----
IL-HBIEB ISEJHU
Gunju 2003 | Harga Nru. 442
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Suldati Amerikani stazzjonati fil-Korea kienu jhobbu jaqbdu ma’ zaghzugh Korean. Issa jaghmlulu barmil fuq il-bieb u malli z-zaghzugh ibexxqu, jixxarrab ghasra. Issa jorbtulu spaga minn naha ghall-ohra u z-zaghzugh jehodha ghal wiccu. Issa jwahhlulu s-sandli ma’ l-art meta jkun rieqed u x’hin iqum ma jkunx jista’ jaqlaghhom.

U z-zaghzugh ma kien jghid xejn.  Ebda tgergira.  Fl-ahhar suldat minnhom deherlu li ma ghandhomx ikomplu b’din l-istorja.  Iz-zaghzugh kien bata bizzejjed frott ic-cajt taghhom.  U wiehed minnhom darba qallu:

“Iddecidejna li ma naghmlulekx iktar cajt!”

“Allura issa ma tergghux taghmluli ilma fuq il-bieb?”

“Daqshekk ilma!”

“U ma tergghux taghmluli spag minn naha ghall-ohra tal-kamra.”

“Daqshekk spag!”

“U ma tergghux twahhluli s-sandli ma’ l-art?”

“Daqshekk wahhalnielek is-sandlijiet ma’ l-art!”

Iz-zaghzugh ha nifs qawwi u ddikjara:

“Mela jien mil-lum ’il quddiem ma rridx inkompli nobzoq fis-soppa li ngibilkom!”

Fid-dinja, kif taghmel jaghmlulek. U fl-ahhar kulhadd isib il-kappell li jigih.  


PIT STOPS 2

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Voltaire kien gharef kbir Franciz li f’kitbietu u fi kliemu kien jghid li ma jemmen b’xejn.  Imma darba habib ta’ gewwa kien mieghu meta l-gharef ircieva ittra minghand wiehed fanatiku ghal taghlimu li qallu:  

‘Taghlimek nehhieli l-biza’ ta’ l-infern.  Grazzi.’

U Voltaire minn taht l-ilsien qal:

“Mhux jahasra li nista’ nghid l-istess.”

Ghax hafna minn dawk li jiftahru li ma jemmnu b’xejn, fil-qiegh ta’ qalbhom jemmnu.  Il-hazin hu li dawk li jiddakkru minn taghlimhom jaraw biss il-qoxra ta’ barra.

Tfakkarni f’dak li ra fra jiknes tarag ta’ kunvent f’jum sajfi ta’ xemx qalila.  U qallu:

“X’qatgha tiehu fra jekk meta tmut issib li ma hemmx genna!”

U l-fra wiegeb:

“X’qatgha tiehu int jekk meta tmut issib li hemm infern!”


Sid: Int temmen li l-erwieh jidhru?

Impjegat: Ma nafx... daqqa nemmen u daqqa ma nemminx.

Sid: Ibda emmen. In-nannu li minhabba fih int tlaqt kmeini ghax ridt tmur ghall-funeral tieghu, ghadda ghalik ftit wara li tlaqt int!


Tabib kien qed jitkellem:

“Ix-Xjenza sabet medicina gdida li hi ferm ahjar mill-medicina li nafu biha.  U barra l-gid li tiksiblek ma tiswilekx flus, mhix morra, m’ghandhiex effetti sekondarji, ma tehzienx, ma hemm l-ebda gisem li ma jridhiex u ma tistax tiehu z-zejjed minnha.”

Mela tinsiex tiehu din il-medicina kuljum... IDHAK DAHKA.


Meta jkollok aptit tgharrex ghall-izbalji, hares fil-mera.


Xi hadd kiteb lill-qassis Ingliz biex jaghtih ir-ricetta tal-ferh.  Dan qabad il-kelma JOY (ferh) u fejnha kiteb hekk:

J  – Jesus first

O – Others second

Y – Yourself last.


Jekk inqassam gidi kollu

u naghti gismi biex jinharaq

u ma ghandix imhabba,

xejn ma jiswieli.

SAN PAWL (1 Kor 13, 3)


Dr Coronato Grech M.D. jkompli l-artiklu li beda fil-harga ta’ Mejju

IL-BZIEQ

F’gurnata wahda dawn il-glandoli kollha bejniethom jiffurmaw madwar 1.5 litri ta’ bzieq.  Minn dan il-volum pjuttost kbir, zewg terzi jigu mill-parotidi u kwart mill-gladoli submandibulari.  Ikel aciduz bhal-lumi kapaci jzid sew il-volum tal-bzieq (mir-rata bazika ta’ 3ml ghal 5ml fil-minuta).  U bzieq minn gladoli differenti huwa xi ftit differenti; per ezempju dak mill-parotidi fih iktar ilma u fih biss issib il-ptyalin.

Bhal kull parti ohra tal-gisem il-glandoli tal-bzieq biex jaghmlu xogholhom sew iridu kordinazzjoni tajba bejniethom kif ukoll ma’ organi ta’ funzjonijiet assocjati.  Dan il-kontroll huwa principalment permezz tas-sistema nervuza.  Ikel fil-halq jistimola direttament il-glandoli; kif ukoll jibghat messaggi man-nervaturi ghal parti t’isfel tal-mohh (fil-pons u medulla) minn imbaghad nervaturi ohra jghaddu ghall-glandoli biex ikomplu jistimulawhom sakemm hemm bzonn.  Dan ir-rifless jista’ jigi moderat u anke kkundizzjonat minn centri iktar gholja fil-mohh, kif sab il-fizjologista Russu Ivan Pavlov (1849-1930) minn sensiela ta’ esperimenti famuzi fuq il-klieb.  B’hekk anki r-riha jew il-hsieb (jew xi stimolu iehor li gie kkundizzjonat) igib bzieq fil-halq bi thejjija ghall-ikel.  Minn naha l-ohra ghejja qawwija, irqad, biza’ u anzjetà, jnaqqsu l-formazzjoni tal-bzieq.  Illum kawza komuni ta’ halq xott huma minn effetti mhux mixtieqa ta’ certi pilloli nkluzi certi antidipressanti.

U bhal kull parti ohra tal-gisem, il-glandoli tal-bzieq huma suggett ghall-mard, inkuz diversi funzjonijiet bl-iktar drammatika hija l-infezzjoni tat-tfal imsejha ‘gattone’ jew ‘tal-qattus’ imbaghad hemm gebel li jifforma fil-kanali, l-iktar tal-glandoli submandibulari u dan kemm minhabba l-pozizzjoni u kemm minhabba li bzieq hemmhekk huwa iktar ohxon li jgib l-ugiegh u infezzjoni, u diversi tipi ta’ kancer li generalment jikbru bil-mod ghalkemm finalment huma serji l-iktar jekk, bhal tal-parotidi, jinvolvu xi nerv importanti.

Kif mistenni annimali mammiferi ghandhom ukoll sistema ta’ bzieq tixbah lil taghna u bl-istess funzjonijiet, inkluz dik li tghin fl-ghajjat, per ezempju, dawk ix-xadini li joqoghdu jghawwu fis-sigar.  Anki l-ghasafar iridu jzommu l-apparat tal-kant (is-siringa) mxarrab ghal ghana effettiv.  Fis-sriep imbaghad hemm il-glandoli tal-velenu li aktarx evolvew minn dawk tal-bzieq, bil-kobra fost l-ohrajn kapaci titfa’ bezqa velenu b'mira tajba sa tliet metri.  (Incidentalment l-iktar distanza li bezqa umana giet mibzuqa ’l boghod hija, skond il-Guinness Book of Records (1997) ta’ kwazi 10 metri u nofs waqt kompetizzjoni fl-Amerika).  L-insetti, li ghandhom disinn tal-halq ferm differenti minna u orribbli jekk tarah imkabbar, ghandhom metodu differenti kif jieklu – per ezempju id-dubbiena ttella’ l-bzieq ghal fuq l-ikel biex thollu u mbaghad tixrob it-tahlita u fl-istess hin thalli fuq l-ikel ruxxmata mikrobi u hmieg li tkun gabret minn postijiet ohra.  Sa certu punt l-annimali fl-ilma ma tantx ghandhom bzonn bzieq almenu biex ixarrbu l-ikel jekk mhux ghall-bidu tad-digestjoni.

Il-bzieq, bhal kull haga ohra li ghandha x’taqsam ma’ dan l-annimal interessanti, ghandu wkoll aspett socjali, xi whud strambi hafna, ta’ l-inqas ghal min mhux imdorri bihom: per ezempju fost il-Masaj ta’ l-Afrika jobzqu huwa sinjal ta’ qbil bhal ma hu t-tehid ta’ l-idejn fostna; u f’xi tribujiet ohrajn, sa anke jobzqu fuq xulxin.

...ikompli fil-harga ta’ Lulju.


FORSI JINTERESSAWK

Affarijiet zghar

Vapur ghereq hdejn l-Irlanda. Ma kienx maltemp ghad li kien dlam cappa. Il-kaptan kien bniedem tal-mistier. Il-bahrin kollha kienu qed jaqdu dmirhom.

Meta flew il-gabina tal-vapur mgharraq, il-bughaddasa ntebhu li l-boxxla tal-vapur kienet imwahhla b’hadida zghira.

Kultant difett zghir jista’ jkollu konsegwenzi koroh.


Univers ibbottiljat

Ragel mar fejn qassis u riedu jfehmu fuq il-kobor ta’ Alla ghax beza’ li ser jitlef il-fidi.

“Hares lejn il-bahar ...lejn l-univers ...lejn in-natura.  Dawn kollha jippriedkaw lil Alla izda hadd minnhom ma juri bizzejjed il-kobor tieghu.”

Imbaghad il-qassis qabad flixkun mimli bl-ilma u kompla:

“Ara dan l-ilma minn Niagara Falls imma bl-ebda mod ma juri s-sabih tal-waterfall!”


Fuq zewg saqajn... jew erbgha

Ragel kien qed jixrob u ma’ l-ghaxra qam biex jitlaq lejn id-dar.

“Ghax tmur daqstant kmieni!”

“Ghax il-mara tkun tistennieni!”

“Mela tibza’ mill-mara?  Int x’int ragel jew gurdien?”

“Mhux li kont gurdien... kieku l-mara tibza’ minni!”


Zerriegha u frott

Mara holmot li dahlet f’supermarket u sabet lil Gesù jbiegh.  Resqet lejh u misthija qaltlu:

“Hawn xi tbieghu mghallem?”

“Kull haga li tixtieq!”

“Mela nixtieq nixtri hafna ferh, hena u gherf!”

U l-Mulej newlilha l-Vangelu.

“F’dan il-ktieb issib iz-zerriegha ta’ ferh, hena u gherf ….Kulma trid taghmel hu li tizraghha f’qalbek ghax ahna f’dan is-supermarket ma nbieghux frott imma biss zerriegha.”

Il-mara qamet dizappuntata ...ghax stenniet ahjar!


Ezami mhux tas-soltu

L-Isqof ried jaghzel kappillan ghall-parrocca u baghtulu guvnott li kien ghadu kemm iqaddes. Qallu biex jidher quddiemu ghall-intervista biex jara hux tajjeb ghal din il-kariga.

“Ejja ghada fis-6.00 ta’ filghodu!”

Il-guvnott mar fil-palazz ta’ l-Isqof kwarta qabel il-hin imma l-Isqof gie ghall-intervista fit-8.00 ta’ filghodu.  Meta deher quddiemu z-zaghzugh ma qal xejn dwar il-fatt li dam jistenna saghtejn.  Imbaghad l-Isqof staqsa liz-zaghzugh:

“Spellili l-kelma ‘qassis’!”

Iz-zaghzugh spellieha.

L-Isqof baghtu lejn id-dar u lis-superjuri tieghu qalilhom:

“Ghad jaghmel kappillan tajjeb ghax rajt li hu pacenzjuz ...hallejtu jistenna saghtejn u ma gergirx, u ferejtu fl-intelligenza tieghu meta tlabtu jaghmel haga li anke tifel zghir kapaci jaghmilha... u wettaqha bla ma qal xejn.”


AHBARIJIET TA’ INTERESS

IZZEWGU

Daniel Cardona ta’ Triq ir-Rihan lil Cheryl Farrugia (Gharb);

Vincenza Cauchi ta’ Triq ir-Ramla lil Joseph Stellini (Sannat).

Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien, tibqa’ flimkien.


IL-LAQGHA TA’ MEJJU

Kellemna Dun Michael Said dwar l-esperjenzi tieghu tal-Gimgha Mqaddsa f’parrocca f’Ruma u l-btala li ghamel flimkien ma’ grupp mill-istess post fil-Marokk.  Dan il-pajjiz b’kultura musulmana li ftit li xejn inbidlet mal-medda tas-sekli ghandha bosta punti pozittivi ghad li bosta drabi nisimghu biss fuq in-negattiv.  Aktar nisimghu kemm ghalihom il-mara hija oggett u proprjetà tar-ragel fiz-zwieg izda ftit nisimghu kemm jaghtu importanza lill-hajja familjari u ragel li dejjem mal-hbieb hu meqjus bhala inferjuri – li ma jafx x‘inhuma l-valuri.  Il-mod ta’ hajja li jghixu tnaqqas hafna mill-kurzità zejda fuq dak li jkun.  Anke d-djar taghhom huma mibnija ‘l boghod mit-triq u bi twieqi zghar li ftit jaghtuk taghrif fuq dak li jigri gewwa.  Dun Michael qalilna kemm hu pajjiz b’meravilji naturali – ghandu minn muntanji mimlija silg imfittxija ghall-iskijar sa dezerti mrammla bla tmiem, bahar car fuq zewg nahat ghal meddiet ta’ hdura kollhom palm li jserrhu l-menti.  Kienet lezzjoni li fiha hadna gost hafna nisimghuh jirrakkonta minn dak li ghadda.

Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.  Tellajna par gamiem (hajr lil Alfred Attard ta’ Triq San Gwann) u keychain li messew bix-xorti lil Jonathan  Debono ta’ Triq tat-Targa.


IL-LAQGHA TA’ GUNJU

Ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Gunju fit-8.15p.m.  Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll ghal din il-laqgha ta’ l-ewwel Sibt.  Meta thajjar lil shabek biex jattendu huma wkoll tkun qed tghin fit-tixrid tal-kelma t-tajba.

Mela nistennewkom.  Nhar is-Sibt fit-8.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.


YOUNGSTERS CHAMPIONS 2002 – 2003

Minn qalbna nifirhu lin-Nadur Youngsters – players, kumitat u supporters ghar-rebh tas-seba’ kampjonat fl-istorja sabiha taghhom.  Stagun li tana hafna sodisfazzjon bir-rebh ukoll tat-tazza ta’ Jum il-Helsien.

Wara l-loghba max-Xewkija li ntrebhet bl-iskor ta’ 3 – 0 (b’goals ta’ Anthony Portelli, Mario Bonello u iehor ta’ Bizu) frahna lkoll bhala Nadurin bir-rebh ta’ dan il-kampjonat.  Jidher li fit-timijiet tal-Youngsters, kemm tal-kbar kif ukoll taz-zghar, hemm hafna element tajjeb li bi ftit kura ghad jirrendi bi shih biex fil-futur il-Youngsters jibqghu jaghtuna iktar successi u sodisfazzjon.

Prosit u hafna awguri ’l quddiem.


SNAPSHOTS

Stejjer u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom

 

Fis-seklu dsatax

kien hemm familja ta’ immigrati

li nefqu kwazi kull sold li kellhom

biex xtraw il-biljetti

ghall-Istati Uniti.

Riedu jaharbu mill-faqar ta’ pajjizhom

u ghamlu sagrificcji fuq sagrificcji

biex setghu xtraw il-biljetti.

Meta kienu fuq il-vapur,

sabiex ifaddlu l-flus li kien fadlilhom,

baqghu fil-gabina taghhom,

u kienu jieklu hobz niexef u ilma

biex ma jippranzawx fir-ristorant tal-vapur.

Izda meta dahlu fil-port ta’ New York

hadu l-qatgha ta’ hajjithom.

Saru jafu li l-ikel tal-vapur kien b’xejn.

Kienu hallsu ghalih

meta xtraw il-biljetti.

 

Bosta nies jghaddu mill-vjagg tal-hajja

bl-istess mod li ghamlu dawn in-nies.

Ibatu guh spiritwali

minflok ma jieklu ‘l-hobz tal-hajja’,

- b’xejn – mill-mejda tal-Mulej.

 

“Meta naghmlu parti mill-mejda tal-Mulej

inkunu qed ninbidlu

f’dak li nircievu,”

qal darba il-Papa qaddis Iljun il-Kbir.  


TGHALLIMT LI…  

Tghallimt li …

ma tistax iggieghel lil xi hadd ihobbok

izda tista’ ssir xi hadd mahbub.

Jiddependi mill-ohrajn.

Tghallimt li …

ma ghandux x’jaqsam kemm naghti kas

insib dejjem lil min ma jirreciprokax.

Tghallimt li …

trid is-snin biex tibni l-fiducja

izda tista’ titkisser fi ftit sekondi.

Tghallimt li …

xejn ma jfisser x’ghandek f’hajtek

izda lil min ghandek f’hajtek.

Tghallimt li …

qatt ma jaqbillek tqabbel lilek innifsek

ma’ l-ahjar ta’ l-ohrajn.

Tghallimt li …

tista’ taghmel xi haga f’mument

li jibqa’ jiddispjacik ghaliha hajtek kollha.

Tghallimt li …

qed jehodli hafna hin biex insir il-bniedem li nixtieq.

Tghallimt li …

ghandi nhalli lil kulhadd b’kelma sabiha

ghax tista’ tkun l-ahhar darba li narahom.

Tghallimt li …

tista’ tibqa’ sejjer hafna wara li jkun messek waqaft.

Tghallimt li …

ahna dejjem responsabbli ta’ dak li naghmlu

ma ghandux x’jaqsam kif inhossuna.

Tghallimt li …

jew tikkontrolla l-burdati

inkella jikkontrollawk huma.

Tghallimt li …

l-eroj fil-hajja huma dawk

li jaghmlu dak li jehtieg li jsir

meta jkun hemm bzonn

bla ma jaghtu kas il-konsegwenzi.

Tghallimt li …

l-flus huma mezz qares biex tqis is-success.

Tghallimt li …

l-aqwa habib u jien nistghu naghmlu kollox jew xejn

u xorta nqisuh bhala l-isbah zmien.

Tghallimt li …

kultant dawk li tistenna li ser jaghtuk majnata

ikunu huma li jgibuk f’tieghek.

Tghallimt li …

meta nkun bil-guh nista’ nishon

izda b’daqshekk ma ghandix dritt li nkun krudil.

Tghallimt li …

hbiberija vera tibqa’ tikber

anki fuq distanza twila.

L-istess jinghad ghall-imhabba.

Tghallimt li …

jekk xi hadd ma jhobbokx kif tixtieq int

ma jfissirx li ma jhobbukx b’sahhithom kollha.

Tghallimt li …

l-maturità ghandha aktar x’taqsam ma’ l-esperjenzi

u x’tghallimt minnhom milli mill-età tieghek.

Tghallimt li …

habib kemm hu habib bnidem dejjem jista’ jweggghek

izda dejjem ghandek tahfer mill-qalb.

Tghallimt li …

xi drabi mhux bizzejjed li haddiehor jahfirlek

trid tkun kapaci tahfer lilek innifsek.

Tghallimt li …

Ma ghandux x’jaqsam qalbek kemm hi maqsuma

Id-dinja mhix ser tieqaf minhabba l-inkwiet tieghek.


> Mur lura ghall-pagna principali