|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
Ikklikkja
fuq il-banner sabiex taqra s-suppliment specjali tal-harga numru 450

L-EDITORJAL
Il-poplu
Lhudi hu maghruf ghall-eluf ta’ stejjer u leggendi marbutin mal-mexxejja
li mexxewhom tul iz-zminijiet. Fosthom,
bla dubju, wiehed mill-ikbar kien Mose.
U
l-istorja tghid li darba Mose kien ghaddej minn qalb it-tined tal-Lhud li
kienu mieghu fid-dezert fi triqthom lejn l-art imwieghda. U waqaf f’daqqa meta sema’ lil xi hadd jitlob jghajjat.
Gharfu. Kien Samel bin
Xmun.
“Mulej
kemm nixtieq li kont is-seftur tieghek. Kieku nqum kmieni u nlestilek
il-kolazzjon. Inhejjijlek il-hwejjeg li zgur ikunu nodfa u bla tikmixa. Il-qorq ukoll nara li jkun jilma u sabih biex ma jaghmilx ghajb
lill-hwejjeg l-ohra. U
ngorrlok l-ilma u l-ikel biex malli thoss l-ghatx u l-guh inkun nista’
ntaffihomlok…”
Mose
mtela’ bil-qilla ghal dan il-kliem. Ma setax jifhem kif minkejja t-taghlim kollu tieghu dan il-Lhudi
kien qed jitkellem hekk. Dahal
fuqu bil-herra.
“Imma
kif ma taslu qatt li tifhmu li Alla taghna hu spirtu. La jehtieg l-ikel u anqas l-ilbies. Ma ghandux bzonn min iseftirlu ghax ma jonqsu xejn. Mela qis li ma tergax ittenni l-kliem li ghadek kemm ghidt ghax
inkella nikkastigak bl-ahrax.”
Samel
immuta. Hekk kien is-soltu
jitlob u kien jaghmel hekk bil-qalb. Ma setax jifhem ghax
Mose heddu b’kastig.
Dik
il-lejla l-Mulej kellem lil Mose u qallu:
“Ghaliex
ma hallejtux jitlob lil Samel kif dejjem kien jaghmel?”
“Ghax
dak ma jafx jitlob. Kien qed
jghidlek…”
Il-Mulej
qataghlu kliemu:
“Hallih
Mose lil Samel jitlob kif jaf. Ma
tafx li jien qajla naghti kas tal-kliem li jinghad imma nisma’ biss
il-lehen tas-sentiment wara l-kliem. U naf zgur li fil-qiegh ta’ qalbu Samel kellu mhabba u rispett
kbir lejja. U dak hu l-importanti.”
MID-DJARJU TA’ DR A J CRONIN
Meta rajt li bqajt
b’xiber imnieher u x-xoghol ta’ dresser fl-isptar tal-Professur
MacEwen kien inghata lil haddiehor komplejt inhuf u nfittex u sibt li fi
sptar qrib kien hemm post ghal student li kien lest iqatta’ xi hin
iservi lill-pazjenti, wara li t-taghlim fl-Universita jkun spicca…
Grejt u applikajt u
accettawni mill-ewwel. Sibt
ruhi student haddiem fl-isptar mentali ta’ Lochlea.
Kienet esperjenza
gdida. Qatt ma hdimt ma’
pazjenti morda b’mard mentali. Imma
malajr drajt. Kien hemm
tahlita shiha ta’ pazjenti. Zghazagh
u nies mezz’età. Xjuh u
morda. Lili tawni z-zghazagh u kont immur tajjeb hafna maghhom.
Norganizzalhom loghob u nohorgu flimkien fil-gnien.
U kelli stipendju tajjeb hafna.
Barra l-fatt li kelli wkoll kamra fejn noqghod, ikla u breakfast
b’xejn. U stajt ukoll
nistudja x’hin il-pazjenti jorqdu.
Kien xoghol stupend ghalija.
U fost il-pazjenti
kien hemm certu George. Dan
kien jidher zaghazugh normali. Jitkellem
mieghek ma tintebahx li hu kaz mentali.
Qalli ghax kien qieghed hemm.
Ghax kien qatel lil kuginuh billi fgah ghax dan kien attakka lil
ohtu. U l-magistrat flok baghtu ghomru l-habs baghtu ghomru f’dan
l-isptar.
Hassejt ghalih u
ridt naghmel xi haga biex nehilsu. Darba
gibt id-diskors fuqu ma’ wiehed mit-tobba ta’ Lochlea – Dr Gavinton
– u ghidtlu li ghalija din kienet ingustizzja.
Post George ma kienx f’dan l-isptar.
“Meta fl-idea
tieghek ghamilna hazin li accettajnieh!”
“Forsi dakinhar
li dahal kien marid imma issa fieq. U
la wettaq dak li wettaq meta kien marid dan ghandu jinheles.”
Dr Gavinton hares
cass lejja.
“Ibqa’ cert li
la accettajnieh hawn jiswielu.”
Id-diskursata
waqfet hemm. Izda xi jiem
wara kont sejjer lejn il-kamra tieghi wara serata ohra ta’ tahbit meta
l-ghassies qalli li dakinhar George kien f’wahda mill-aghar burdati u li
ghal dik il-lejla kienu ghalquh f’cella apposta.
“Ha mmur narah.”
“Li kont minnek
ma nersaqx lejh il-lejla. Imbaghad
ghada, meta jghaddilu, mur u kellmu bil-kwiet.”
Ghax kellu l-ghassies
jindahalli x’naghmel! Fl-ahhar
mill-ahhar jien kont student fl-Universita!
U dan l-ghassies forsi bilkemm jaf jikteb ismu!
U mort fic-cella.
Dhalt u ghajjatt lil habibi. Ma
niftakar xejn izjed hlief li nara lil George ihares bl-ikrah lejja u
jkisser fuq rasi l-mug tat-tè li kont qed ingorr.
Imbaghad x’hin kont ma’ l-art hatafni minn ghonqi u hassejtu
qed jifgani. B’xorti tajba
l-ghassies gie ma’ xi nurses u helsuni fil-hin.
Xi granet wara
ergajt iltqajt ma’ George. Gie
jigri ghal hdejja imma jitbissem.
“Skuzani habib li
d-darba l-ohra ghamiltlek hekk imma int ma kien messek qatt tattakka lil
ohti.”
Issa fhimt ghax Dr
Gavinton kien qalli li qalli. George
kien kultant johlom li habibu kien attakka sesswalment lil ohtu.
U hu kien irid joqtlu biex ipattihielu.
Il-helwa hi li dan l-imbierek George ma kellux hutu.
Kien tifel uniku.
Parir minghand habib iznu qabel
tarmih.
MALTEMPATI
FIS-SISTEMA LIMBIKA
jikteb Dr Coronato
Grech M.D.
Forsi l-iktar
kontinent li ghadu misterjuz huwa dak ta’ go rasna.
Hawnhekk kull wiehed u wahda minna ngorru l-iktar massa kkumplikata
li, s’issa, nafu li tezisti fl-univers – massa ta’ xi 1.4 kilo, li
taghtina dak il-fenomenu ta’ l-ghageb, il-konxju. Din il-massa tirregola u tikkordina wkoll il-processi kollha
tal-gisem. U ghalkemm illum
nafu mhux hazin fuq il-fizjologija tal-mohh, però ghadna lura sew milli
nifhmu hafna affarijiet ohra, bhall- emozzjonijiet u liema partijiet
tal-mohh huma assocjati maghhom. U
fost l-istrutturi li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-emozzjonijiet nsibu s-sistema
limbika1 li l-attivitajiet fiha, jew maltempati newronali2,
tant jafu jgibu tibdil fl-istat mentali u fl-agir.
Bazikament u fuq
fuq hafna, il-mohh jikkonsisti minn zewg emisferi, l-emisferi cerebrali,
fejn apparentament hemm ic-centru tar-raguni u l-personalità; speci ta’
mohh jew cerebellum, li jikkordina l-movimenti tal-muskoli; u speci ta’
zokk zghir centrali li jzomm dawn l-istrutturi u li jirregola fost
affarijiet ohra, in-nifs u l-qalb; u xi strutturi fuq kull naha tac-centru.
U fost dawn ta’ l-ahhar nsibu s-sistema limbika li tikkonsisti,
fuq kull naha u f’forma ta’ kwazi cirku, in-nukleju amigdolu3,
il-qarn ta’ Ammon4, in-nukleju talamiku5,
il-hippokampus6, il-forniks7; u l-ghoqod mammillari8.
Kotba u studjuzi differenti gieli jdahhlu strutturi differenti
fis-sistema limbika, indikazzjoni cara kemm ghadna lura milli nifhmuha
sew. Bhal kull parti ohra
tal-gisem, il-mohh huwa maghmul minn celloli specjalizzati msejha ‘newroni’.
Huwa stmat li fil-mohh kollu hemm madwar 100 biljun newroni,
b’kull wahda b’mijiet jew eluf ta’ konnessjonijiet.
Mhux ghageb li l-mohh huwa l-iktar haga kkumplikata li nafu biha u
li ghad baqghalna hafna u hafna x’nitghallmu dwaru.
Li s’issa ta’
l-inqas nafu li certi postijiet tal-mohh huma specjalizzati ghal certi
funzjonijiet. U fost dawn,
is-sistema limbika, li hija parti mill-mohh pjuttost primittiva fis-sens
evoluzzjonarju, tidher li hija assocjata hafna max-xamm9 kif
ukoll, specjalment fl-inhawi ta’ l-amigdolu, ma’ emozzjonijiet bazici
u annimaleski, bhall-akkwist ta’ l-ikel, glied u sess.
Esperimenti fuq annimali bhal qtates urew li jekk, b’kurrent
zghir elettriku, tistimola l-amigdolu, ikun hemm agir tassew aggressiv;
waqt li jekk l-amigdolu tnehhih, l-annimal isir docli hafna.
(Dr Grech itemm dan
l-artiklu fil-harga ta’ Marzu)
FORSI JINTERESSAWK
Missier u President
Iben il-President
Amerikan William Howard Taft zelqitlu kelma iebsa kontra missieru meta
f’mument ta’ rabja sejjahlu ‘bla sens’.
Il-genituri
ddecidew li haqqu kastig u kienu qed jiddiskutu x'ikun l-ahjar li jaghmlu. Bla ma ntebhu t-tifel
qorob lejhom u qal lil missieru:
“Jien
ghidtlek hekk bhala President ta’ l-Amerika mhux bhala missieri.”
"F’dak
il-kaz ma haqqek l-ebda kastig ghax ahna qed nghixu f’socjeta hielsa u
ghandek kull dritt issejjah lill-President ‘bla sens’.”
Holoq tradizzjoni
Ir-Re ta’ l-Ingilterra
hass li ghandu jonora l-produzzjoni tal-‘Messiah’ li kienet qed
tindaqq ghall-ewwel darba fl-Ingilterra fil-prezenza tieghu. U tant ha pjacir li f’hin minnhom, kontra kull etikett, qam
b’sinjal ta’ rispett... u hekk ghamlet il-bqija ta’ l-udjenza.
Minn dakinhar kull
meta saret din il-produzzjoni l-udjenza dejjem tqum fil-hin ta’ l-Allelulia
b’sens ta’ rispett.
'Aghmlu dmirkom!'
Xi suldati dahlu fi
knisja waqt li qassis kien qed iqaddes u ordnawlu jieqaf mill-quddiesa
ghax l-ordni taghhom kienet li jisparaw.
“Wettqu
dmirkom bhalma jien ser inkompli inwettaq tieghi.”
Il-quddiesa
tkompliet... ma nstemghux tiri…
Bejn zewg gellieda
Zewg guvnotti kienu
mexjin u wiehed minnhom lemah gewza fl-art imma siehbu kien iktar pront
minnu u gabarha qablu. It-tnejn
bdew jitlewmu sakemm raw riesaq avukat u ddecidew li jirrikorru ghandu u
jhallu f’idejh biex jaqta’ l-kwistjoni.
Dan gab gebla minn
fuq il-hajt, qasam il-gewza. Ta
nofs il-qoxra lil wiehed u nofs l-iehor lil siehbu waqt li hu kiel
il-gewwieni.
Dan hlasi
tas-servizz,” qalilhom u kompla fi triqtu.
‘Bejn zewg
gellieda... igawdi t-tielet,’ jghid qawl barrani.
Bejn kliem u provi
ta’ ...
Ragel mar jissellef
il-hmar ta’ habibu:
“Ghamilli
pjacir u islifni l-hmar tieghek ghax tieghi sebah izappap.”
"Kont
nislifulek bil-qalb imma b’kumbinazzjoni ga sliftu lil kuginuwi.”
Dak il-hin il-hmar
beda jinhaq.
“Qed nisimghu
jinhaq... kif tghid li ga sliftu?”
“Isma’ xbin... int lil min ser temmen... lill-hmar jew lili?”
Kulhadd kif
jahsibha!
Messmore Kendall
kien segretarju tal-President Theodore Roosevelt li kien jiehu l-ittri li
jikteb il-President bix-shorthand u wara jittajpjahomlu. Imma l-President dejjem kien jikkoregi xi kelma. U Kendall kien jerga’ jittajpjahom imma meta ntebah il-president
tghidx kemm sahan:
“Hallihom
bl-izbalji ghax hekk naghtihom xehta ferm iktar personali. Jahsbu li nkun ittajpjajthom jien!”
Ghal min irid
jifhem ...
Mara baghtet storja
ta’ xi mitt pagna lill-editur tal-World Work, Walter Hine – biex
jikkunsidraha ghall-pubblikazzjoni. Xi
granet wara rceviet l-karti lura b’nota qasira li l-istorja ma kinitx
tilhaq il-livell mixtieq. Jiem
wara Walter Hine rcieva r-risposta tal-mara:
“Int giddieb
u falz u nista’ nippruvalek dan li qed nghid. Jien wahhalt ma’ xulxin il-pagni 20, 21 u 22 u meta l-istorja
giet lura dawn kienu ghadhom inwahhlin.
Dan juri li int ma qrajtx l-istorja. Kif tista’ allura tghid jekk din hijiex ta’ livell jew le.”
Hine wegibha
b’nota qasira:
“Sinjura biex
nintebah li bajda hi hazina tahseb li ghandi nixtrobha kollha?”
AHBARIJIET TA’ INTERESS
IL-LAQGHA
TA’ JANNAR
Kellna farsa ohra
mis-sensiela ta’ Spiru li din is-sena kien jisimha ‘Meta Spiru thabbeb
mas-Super’. In-numru sabih
ta’ zghazagh li attendew kellhom serata ta’ dahk bejn il-hbieb. Hija hasra li dan l-istess numru ma narawhx regolari
fil-laqghat l-ohra ta’ matul is-sena.
Dan kien l-avviz taghna fil-bidu tal-farsa.
Il-laqgha naghtuha nifs gdid jekk irridu ahna. L-ghasfur qieghed f’idejna.
Hux haj jew mejjet jiddependi minna.
Jekk kull wiehed minna jaghmel proponiment li din is-sena jattendi
ghal-laqghat li jkollna nkunu qed ninjettjaw hajja gdida f’din il-laqgha
li issa diehla fit-38 sena taghha. Numru
sabih ta’ rgiel ukoll kienu prezenti ghal din il-farsa.
Kieku mistiedna maghna bhalma jkunu ghal-laqgha ta’ Awissu.
Il-prezenza taghhom hija apprezzata hafna.
Hajr lil Toni
Debono li bhas-soltu madwaru kienet mibnija l-farsa, lil Darren Vella u
Karistu Camilleri li flimkien maz-zghazagh taghna ffurmaw il-kast ghal din
il-farsa. Nixtiequ
nirringrazzjaw lil Kevin Vella ta’ Wasabi Chinese Restaurant ta’
Pjazza San Guzepp, il-Qala tal-voucher ta’ Lm5 li tana li mess bix-xorti
lil Savior Attard ta’ Triq il-Qala.
Hajr ukoll lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters,
tad-drinks li qassamna waqt il-laqgha.
IL-LAQGHA
TA’ FRAR
Nistedukom
ghal-laqgha li ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Frar fis-7.15p.m.
Ser naraw video bl-isem ‘L-Akbar Trux’ dwar grajja, ambjentata
l-Iskozja, li fiha taghlima li tiswa ghalina lkoll. Jalla naraw lil dawk kollha li laqghu l-istedina taghna
ghal-laqgha ta’ Jannar. Jiehdu
gost u jkun qed isirilhom il-gid.
Mela habib nistennewk. Nhar is-Sibt 7 ta’ Frar fis-7.15p.m
EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA
[Ragel
b’idu paralizzata dahal fis-sinagoga:]
“U
kienu ghassa tieghu biex
jaraw
jekk ifejqux nhar ta‘ Sibt,
biex
ikolhom fuqhiex jugzawh.” {Mk 3:2}
F’rahal
Ewropew, nies ta’ certa eta
kienu
jroddu salib
hekk
kif jghaddu minn qrib parti ta’ hajt.
Ma
kinux jafu ghaliex,
ghajr
li l-genituri taghhom
hekk
kienu jaghmlu.
Meta’
waqa’ l-Gvern Komunista
xi
haddiema kienu qed inaddfu t-tibjid
u
sabu xbihat tal-Madonna u Gesu fil-hajt.
Ir-raguni
tad-devozzjoni harget wehidha.
Izda
kien sar ritwal mhux att ta’ fidi.
Xi
Lhud ta’ zmien Kristu
kienu
waqghu f’dan l-izball.
Ir-Religjon
ghalihom kienet saret ritwal.
Kristu
sfidahom biex ma jibqghux.
Kif
qed nipprova ma nhallix ir-Religjon tieghi
tispicca
ritwal biss -
flok
storja ta’ mhabba?
Waqt
it-talb ahjar ikollok
Qalb
minghajr kliem
milli
kliem minghajr qalb.
John Bunyan
BEJN KLIEM U GHEMIL
Ghad li kienet omm
ta’ tlett itfal (ta’ 3, 12 u 14-il sena), Bertha xorta wahda marret
il-kullegg biex tistudja ghal degree. U rnexxielha. L-ahhar
klassi li kellha tattendi kienet tas-Socjologija.
L-ghalliem kellu l-kwalitajiet
kollha li jispira lil dawk ta’ madwaru. Kemm kienet tkun isbah id-dinja kieku kulhadd kien imzejjen
bhalu! Qal lill-istudenti
tieghu, zghazagh u kbar, biex meta johorgu mill-klassi jitbissmu lil
tlieta min-nies u jiktbu fuq x’kienet ir-reazzjoni tan-nies.
Peress li Bertha kellha karattru ferriehi, dejjem mitbissma u
tixtieq il-jum it-tajjeb lil dak u lill-ohra hassitha li ser tkun haga
hafifa.
Xi jiem wara
flimkien ma’ zewgha u binha z-zghir inzertaw fi stabbiliment tal-McDonald’s. Kienu qeghdin fil-kju meta f’daqqa wahda, hafna minn dawk li kien
hemm warajhom u qabilhom telqu u ftit wara anke zewgha hallieha hemm fin-nofs
wehidha. Izda Bertha ma tharrkitx pulzier. Harset madwarha mifxulha ghax immaginat li xi haga terribli kienet
qed tigri u hi kienet l-unika li ma ndunatx. Gisimha qam xewk xewk.
Hekk kif daret
xammet riha tinten taqsam u ezatt warajha kien hemm zewg irgiel li jghixu
fit-toroq... mahmugin u mitluqin. Hekk
kif harset lejn il-qasir – l-eqreb lejha – dan tbissmilha. Hekk kif hares lejha, ghajnejh
blu car kienu jirriflettu d-dawl ta’
Alla hu jfittex min jaccettah. Qalilha
‘il-jum it-tajjeb’ hekk kif beda jghodd il-ftit centezmi li kellu.
It-tieni ragel kien
qed jilghab b’subghajh hekk kif kien bil-wieqfa ezatt wara habibu. Kien jidher li mohhu mhux mija fil-mija u r-ragel b’ghajnejh
zoroq kien is-salvazzjoni tieghu. Demgha xirfet f’ghajnejn Bertha.
It-tfajla tal-counter
staqsiethom xi jridu u ta’ ghajnejh zoroq qalilha:
“Kafe kulma
rridu Miss,” [ghax dak li setghu jhallsu. Jekk ridu joqoghdu fir-ristorant biex jishnu kellhom jixtru xi haga.] Bertha gietha t-tentazzjoni li tghannaq lil dak ta’ ghajnejh
zoroq izda dak il-hin indunat li ghajnejn dawk kollha prezenti kienu
msammrin fuqha. Bertha tbissmet u lit-tfajla tal-counter qaltilha li riedet
zewg kolazzjonijiet ohra fuq tray separat.
Imbaghad qabdet dan
it-tray ta’ l-ahhar u marret lejn il-mejda fejn kienu xehtuha dawk
iz-zewg irgiel. Poggiet
it-tray fuq il-mejda u ghamlet idha fuq id ir-ragel ta’ ghajnejh zoroq. Hu hares lejha, u bid-dmugh f’ghajnejh qalilha: “Grazzi!”.
Filwaqt li
mellsitlu idejh qaltlu: “Ma ghamiltx dan minn rajja. Alla qed jahdem permezz tieghi biex inkompli naghtik it-tama.”
F’qalbha bdiet
tibki u mxiet lejn zewgha u binha. X’hin
poggiet bilqieghda zewgha qalilha: “Ghalhekk Alla tani lilek, biex
jurini t-tama.”
Kienet il-gurnata
li fiha rat l-imhabba ta’ Alla ghalina. Meta marret lura l-kullegg, fl-ahhar jum ta’ lezzjonijiet, tat
din il-grajja lill-ghalliem. Hekk
kif qraha f’qalbu hares lejn Bertha u talabha l-permess biex jaqsamha
mal-kumplament tal-klassi. Ma
kellhiex x’tahbi.
Hekk kif semghet
lill-ghalliem jaqra l-grajja taghha bdiet tahseb fuq kemm ahna familja
wahda u kemm nistghu nfejqu nies u kemm dawn lilna jaghmlulna gid.
Bil-mod taghha, Bertha kienet tat lezzjoni lil dawk li kien hemm
f’McDonald’s f’dik l-ghodwa, lil zewgha u lil binha u lil dawk li
semghu din l-istorja fil-kullegg. It-taghlima
li taccetta lil kulhadd bla ebda kundizzjoni kienet iktar importanti
mid-degree.
Ghandna bzonn nidraw inhobbu n-nies u nuzaw l-affarijiet
u mhux inhobbu l-affarijiet u nuzaw
in-nies.
>
Mur lura ghall-pagna
principali
|