man-nida ta’ filghodu, sabu li kienu hadulhom kull sold li kellhom fuqhom.

Meta tisker tintilef minn sensik u tispicca z-zufjett ta’ haddiehor.  Jaqbillek toqghod attent qabel, milli jiddispjacik wara.


Hekk kien jonqos!

Sewwieq kien qed isuq karozza u biex jevita trakk li kien gej ghal fuqu, baqa’ diehel f’sigra.  Kif kien inkwetat jikkalkula l-hsara giet tifla zghira li kienet qed izzomm lil huha z-zghir minn idu u qalet liz-zaghzugh:

“Jimporta jekk terga’ taghmilha?  Tghidx kemm dahak bil-qalb hija Joseph x’hin rak tahbat!”


Fil-Qorti

Il-Magistrat: Fejn toqghod?

L-Akkuzat: Ma’ marti

Il-Magistrat: U martek fejn toqghod?

L-Akkuzat: Mieghi, sur Magistrat.

Il-Magistrat: U int u martek fejn toqoghdu?

Akkuzat: Ma’ xulxin, sur Magistrat.


+:: Simetriji + Bejn grajja, riflessjoni u kwotazzjoni

Los Angeles 1.00a.m.

Zaghzugh ghadu teenager kien imperrec

fuq bini gholi sitt sulari

- jhedded li ser jaqbez.

Id-Deputy Sheriff Teressa Hamilton

u sehibha Mark Hoeffler marru fuq il-post.

Il-wasla ta’ Teressa kienet providenzjali.

Indunat li z-zaghzugh mhux biss kien bezghan

imma kien nieqes mis-smigh.

“X’hemm hazin?” qaltlu bil-lingwa tas-sinjali.

“Il-genituri ma jhobbunix.  Tlift ix-xoghol.

Waqajt f’dipressjoni.  Irrid immut.”

“Inzel mit-tarf u noqoghdu nitkellmu!”

Hu ‘sema’ l-parir taghha u nizel.

 

Aktar minn kull haga ohra

z-zaghzugh kellu bzonn min jitkellem il-lingwa tieghu.

 

Meta hossok qed taghzaq

U ma tistax twassal hsibijietek lill-persuna l-ohra

Ibdel il-frekwenza

U tkellem il-lingwa tieghu ...mhux tieghek.

Ftakar ftit x’ghamlu l-appostli

Meta l-Ispirtu s-Santu tahom il-fakultà

li jiftehmu b’lingwi differenti.

 

“La zzommx kelma f’waqtha

u la tahbix gherfek;

ghax bil-kliem jidher il-gherf,

u d-dehen bi twegib l-ilsien.”

(Bin Sirak 4: 23-24)


+:: X'jibqa' wara fast-food u nuqqas ta' onesta'?

Jum wiehed, ragel zaghzugh dahal f’ristorant tal-fast food u ordna l-ikel ghal tnejn ...ordni ghal barra.  Tawh iz-zewg recipjenti bl-ikel, ix-xorb f’tazzi mghottija apposta, hallas u hareg.  Ha kollox fi gnien li kien hemm fil-qrib ...ghal ikla romantika ghad-dawl ta’ qamar kwinta.

Izda malli fetah recipjent minnhom ha l-qatgha ta’ hajtu.  Fih minflok l-ikel sab balla liri.  Kienu jidhru li huma l-flus ghal night safe ta’ bank ...kien hemm eluf ta’ liri.

Qabad ir-recipjent u baqa’ sejjer lura l-hanut.  Ried l-ikel li ordna u mhux id-dhul tal-gurnata tar-ristorant.  Il-kaxxier baqa’ b’halqu miftuh.  Ma riedx jemmen kif xi hadd, li rnexxielu ‘jakkwista’ l-eluf bla tbatija jrid iroddhom ghal ikla ta’ zewg liri.  Izda r-ragel baqa’ jesigi.  U l-kaxxier x’hin ra l-onestà tieghu hadu fl-ufficcju tal-manager.  Dan ried ikun jaf id-dettalji kollha tar-ragel.  Ried jaghti ezempju bih u jperrec l-istorja fl-ewwel pagni tal-gazzetti.  Isir eroj – ezempju ta’ onestà u moralità li tispira hafna nies ohra!!

Izda r-ragel ma deher xejn impressjonat. 

“It-tfajla qieghda tistenna.  Jien irrid l-ikel li ordnajt.  Xejn aktar.  Xejn anqas.”

Il-manager ma riedx jemmen dak li kien qed jisma’.  Qatt f’hajtu ma kien ghadu ltaqa’ ma’ daqstant umiltà.  Beda joqros lilu nnifsu biex jara jekk kinitx holma ghax kien ilu li qata’ qalbu mill-onestà tal-bniedem.  Talbu li jaghti l-istorja lil ta’ l-ahbarijiet.  Ma’ dan il-kliem ir-ragel deher jisbel u b’vuci gholja talab li jinghata l-ikel li kien ordna.

“Ma nistax nifhem,” qallu l-manager.  “Int ragel onest f’dinja dizonesta!  Din hija opportunità perfetta biex biha nuru lil kulhadd li ghad fadal nies onesti li jbatu ghall-principji taghhom.  Xejn ma jaghmihom meta jafu li dak li qed jaghmlu hu l-veru.  Jekk joghgbok, aghtini ismek, u isem it-tfajla tieghek ..ma nafx jekk hix martek?”

“Dik il-problema,” wiegeb ir-ragel zaghzugh.  “Marti qieghda d-dar tiehu hsieb uliedna.  It-tfajla li ghandi fil-karozza hija l-habiba.  Ghalhekk, f’gieh kemm hemm, aghtini l-ikel li ordnajt u l-istorja ntemmuha hawnhekk!”

Hija haga facli li thares lejn nies li int ma tafx.  Hafna minna naghmlu azzjoni tajba hawnhekk, sikwit il-knisja, kelma sewwa n-naha l-ohra u nistghu naghtu impressjoni ta’ xi haga li ahna m’ahniex.  Ma tantx jimporta kemm taghmel jew haddiehor x’jahseb fuqek - l-importanti dak li ghandek gewwa fik.

> Mur lura ghall-pagna principali