|
Ikun
Imbierek l-Ilma!
"Tkun imfahhar,
Mulejja, f'Huna l-Ilma,
hekk mehtieg u umli, siwi u safi."
Ghanja
tal-Hlejjaq :Talba
ta' San Frangisk t'Assisi.
jikteb
Dr Mario Saliba
Minkejja
li l-ilma huwa l-iktar eliment komuni fid-dinja u tlett
kwarti minn wicc id-dinja tikkonsisti minn ibhra, ocejani, xmajjar u
ghadajjar, hemm nuqqas ta' ilma ghall-uzu tal-bniedem biex jixrob,
jinhasel u jkabbar il-prodotti agrikoli. L-uzu ta' l-ilma tant zdied
li llum hawn nuqqas serju ta' ilma li sahansitra l-Gnus Maghquda qed
tghid li hawn krizi ta' l-ilma. Fil-fatt l-istess Gnus Maghquda
sejhet forum globali li sar bejn is-16 u u t-23 ta' Marzu 2003 fi
Kyoto l-Gappun. F'dan il-forum it-tema kienet - Ilma ghan-Nies, Ilma
ghall-Hajja. F'dan il-forum kien hemm prezenti 10,000 delegat minn
150 pajjiz differenti.
L-ilma
huwa meqjus bhal dritt fundamentali ghax minghajru l-bniedem ma'
jistax jghix. Minkejja dan 15% biss mill-popolazzjoni tad-dinja
ghandhom ilma fil-vit. Huwa kalkulat li fid-dinja hawn biljun ruh li
ma ghandhomx access ghal ilma nadif.
Kull bniedem ghandu bzonn madwar 50 litru ilma kuljum
ghall-bzonnijiet tieghu ta' ikel u ta' hasil. Izda
l-maggoranza tal-popolazzjoni tad-dinja ghandha biss 4 litri ilma
ghad-disposizzjoni taghha u hafna minn dawn in-nies lanqas vit ma
ghandhom! Sitt elef ruh imutu kuljum minhabba d-dijarija kawzata
minn ilma kontaminat. Mitejn miljun ruh kull sena jimirdu b'xi tip
ta' mard kawzat minn ilma kontaminat jew min-nuqqas ta' ilma.
Il-konsum ta' l-ilma zdied bid-doppju f'dawn l-ahhar 50 sena.
Sebghin fil-mija ta' l-ilma jintuza ghall-agrikultura u 20% ohra
ghall-industrija. Hafna minn dan l-ilma jintrema. Wiehed jista'
jirrejalizza li 10% biss mill-ilma konsmat jintuza mill-bniedem!
F'dan il-forum dinji minkejja li
ssemmew diversi teknologiji moderni kif nistghu ntejbu l-provista ta'
l-ilma l-punt principali kien li kulhadd ghandu obbligu li jibza'
ghal l-ilma, anke pajjizi kbar li ghandhom ix-xita s-sena kollha!
Barra minnhekk kull teknologija moderna li tista' tigi applikata
tqum il-flus. Is-sigriet huwa t-tnaqqis tal-hela, l-ilquh ta' l-ilma
tax-xita biex ma jintilifx fil-bahar billi jintuzaw sistemi antiki.
Dawn il-pariri jridu jigu applikati madwar id-dinja kollha biex fi
zmien 10 snin ohra n-numru ta' nies neqsin mill-ilma jonqos bin-nofs.
Hawn Malta tant ghandna nuqqas ta'
ilma li ta' kull sena d-domanda qed tkun ikbar mill-provista.
Minkejja dan, ahna l-Maltin bhala poplu ma' tantx nibzghu ghall-ilma.
Ftit nafu xi jfisser nuqqas ta' ilma. Mhux ta' b'xejn li meta
nispiccaw naghmlu xi gurnata jew tnejn minghajr ilma kulhadd igerger
u jeqred. Il-mod kif ahna nipproducu l-ilma permezz ta' sistemi ta' reverse
osmosis iqum il-flus. L-ilma li ntellghu minn taht l-art huwa
limitat u irid jigi kkontrollat ukoll. Minkejja l-kontroll li sar
ghadek issib min itellgha l-ilma bla kontroll illegalment.
Ix-xitwa
li ghaddiet (2002/2003) kellna stagun tajjeb ta' xita ghax ghamlet
madwari 532mm ta' xita mill-1 ta' Settembru 2002 sa' l-ahhar ta'
Gunju. Minkejja dan
kemm salvajna minn dan l-ilma kollu li l-Bambin bghatilna? Kont ilni
s-snin ma nara l-ilma safi niezel mal-gnub tal-passaggi fir-raba'.
Kont niehu gost waqt xi passiggata f’Wied Bingemma jew Wied
ir-Rihan nara dik il-hdura u
n-nixxieghat ta' l-lilma gieri hafif u safi lest ghat-tisqija
tal-prodotti agrikoli u s-sigar tal-laring u tal-lumi li huma l-ghaxqa
ta’ dawn il-gonna. F’positijiet ohra l-widien ghalkemm mfawrin
bl-ilma dan sfortunatament spicca fil-bahar. Dan qed jigri ghax
qabel ix-xitwa l-widien baqghu ma tnadfux. Ghalhekk mill-ewwel
jintlew bl-ilma u dan jibqa' sejjer fil-bahar. Dan minhabba li l-widien
ma' ghandhomx ilquh tajjeb. Din hija hasra meta nafu kemm hawn Malta
ghandna nuqqas ta' ilma. Konna ilna zmien twil ma' naraw din
il-kwantita' ta' ilma fil-widien.
Hemm bzonn ta' pjan serju u mahsub biex il-widien taghna
jitnaddfu fis-sajf u jsir ilquh tajjeb biex iktar ilma ikun
preservat. Hasra tara dak l-ilma kollu jintrema fil-bahar. Tajjeb li
l-ilma li jibghatilna l-Bambin nippreservawh u nuzawh
ghall-agrigultura izda rridu nsemmu wkoll li l-ilma li hemm taht
l-art li in-natura tahzen ghalina ma
neqirduhx billi intaqbu ghalih b’mod eccessiv kif ukoll illegali.
Dan huwa tip ta’ serq u abbuz ta’ min jikkundannah minhabba l-hsara
li qed ssir lill-water table u qed ikollna kwalita’
ta’ ilma taht l-art b’mod kbir ta’ melh.
Sistemi
ohra ghall-preservazjoni ta' l-ilma ghandhom jittiehdu fuq bazi
individwali. Fosthom wiehed jista' jsemmi l-uzu tal-gwiebi u tankijiet
fuq il-bjut. Min jista' jaghmel gibja d-dar ikun qed jinvesti tajjeb.
Illum jezistu sistemi biex l-ilma
li jingabar minn tax-xita jkun jista' jigi ppurifikat permezz
ta' metodu biologiku li jirrendi l-ilma tajjeb ghall-hasil u t-tisqija.
Hemm imbaghad sistemi ohra li l-ilma jista' ukoll ikun ippurifikat
iktar biex jintuza ghax-xorb. Meta titkellem ma' ingeniera esperti
fuq din il-materja dawn jghidulek li biex wiehed jaghmel sistema
bhal din fid-dar tieghu tkun trid biss kapital darba ghax is-sistema
hija wahda semplici u ma tinhtiegx xi teknologija avvanzata u lanqas
spejjez biex izzommha. F'Malta
nipproducu tip wiehed ta' ilma. Dan jintuza kemm ghax-xorb,
ghall-industrija u ghall-agrikultura. Hamsin fil-mija minn dan l-ilma
jintrema fid-drenagg. Hemm sistemi fejn l-ilma tad-drenagg jista'
ikun ippurifikat biex jintuza' ghat-tisqija. Dawn huma affarijiet li
fil-futur qarib irridu nibdew nahsbu fihom u nghamluhom ghax
il-problema ta' l-ilma hawn Malta ga tinhas. Fil-futur l-ilma ser
jigi jqumilna ferm aktar milli jiswa illum u l-ebda sussidju
tal-gvern ma jkun jista' jaghmel tajjeb ghal din l-ispiza
fil-produzzjoni ta' l-ilma. Minkejja dan kollu
l-ilma f'Malta ghadu prodott irhis! Forsi din hija r-raguni
li hafna minna juzaw bla razan! 'Il quddiem l-affarijiet iridu
jinbidlu u l-ilma ser ikun jiswa' lill-konsumatur iktar. Irridu
noholqu kuxjenza nazzjonali biex nibzghu iktar ghall-ilma u jkun
hemm incentivi min-naha tal-gvern biex iktar nies
juzaw sistemi li semmejna iktar 'il fuq.
Forsi problema ohra li ghandna
hawn Malta hija li madwar 30% mill-provista
ta' l-ilma qed tisparrixxi minghajr hadd ma' jaf fejn. Dan jigri
minhabba hsarat ta' pajpijiet qodma tad-distribuzzjoni ta' l-ilma,
hsarat fil-mejns u rridu nsemmu wkoll is-serq ta' ilma minn
individwi. Hasra meta tara hsara f'xi mejn ta' l-ilma u l-ilma jdum
hiereg u jinhela ghax ikun hemm dewmien biex din l-hsara tissewwa.
Dawn affarijiet xi hadd irid
jaghti kont taghhom. Imbaghad mhux l-ewwel darba ukoll li tara lil
xi whud bil-hospajp imqabbad mal-vit jahslu l-bankina u quddiem id-dar.
Din hija xi haga tal-misthija u turi certa egoizmu minn min
jaghmilha. L-ilma ma ghandux jintuza' b'dan il-mod. Dawn
ghax jifilhu jhallsu jahlu kemm iridu!
L-ilma
tant sar prezzjuz u importanti u hemm bzonn li nibzghu ghalih li
anke pajjizi li ghandhom hafna minnhu minhabba l-ammont ta' xita li
ghandhom qed jaghmlu kampanji pubblici biex ma jkunx hemm hela ta'
ilma bla bzonn. L-ilma ghandna nuzawh tajjeb minghajr hela. Dak li
jghodd ghal pajjizi ferm ikbar minn Malta jghodd iktar ghalina. Dan
is-sajf rajna nixfa kbira mawdar l-Ewropa minhabba nuqqas ta’ xita
flimkien ma’ shana kbira li kienet rekord. Il-Gnus Maghquda
bir-ragun hija mhassba dwar
l-ilma. Hemm bzonn ta' inqas hela ta' ilma, ilquh ahjar ta' l-ilma
tax-xita, uzu ahjar ta' l-ilma ghall-industrija u l-agrikultura u
distribuzzjoni ahjar ta' l-ilma lill-popli kollha tad-dinja biex
jonqos il-guh u l-mard. F'kull pajjiz fid-dinja trid tidhol sistema
fejn 40% ta' l-ilma uzat irid jerga' jintuza' ghall-industrija jew
l-agrikultura. Huwa kkalkulat li fil-futur jinhtie[ iktar ilma
ghall-agrikultura biex din tkun tista' tlahhaq mad-domanda ta' l-ikel
mehtieg. 70% ta' l-ilma
ga qed jintuza' ghat-tisqija ta' prodotti agrikoli. Dan l-ammont ser
jizdied fil-futur u ghalhekk jekk ma jinstabux sistemi ta'
presevazzjoni ta' l-ilma d-domanda tista' tkun akbar mill-provista!
Dan jista' jwassal biex certi pajjizi
ma jkunux jistghu jlahhqu biex jipproducu l-ammont ta' ilma
mehtieh bir-rizultat li jbatu l-guh.
Minn
dan naraw kemm huwa importanti li nibzghu ghall-ilma. Illum ma'
tantx ghadna naraw pubblicita' biex it-tfal taghna u ahna l-kbar
nibzghu ghall-ilma. Kulmin jahli l-ilma jkun qed jaghmel dnub kontra
l-umanita'. Ftit nirrealizzaw kemm hawn nies neqsin minn dan
l-element tassew bzonjuz li minghajru ma tistax tghix. Fuq livell
lokali, nafu lin-Nadur huwa post agrikolu u l-ilma huwa xi haga
indispensabbli g]all-bdiewa taghna. Is-serq ta’ l-ilma mhux biss
huwa hazin izda
qed issir hsara rreparabbli li ser nbatuha l-bdiewa stess fil-futur.
www.mariosaliba.com
|