IL-HBIEB ISEJHU
Gunju 2004 | Harga Nru. 4
54
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Il-leggendi sbieh u t-taghlimiet taghhom sbieh bhalhom u jibqghu fil-mohh ghax marbutin ma’ storja.

U din tal-lum tirrakkonta kif ragel imdahhal fi zmien kien ghaddej minn go l-ghelieqi u spicca f’qiegh ta’ bir bla ilma.  Ma kienx bir fond hafna u billi fil-qiegh kien hemm hafna haxix ir-ragel ma weggax.  Imma ma setax jitla’ ghax idejh ma kinux ilahhqu ma’ fuq.  U beda jghajjat ghall-ghajnuna.

Mill-qrib kien ghaddej professur li sema’ l-ghajjat u telaq biex jara x’gara.  Meta rah hemm isfel beda jlumu u jghidlu:

“Fejn kien hsiebek ja iblah.  Ma tafx li meta tkun tpassi fir-raba’ ghandek toqghod attent fejn ser tmidd riglejk.  Issa ara fiex sibt ruhek.  Imma titghallem ghal darb’ohra.”

U wara l-priedka u l-parir kompla triqtu waqt li x-xih baqa’ fil-bir.

Imbaghad tfacca bidwi li xtaq jghinu imma ma setax ghax la kellu habel u anqas sellum. 

"Jien nixtieq nghinek imma biex nghinek ma ghandix.  U jekk innewwillek idi facli nispicca hdejk.  U llum inzertajt mghaggel hafna.  Jiddispjacini.”  U kompla fi triqtu.

Ir-ragel baqa’ jghajjat u deher fuq il-bir pellegrin.  Dan dlonk nizel fil-bir, tefa’ lix-xwejjah fuq spallejh u ghollieh biex ikun jista’ jitla’.  Ir-ragel ghamel sforz zghir u sab ruhu fuq.  U l-pellegrin ixxabbat kif seta’ u tela’ fejn ir-ragel li tghidx kemm irringrazzjah u bi gratitudni staqsa:

"X’jismek habib?”

"Jien Dak li darba rrakkontajt l-istorja tas-Samaritan it-tajjeb.  U nixtieq hafna li jkun hawn bosta li jaghmlu dak li ghamel dan ir-ragel twajjeb”

Min ikun fil-bzonn mhux pariri u xewqat irid, imma ghajnuna.  Jalla ahna wkoll inkunu samaritani twajba fejn naraw il-htiega.


MID-DJARJU TA’ DR A J CRONIN

Rari hafna kont issibni ma ghandix x’naghmel.  Imma hekk kont.  Naqra biex inqatta’ l-hin.  It-tabib Cameron kien barra fuq vista.  Izda l-mistrieh malajr tar meta fil-bieb tal-klinika gie William Duncan li qalli li t-tarbija tieghu kienet marida sew.   Deni qawwi f’daqqa u hoss ta’ nifs tqil.  Talabni nitlaq mieghu.

Dhalt fejn kienet it-tarbija u sibtha aghar milli hsibt.  Omma kienet hdejha.  It-tarbija kienet tahraq nar u kellha hoss man-nifs li lili hawwadni.  Qatt ma niftakar li kont iltqajt ma’ kaz bhal dan.  Xi haga fil-pulmun ...forsi xi rih qawwi imma dak il-hoss ma stajtx nispjegah.  Kulur it-tarbija kien donnu qed jikhal.  Forsi frott tat-tbatija li kienet qed thoss biex tiehu n-nifs.

Ma’ omm it-tarbija kien hemm Mrs Niven li kienet taghmilha ta’ kollox ...nurse, majjistra, tabib ghad li qatt ma kienet messet ktieb tal-medicina jew semghet lecture fuq il-mard.  Kellha biss hafna snin ta’ esperjenza allura kienet taf xi kelma tqila jew tnejn u n-nies li ma kienu jafu xejn kienu jimpressjonaw ruhhom.  Riedet tindahal f’kollox.  Kwazi tghidli x’ghandi naghmel.

Hassejtni nisthi minnha ghax ma kontx naf x’ser naqbad naghmel.  Hoss bhal dak ma smajt qatt imma t-tarbija ma dehritx li ghandha xi pulmonija jew rih qawwi.  Izda d-deni, it-tbatija biex tiehu n-nifs u l-biki kontinwu taghha kien juri li hemm xi haga serja hafna.

Hassejt li ma ghandix niddeciedi wahdi.  Ghidtilhom:

"Stennewni ftit ha ngib mieghi lil Dr Cameron.  Dak ghandu esperjenza iktar minni.  U zewg opinjonijiet huma dejjem ahjar minn wahda.”

U dlonk tlaqt bilgri lejn id-dar nittama li sa dak il-hin Dr Cameron kien gie lura mill-vista li kellu.

Sibtu hemm u meta ghidtlu bl-istorja haffef mieghi lejn id-dar ta’ Duncan.  Dahal fejn kienet it-tarbija li issa kienet kahla iktar minn qabel.  Il-biki kontinwu imma inqas b’sahhtu.  Donnha t-tarbija kienet qed tiddghajjef bil-minuti.  Qabad it-tarbija, pogga sidirha ma’ widnejh u rega’ ghamilha fil-benniena.  Imbaghad baghat lil kulhadd ’il barra ghax ried is-skiet biex jikkoncentra.

"Tuni biss labra tax-xaghar ...jew splengun.”

Mrs Duncan newlitlu wiehed minn gol-kexxun ...gdid fjamant.  Meta hargu ha f’idejh l-isplengun u b’kura u sengha kbira beda jilghab fil-minfes ta’ l-imnieher tat-tarbija u hareg minnu buttuna.

"Din il-marda kollha li ghandha.  Dahlitha hemm x’hin kienet qed tilghab biha.”

Rghext minni nnifsi.  It-tarbija stejqret mill-ewwel u l-biki waqaf ghal kollox.  Jien tajt is-salt biex nahbi l-buttuna halli hadd ma jintebah biha imma Cameron kien hafif iktar minni u tefaghha f’butu.

"Dik inzommha jien biex meta narak qed titkabbar bhala tabib nurihielek u ngibek f’sensik.”

L-izbalji tal-bierah suppost li jikkontrollaw is-suppervja tieghek.


DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna...

UFF XI SHANA!!

Il-klima (il-medja ta’ temp f’regjun) hija fenomenu ikkumplikat hafna u jiddependi, fost l-ohrajn, mill-qaghda geografika, mill-inklinazzjoni tad-dawrien tad-dinja u mill-orbita tad-dinja madwar ix-xemx – tliet fatturi li ma jitbiddlux almenu jekk mhux fuq medda twila hafna ta’ zmien.  Però nafu wkoll (per ezempju minn ricerka geologika, oceanografika u paelentologika ecc) li matul iz-zmien tbiddlu wkoll il-klimi madwar id-dinja – kien hemm epoki tas-silg fejn kwazi l-Ewropa kollha kienet mghottija silg; id-dezert tas-Sahara fl-Afrika kien ihaddar, u l-Atarktika, illum l-iktar kontinent kiesah, ghandu saffi ta’ faham1.  Xi whud mir-ragunijiet ghal dan it-tibdil nafuhom.  Nafu li l-kontinenti jimxu u l-Antarktika mhux dejjem kienet fejn hi llum; nafu li l-polarità manjetika tan-Nord u Sud tbiddlu kemm-il darba, però jekk l-orbita u d-dawrien tad-dinja tbiddlux jew le ma hemmx xhieda s’issa.  Ta’ min jghid li dan it-tibdil kien bil-mod hafna, u hafna pjanti u annimali setghu jaddattaw.  Anke l-bniedem fl-ahhar Epoka tas-Silg (li spiccat madwar 15,000 sena ilu) adatta kif seta’ bin-nar, ilbies, vjaggi ecc.

Però hemm fattur iehor li jaffettwa l-klima u li ghadu ma ssemmiex.  Dan huwa l-kompozizzjoni ta’ l-atmosfera li fil-prezent2 tikkonsisti minn madwar 78% nitrogenu, 21% ossignu u l-bqija 1% gassijiet ohra bl-iktar importanti l-carbon dioxide.

Dan il-carbon dioxide ta’ l-atmosfera qed f’bilanc, anzi f’ciklu, delikat hafna.  Il-pjanti juzaw dan il-gass fil-process importanti tal-fotosintesi, fejn bl-energija tax-xemx jghaqqdu dan il-gass ma’ l-ilma u jiffurmaw zokkor (u mbaghad kimici ohra) li jservu ta’ ikel ghalihom u ghal min jikolhom, ghalhekk ghall-annimali l-ohra kollha, ghax il-pjanti jservu ghall-piramida tal-hajja.  Minn naha l-ohra l-annimali u l-pjanti stess jitfghu ’l barra fl-atmosfera dan il-gass carbon dioxide waqt il-process tar-respirazzjoni.  U meta l-affarijiet jaqbdu bin-nar, il-karbon taghhom jinghaqad ma l-ossignu ta’ l-atmosfera u jifforma l-gass carbon dioxide.  Ghal zmien twil hafna, miljuni ta’ miljuni ta’ snin, dan ic-ciklu kien stabbli, imma issa jidher li ma ghadux.

Fost ir-ragunijiet jista’ jkun il-fatt li naqsu l-pjanti bhal foresti li jigu sfruttati ghall-injam u l-art (u sigra li tiehu ghaxriet ta’ snin biex tikber tista’ tinqata’ b’serrieq elettriku taht minuta); kif ukoll naqsu l-pjanti mikroskopici tal-bahar (plankton) minhabba t-tingis.  Minn naha l-ohra l-hruq ta’ faham, zejt, petrol ecc (li kull ma jmur il-konsum jidher li qed jizdied) ikompli jzid l-carbon dioxide fl-arja - ghalhekk hemm inqas konsum ta’ carbon dioxide u iktar produzzjoni bir-rizultat li l-koncentrazzjoni tieghu fl-atmosfera tizdied bil-mod.

Issa l-carbon dioxide f’koncentrazzjoni baxxa bhal dik ta’ l-arja mhux ta’ detriment dirett ghalina (dan il-gass la jidher u anqas jinxtamm) imma ghandu zewg karatteristici li indirettament jaffettwawna.  Wahda hija li jinhall xi ftit fl-ilma tax-xita u jaghmilha aciduza b’effett fuq il-bini (bil-mod il-mod il-gebel jittiekel u jsir trab) u l-hamrija (li ssir iktar aciduza).  U l-ohra, forsi iktar serja, hija li dan il-gass huwa wiehed mill-greenhouse gases li jfisser li kapaci jzomm is-shana tax-xemx u allura jekk titla’ l-koncentrazzjoni tieghu titla’ wkoll it-temperatura generali ta’ l-atmosfera (u jissejjah hekk ghax jiffunzjona hgieg ta’ serra – proprju greenhouse).

(...ikompli fil-harga ta’ Lulju)

1 Il-faham huwa fdalijiet ta’ pjanti u sigar.
2 Ilu hafna zmien, qabel bdiet il-hajja, anke l-atmosfera kienet differenti – minghajr ossignu u bi kwantitajiet ta’ nitrogenu, amonja u carbon dioxide.


FORSI JINTERESSAWK

Haseb f’kollox

Zewg ahwa kienu ghaddejjin minn hdejn hafna sigar tal-laring.  Il-kbir xtaq jiehu xi erbgha minnhom.  Qal liz-zghir:

"Jien ser inhares ’il quddiem u int hares warajja.  Jekk ma naraw lil hadd gej naqtghu ftit frott u nehduh maghna.”

"U min minna ser ihares ’il fuq?” staqsa t-tifel.


Twegiba originali

Gazzetta Ingliza baghtet mistoqsija wahda lil diversi nies famuzi:

"Min tixtieq li kont fid-dinja kieku kellek taghzel?”

Il-gazzetta rciviet hafna risposti.  Ghexieren ta’ persunaggi nizlu fil-lista.  Izda r-risposta li baghat George Bernard Shaw gaghlithom jahsbu:

"Nixtieq li jien il-bniedem li Bernard Shaw seta’ kien imma fil-fatt qatt ma sar.”

Hafna minna nistghu nirrepetu l-istess sentenza jekk ahna ma nuzawx it-talenti li l-Mulej tana u nsoddu widnejna ghas-sejhat li l-Mulej jaghmlilna matul hajjitna.


Miskina l-mara

Chesterton (awtur Ingliz) kien ihalli l-appuntament f’idejn martu.  Darba baghtilha telegramm:

"Qieghed Birmingham.  Fejn suppost immur wara?”

"Id-dar!” wegbitu martu li kienet ilha xi saghtejn tistennieh ghall-ikel.  


Mahfra vs Vendetta

San Klement Hofbauer ta’ Vienna kien qed jigbor xi karità ghat-tfal ltiema.  Dahal f’hanut fejn kienu qed jilaghbu ghall-flus, resaq hdejn mejda u talab l-ghajnuna.  Wiehed minn dawn, imsahhan ghax ix-xorti forsi ma tantx dahkitlu dakinhar, bezaqlu f’wiccu.  Il-qaddis hareg il-maktur u mesah il-bzieq waqt li qallu:

"Din ghalija issa jekk joghgbok aghtini xi haga ghall-orfni!”

Quddiem din il-qawwa spiritwali r-ragel dahhal idu fil-but u tah il-flus li kien fadallu.

Trid hafna iktar qawwa biex tahfer milli biex tivvendika ruhek.  


Sfidi

Tfajjel kien qieghed hdejn qroqqa u meta din qamet minn fuq il-bajd intebah li kien hemm fellus qed jofqos.  Thassru jarah jithabat biex ikisser il-qoxra.  Kissirhielu hu izda l-fellus hareg bla sahha ...dghajjef u qajla jieqaf fuq saqajh.

L-ohrajn li fethu bit-tbatija l-qoxra kienu iktar b’sahhithom.  Bhalma b’sahhitha iktar tkun sigra li titrabba f’kampanja miftuha, tiggieled l-elementi.

U dan jghodd ukoll ghall-bnedmin li quddiem l-isfidi tal-hajja jaghzlu li jissieltu flok jintelqu u jaqtghu qalbhom.


Qisha vera

Giotto, pittur famuz Taljan, kien maghruf ghac-cajt tieghu.  Darba fuq wahda mix-xoghlijiet tieghu pitter dubbiena u tant kienet qisha vera li kwazi kull min mar jara l-pittura pprova jkecciha.


Fejn hemm ir-rieda

Charles Dickens kellu biss 25 sena meta kiteb Oliver Twist u Isaac Newton 24 sena meta kixef l-ezistenza tal-gravità.  Minn naha l-ohra Verdi kellu 84 sena meta kkompona l-Ave Maria u l-pittur Titian kellu fuq id-disghin meta pitter il-pittura tal-battalja ta’ Lepanto.

Meta jkun hemm ir-rieda tghidx kemm jitwettqu ghemejjel kbar minkejja l-età.


AHBARIJIET TA’ INTERESS

IZZEWGU

Paul Muscat lil Jessica Xuereb it-tnejn minn Triq il-Qala.

Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien, infakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien, tibqa’ flimkien.


IL-LAQGHA TA’ MEJJU

Wassalna messagg permezz tal-video ‘Imhabba ta’ zewg Ommijiet‘.  Imsejsa fuq grajja vera ta’ zmien il-gwerra rajna flimkien qalb nobbli ta’ zaghzugh li jsalva tfajjel mill-herba tal-gwerra u kif dan it-tfajjel jaghti lura liz-zaghzugh dak li kien tilef ...il-fidi.

Il-play urietna li ommijietna jibqghu jhobbuna dejjem u l-ghajnuna taghhom tinhass anke meta jkunu mietu.  Xieraq li nuru dan l-apprezzament lil ommijietna specjalment meta l-laqgha taghna kienet proprju gimgha biss imbieghda minn  Juml-Omm.

U rbatna din l-imhabba ma’ l-imhabba tal-Madonna ghax konna fix-xahar ta’ Mejju, ix-xahar iddedikat lil din Ommna tas-sema.

Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.  Ir-rigal li tellajna (grazzi lil Alfred Attard ta’ Triq San Gwann) mess bix-xorti lil Martin Falzon ta’ Triq it-Tigrija.


NEHDUH FOR GRANTED

Ma nafx ghaliex imma donnu li l-jum iddedikat lill-missier hu ferm inqas popolari minn dak ta’ l-omm.  Nehduh – bhalma jghidu l-Inglizi – for granted.  Anke missierna japprezza hafna li ahna nuruh sens ta’ apprezzament ghal dak li ghamel ghalina.  Bizzejjed rigal zghir ...l-importanti mhux x’taghti imma kemm taghti bil-qalb.  Anke l-fatt li ftakart fih hu bizzejjed.


IL-LAQGHA TA’ GUNJU – XEWQA U STEDINA

Dan il-fuljett hu l-istedina taghna ghal-laqgha ta’ darba fix-xahar.  Nifhmu li z-zminijiet tbiddlu u llum mhux facli li tlaqqa’ l-guvintur specjalment fil-week-end.  Imma nemmnu li bi ftit sforz in-numru ta’ dawk li jattendu ghandu jkun ferm ikbar milli kien f’dawn l-ahhar xhur.  Int li nzertajt qrajt dan il-paragrafu ahdem biex ma thallix din il-laqgha, li ilha ssir 38 sena, tmut mewta naturali.

Mela habib tinsiex ...nhar is-Sibt 5 ta’ Gunju fit-8.15p.m. NISTENNEWKOM  


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA

[Wara li Erodi arresta lil Gwanni l-Battista:]

...ghalqu l-habs minhabba Erodja, mart Filippu, huh ghax kien izzewwigha.  Kien jghidlu Gwanni lil Erodi:

“Ma tistax izzomm ’il mart huk.”

 {Mk 6: 17-18}

In-naturalista Henry Thoreau

ghazel li jmur il-habs milli jhallas taxxa

li ssostni l-gwerra Messikana.

Bhal hafna,

kien jara l-gwerra bhala tattika

biex ikabbru t-territorji ghall-iskjavi.

Ma setax jghin gvern

li jzomm l-ilsiera.

Ralph Waldo Emerson

- li wkoll kien kontra l-iskjavitù –

mar izuru l-habs u qallu:

“Henry kif int il-habs?” Thoreau wiegbu:

“Waldo, kif m’intix mieghi hawnhekk!”

 

Gwanni l-Battista u Henry David Thoreau

hallsu prezz gholi ghaliex waqqfu l-hazen.

Meta kienet l-ahhar darba li waqaft lill-hazin?

X’naghmel meta l-prezz narah gholi?

 

L-unika haga bzonnjuza

ghall-hazen biex jirbah

hi li t-tajjeb ma jaghmel xejn.

Edmund Burke


IL-HOBZNA

- F’linja diretta ma’ Alla l-Missier -

Kemm-il darba nitolbu bla ma nahsbu

fuq dak li nkunu qed nghidu?

“Hobzna ta’ kuljum, aghtina llum.”

“Nahseb li ahjar tnaqqas ftit mill-hobz.  Int ohxon aktar milli suppost.”

“Stenna minuta.  Qed tikkritikani hafna?  Filli qed nitlob filli taqbez fuqi u tibdieli bid-difetti kollha.”

“It-talb hu haga perikoluza.  Tista’ tispicca mibdul, taf int.  Dak li qed nipprova nwassallek.  Int sejjahtli.  U jien hawn.  Ma tistax tieqaf issa.  Ibqa’ itlob.  Ninteressa ruhi hafna fil-bicca li tmiss.  (pawsa)  Isa ..kompli!”

“Qed nibza’!”

“Tibza’?  Minn xiex?”

“Naf biex int gej?”

“Ippruvani u tkun taf.”

“Ahfrilna dnubietna bhalma nahfru lil min hu hati ghalina.”

“U fuq siehbek?”

“Kont naf biex inti gej.  Immaginajt li ser issemmih.  Mulej hu gideb fuqi, u mexxa stejjer fuq il-familja tieghi.  Qatt ma tani lura dak li sliftu.  Inpattihielu zgur.”

“Imma t-talba tieghek?  X’qed tghid fit-talba?”

“Ma ridtx infisser hekk!”

“Almenu int sincier.  Imma ma tantx hu sabih li ggorr dak il-piz go fik.  Hux?”

“Imma nahseb li nibda nhossni ahjar meta npattihielu.  Jiddispjacih zgur.”

“Ma thossokx ahjar!  Zgur.  Il-vendetta ma fihiex toghma tajba.  Ara kemm m’intix ferhan.  Imma jien nista’ nirranga dak kollu.”

“Tista’?  Kif?”

“Ahfirlu.  Imbaghad jien nahfirlek.  Imbaghad il-htija tkun ta’ siehbek mhux tieghek.  Qalbek tkun kwieta.”

“Sewwa.  Ghandek ragun.  Imma aktar mill-vendetta ta’ siehbi rrid li nkun sew mieghek.  Sewwa.  Sewwa.  Nahfirlu.  Aghmel li jsib it-triq it-tajba.  X’aktarx jghaddi hajtu mikdud.  Min jaghmel dawn il-hwejjeg bilfors li jkollu l-velenu go fih li qed jeqirdu bil-mod.  Xi darba, xi mkien, urieh it-triq it-tajba.”

“Intix tara!  Kif thossok issa?”

“Insomma ...mhux hazin.  Mhux hazin.  Inhossni sew.  Nahseb li dal-lejl, wara xhur shah, norqod lejl shih.  Ma nhossnix aktar ghajjien ghax inkun qed norqod bizzejjed.”

“Ghadek ma spiccajtx it-talba ...Kompli.”

“Sewwa ...Iddahhalniex fit-tigrib izda ehlisna mid-deni.”

“Dak naghmlu sew.  Semplicement tmurx fit-tentazzjoni.”

“Xi trid tghid biha?”

“Jekk tkun ma’ hbiebek u tinduna li d-diskors li qed jinghad mhux joghgbok tibqax maghhom.  Ma jkunux hbieb tajba.  Shabek u l-girien mhumiex hemm biex maghhom tqis is-success tieghek.  Lili tqisnix bhala l-bieb ta’ l-emergenza.”

“M’iniex nifhem l-ahhar parti.”

“Ma tafx.  Kemm-il darba tidhol f’xi basla u x’hin ma tara l-ebda hrug titlobni ‘Mulej, ghinni nohrob minn dan l-inkwiet u nwieghdek li ma nergax.’  Taf kemm-il darba ggebbidt mieghi ghal hwejjeg bhal dawn.”

“Iva ...u nisthi.”

“Jien dejjem inharsek.  Imma int hemm bzonn li thares il-weghdiet tieghek.”

“U kemm-il darba ghidt il-Missierna u l-Hobzna f’nifs wiehed!”

Talba sabiha li meta tghidha oghmodha.  Fiha tezori mohbija u l-formula ghal hajja mimlija u kuntenta.


> Mur lura ghall-pagna principali