|
Parrocca Nadur |
|
Inawgurazzjoni
Tfassal
porgramm sabieh taht il-presidenza ta' l-Isqof, l-Ecc. T. Mons.
Nikola G. Cauchi Ph D, Lic. Sc. Soc., filwaqt li l-mistieden specali
kien l-Ambaxxatur ta' Malta ghas-Santa Sede. L-E. T.
il-Kav. Dr. Jimmy Farrugia BSc, MD, MRCGP (Lond) KOM, GCO,
StG. Intbaghtu diversi
inviti, fosthom il-membri parlamentari Ghawdxin, il-benefatturi tad-dijademi,
dawk kollha li hadmu f'dawn l-opri, u l-parroccani kollha kienu
mistiedna. Il-programm
kellu jibda fis-7.15 p.m. L-istatwa
titulari giet imgheqda fil-korsija vicin tal-presbiterjum appost
tal-pulptu. Il-faccata tal-bankun giet mghottija mil-bandiera tal-Papa,
bajda u safra. Fuq wara
ta' l-istatwa giet mahduma bhal speci ta' palk zghir apposta li giet
mislufa mill-Katidral ta' Ghawdex, filwaqt li z-zewg mastrudaxxi
Nadurin, Mikiel Vella u Raymond Farrugia li kienu mghejjuna minn
Sammy Buttigieg, hadmu tarag li twassal ghal fuq dan il-palk.
Fin-nava fejn is-soltu tkun esposta l-istatwa titulari matul
in-novena, is-sagristani qeghdu l-urna tal-katina ta' San Pietru.
Is-Sur
Joe Zerafa li kien il-prezentatur beda billi ghamel kelmtejn ta'
merhba. Matul il-programm kien jaghti it-taghrif kollu mehtieg
biex izomm il dawk kollha prezenti nformati b'dak kollu li kien qed
jigri. L-Arcipriet Mons.
Salvu Muscat, ghamel l-introduzzjoni.
Tkellem dwar l-importanza li wiehed izomm it-tempju ta' Alla
minghajr ma jkun jonqsu xejn u kif ukoll li ssir il-manutenzjoni
kollha mehtiega ta' dawk l-opri li hallelna missirijietna. Sar
diskors dwar ir-restawr ta' l-Orgni u l-istorja tieghu
mir-restawratur u l-organista s-Sur Robert Buhagiar fejn bejn kull
tema kien idoqq bcejjec fuq l-orgni, bhal Sonata per Organo ta' Vincenzo Bellini; Sonata Fugata
ta' Franceso Durante; Air
form Suite No. 3 , Chorale
Prelude "Nun Komm' der Heiden Heiland ta' Johann Seb. Bach;
Concerto No.2 in G.
Minor ta' Matthew Camidge;
Berceuse ta'Louis
Vierne; Coronation
March ta' Giacomo Meyerbeer, ect.
It-tberik ta' l-Orgni sar mill-Isqof, E. T. Mons Nikola G.
Cauchi.
Wara din il-prezentazjoni, is-Sur Charlie Xuereb ha hsieb biex iwassal lill-Ambaxxatur Farrugia hdejn il-bieb il-kbir fejn kien hemm iz-zewg dijademi tad-deheb fuq l-imhadda tal-bellus ahmar. Fuq quddiem jaghmlu l-iskorta ma l-Ambaxxatur, kien hemm iz-zewg pulizija. Hawn il-Mazzier tal-Kapitlu u d-disinjatur tad-dijademi, is-Sur Marco Azzopardi, tela fuq il-palk fejn nehha z-zewg dijademi tal-fidda. Wara telghu fuq l-Isqof Cauchi flimkien mal-Arcipriet Muscat. X'hin l-Ambaxxatur Farrugia wasal hdejn il-bankun, ta l-imhadda bid-dijademi lil prokuratur taghhom, il-Dun Duminku Camilleri fejn dan tellaghhom fuq il-palk u hemm tahom wahda wahda lill-Arcipriet. Hawn l-Isqof Cauchi qieghed f'posthom id-dijademi madwar l-irjus ta' San Pietru u San Pawl fost il-ferh u c-capcip ta' dawk kollha prezenti.
X'hin
l-Isqof nizel minn fuq il-palk ghamel id-diskors tieghu dawr il-Papa
Ljun XIII f'gheluq il-100 sena mill-mewt tieghu.
Hawn huwa fakkar dwar il-ktieb li sejjer jippubblika aktar 'il
quddiem dwar dan il-Papa difensur kbir tal-haddiema.
B'hekk spiccat din is-serata unika u konmoventi fejn gew
innawgurati erba opri kbar li saru f'din is-sena, l-Orgni, il-Bankun,
il-Bradella, u z-zewg Dijademi tad-deheb. 200 Sena
Ikun
xieraq li dawn it-tifkiriet mhux biss niccelebrawhom izda wkoll
nghixuhom. B'hekk
il-membri tal-parrocca mhux biss jiftakru izda jkunu konxji ta' dak
li jghidilna l-istess Missierna San Pawl fl-ewwel ittra tieghu
lill-Korintin, kap. 3, versi 16-17: "Ma tafux li intom tempju
ta' Alla, u li l-Ispirtu ta' Alla jghammar fikom?
Jekk xi hadd jeqred it-tempju ta' Alla, Alla jeqred lilu.
Ghax qaddis hu t-tempju ta' Alla, li huwa intom."
Ghalhekk ghas-sena d-diehla ejjew: "Niggeddu spiritwalment bil-Knisja, mal-Knisja u fil-Knisja."
|
|||
|
|
|||