----
IL-HBIEB ISEJHU
Frar 2003 | Harga Nru. 438
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Hrafa Irlandiza tirrakkonta li ragel, halliel tal-prima, ghamel avviz li xtaq ibiegh id-dar. U kien qed jitlob taghha prezz ragjonevoli hafna. Kwazi kien qed jarmiha meta mqabbla ma’ djar ohra fl-inhawi. Kien qed jitlob biss favur wiehed... li jzomm id-dritt li juza grampun li kien hemm hdejn il-bieb principali. Hafna ma thajrux jixtru l-proprjeta' ghax il-kundizzjoni li kien qed jitlob ir-ragel dejqithom. Izda fl-ahhar inqala’ xi hadd li ma ddarras xejn mill-kundizzjoni u xtara l-proprjeta' bla ma qaghad jahseb xejn fuq il-kundizzjoni.

  “X’jista’ jaghmel bi grampun hlief forsi jdendel kappell?”

Wara xi ftit xhur il-halliel mar lura fid-dar li kien biegh u wera x-xewqa li jerga’ jixtri d-dar. Imma din id-darba offra biss nofs il-prezz li hu kien qala’ taghha.  Is-sid il-gdid ma riedx ibiegh. Allura l-halliel beda kuljum igib xi annimal mejjet u jhallih imdendel ma’ dak il-grampun... issa qattus... issa kelb... issa gurdien.  L-intiena kienet tqallaghlek l-istonku u hadd ma seta’ jkellmu ghax il-grampun kien tieghu.

U s-sid il-gdid kellu kontra qalbu jaghtih lura b’nofs prezz id-dar li kien xtara.  Ghax mal-hazin ma tridx taghmel kompromessi. Dun Gorg kien jghid... mill-hazin ahrab dejjem, malajr u fil-boghod.

U d-drawwa, tajba jew hazina, hi hajta rqiqa... li kuljum tinghaqad mal-hajta ta’ qabilha sakemm issir habel ohxon li ma tkun tista’ taqtaghha b’xejn.  


PIT STOPS 2

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Bil-lejl qam u hassu bil-guh. Ftakar li hdejh kellu xi tamar. Qabad wahda u fid-dawl tax-xemgha ntebah li kellha xi nemel fuqha. Irmieha ‘l barra mit-tieqa u qabad tamra ohra li x’hin hares lejha fid-dawl tax-xemgha ra li kienet ukoll xi nemel. Rega’ rmieha. Imbaghad tefa x-xemgha, u kiel it-tamar li kien fadal.

Bhal dak li kien jitghatta b’kutra kull meta kien jirkeb il-karozza ghax is-sewqan esagerat ta’ siehbu kien ibezzghu jekk jibqa’ b’ghajnejh miftuha.

U anki ahna kultant nitfu x-xemgha tat-taghlim u nghattu s-sens komun biex naghmlu dak li joghgobna.


Sewwieq ta’ taxi rcieva messagg fuq il-mobile biex imur f’indirizz partikulari biex iwassal lis-sinjura sa belt fil-qrib. B’kumbinazzjoni nzerta vicin hafna tad-dar taghha u allura wasal ghandha f’inqas minn minuta. Il-mara skantat u hu biex jimpressjonaha qalilha:

  “Qed tara hux x’servizz noffrilek jien. F’inqas minn minuta wasalt hdejk!”

Izda l-mara qaltlu:

  “Le, mieghek ma nigix zgur.  Int mhux issuq imma ttir!”


L-istorja tad-dinja hi mimlija b’nies li zbaljaw ...anke fil-hajja t-tajba.

Abraham zbalja meta gideb u qal li martu kienet ohtu;

Mosè zbalja meta ma emminx li Alla kapaci jnixxi l-ilma minn blata samma;

David zbalja meta ha l-mara ta’ haddiehor;

Pietru zbalja meta qal li ma jafx lil Gesù;

Pawlu zbalja meta kien ifittex li jarresta lil min kien miexi mat-taghlim tan-Nazzarenu.

Imma minkejja l-izbalji, dawn kollha sabu hniena quddiem il-Mulej. Bhalma nsibu ahna li bhalhom zbaljajna, jekk nitolbu hniena.


Jghidu li fuq il-mejda ta’ l-Ahhar Cena, Leonardo da Vinci kien pitter gmiel ta’ vazun ckejken. Kien hadlu hafna granet tax-xoghol ghax dahal f’dettalji rqaq.  Meta wara tliet snin xoghol fuq il-pittura li kien fiha 13-il persunagg, Leonardo esibiha ghall-pubbliku bosta fahhrulu l-vazun izda hu qalilhom:

  “Qed nara li l-vazun qed jiehu l-attenzjoni li jien xtaqt li jehodha Kristu.”

U fil-fatt nesa x-xoghol kollu li kien ghamel fuq il-vazun u ghattieh. Kapaci ahna nwarrbu dak li qed itellifna f’mixjietna lejn l-istess Kristu!


Dawk li jghixu skond il-gisem, jahsbu fil-hwejjeg tal-gisem, u dawk li jghixu skond l-ispirtu, jahsbu fil-hwejjeg ta’ l-ispirtu.  Ghax il-gibdiet tal-gisem iwasslu ghall-mewt, u l-gibdiet ta’ l-ispirtu jwasslu ghall-hajja u s-sliem… - S PAWL (Rum. 8, 5-6)


FIEX WASALNA!

jikteb Dr Coronato Grech M.D.

Atti terroristici, gwerer, refugjati, AIDS, abort, indicenza fil-hwejjeg ecc.  Dawn u hafna iktar narawhom u nisimghu dwarhom kuljum fuq il-media. U mhux ghageb li xi whud jigu qishom meghluba minn din il-burraxka kontinwa ta’ ahbarijiet koroh.  Pera' min jahseb li z-zminijiet tallum qishom l-ahhar tad-dinja jew li dari kien hemm zminijiet ahjar, xi era tad-deheb, ikun juri biss kemm hija parrokkjali l-vista tieghu.  Anzi skond it-tezi ta’ dan l-artiklu, dawn huma l-ahjar zminijiet (almenu ghal hafna, inkluzi ahna), possibli sa issa, minkejja dawn l-avvenimenti kontemporanji koroh (u xi whud huma tassew koroh).

L-atti terroristici u l-gwerer ma huma xejn godda; fil-fatt harsa anke hafifa lejn l-istorja turi li l-kapitli kollha huma mimlija b’xi forma jew ohra ta’ glied.  Hafna rejiet baqghu jissemmew l-iktar ghal battalji li rebhu jew tilfu – battalji li fihom mijiet u eluf ta’ erwieh anonimi spiccaw meqruda.  Xi whud minn dawn il-gwerer (u tindif etniku) dawk Bibblici tal-Palestina (madwar II seklu qabel Kristu); kif ukoll tal-Krucjati tas-sekli 11 – 13; jew il-gwerer qaddisa ta’ l-Islam mis-seklu 7 lura (tista’ tghid sal-lum).

Kien hemm imbaghad xi gruppi ta’ nies li ghal perjodi qosra xerrdu terrur kull fejn resqu; l-Unni tas-sekli 5 u 6 li harbtu l-fdalijiet ta’ l-Imperu Ruman (li gie mharbat qabel mill-Ostrogoti, Vandali ecc), il-Vikingi ta’ l-Iskandinavja li madwar is-sekli 9 u 10 nizlu u harbtu l-Ewropa; jew il-Mongoli tas-seklu 13 li resqu mill-Asja ghal-Lvant nofsani u hallew piramidi ta’ rjus; u f’pajjizna sa ftit iktar minn 200 sena ilu, il-bdiewa jahdmu fl-gheliqi kienu fil-biza’ li jaqbzu fuqhom il-furbani u jehduhom ilsiera.

Huwa veru li llum hawn armamenti ferm qerrieda (u forsi ghalhekk kien hawn, mill-ahhar Gwerra Dinija ‘l hawn, nofs seklu ta’ relattivament paci), imma hawn ukoll l-armati tan-Nazzjonijiet Uniti biex jaraw li, jekk jista’ jkun, ma jqumx xi dittatur qerriedi u mignun.

U r-refugjati, dawk il-vittmi li nqabdu f’cirkustanzi terribli, illum naraw kif nghinuhom.  Dari meta poplu kien jirbah iehor dawk li ma kinux lahqu harbu kienu jispiccaw immassakrati jew mehuda prigunieri ez. fil-ktieb tan-Numri kapitlu 31, versi 1 – 40; jew meta fil-1099 il-Krucjati hadu lil Gerusalemm qatlu kwazi lill-abitanti kollha; kif imbaghad kienu ghamlu t-Torok meta hadu lil Kostantinopli fil-1453.  U l-massakri li wettqu l-Ewropej, b’armamenti superjuri, fuq l-Amerindjani, inkluz il-qerda ta’ l-Imperi Inka u Aztek tal-Amerika Centrali, jew lill-indigeni tat-Tasmanja li kkaccjawhom bhall-annimali, jew lill-hafna popli Afrikani.

Anzi ma’ l-Afrikani, sar wiehed mill-aghar kapitli fl-Istorja Ewropeja, meta bejn is-sekli 15 u 18 madwar 10 miljun Afrikan nhatfu u ttiehdu lsiera lejn l-Amerika: it-tbatija, il-firda, l-imwiet huma indeskrivibbli.  B’xorti tajba s-sistema ta’ l-iskjavitù, tant komuni fid-dinja antika, illum ilha li spiccat.

Mard: Rigward mard jittiehed sesswalment, bhall-AIDS li veru llum hawn qisha epidemija, imma ta’ l-inqas llum nafu minn fejn jigi, xi prekawzjonijiet nistghu niehdu u r-ricerka ghadha dejjem sejra biex forsi nsibu l-kura.  Dari l-mard u l-epidemiji qatt ma kienu nieqsa, anzi kienu hafna iktar komuni l-iktar fi bliet kbar minghajr igjene ta’ xejn (djar minghajr ilma jew loki).  Mewgiet ta’ pesta (bhal dik tas-seklu 14 li qatlet terz tal-popolazzjoni ta’ l-Ewropa) ta’ kolera u ta’ tuberkolozi hallew tharbit socjali u ekonomiku barra l-mizerja u tbatijiet immensi.  Meta tfaccat il-marda tas-sifilida fit-tmiem is-seklu 15 (jinghad li gabuha l-bahrin ta’ Kristoferu Kolombu mill-Amerika) din xeghlet madwar l-Ewropa u peress li ma kinux jafu sew x’inhi l-kura spiss kienet aghar mill-marda.

(Dr Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta’ Marzu)


FORSI JINTERESSAWK

La ghadna hajjin ….

Qassis iddecieda li jitlaq il-ministeru ta’ qassis u sar deffien. Xi hadd staqsieh ghaliex telaq u dan wiegeb:

  “Meta kont qassis kont nghid liz-zghazagh biex ihallu t-triq l-imghawga, nipprova npoggihom fuq dik id-dritta izda wara ftit jergghu ghallikienu. Kont inkellem lill-mizzewgin biex ihallu l-hajja hazina li kienu qed jghixu u jergghu ghat-triq id-dritta.  Imma kliemi ma kinux jaghtu kasu.  Insomma, kont nipprova niddrittahom imma ghalxejn.  Issa nahdem fost il-mejtin... u dawn darba niddrittahom jibqghu dritti ghal dejjem.”

Sakemm il-bniedem jibqa’ haj jibqa’ jizbalja. Imma jekk nitghallmu mill-izbalji l-waqghat ikunu inqas spissi. U niftakru li min waqa’ u rega’ qam qisu ma waqax.


Tama tal-hajja

Xi hadd darba qal:

  “Tista’ tghaddi erbghin jum bla ikel... ghoxrin jum bla ilma… erbat ijiem bla irqad, erba’ minuti bla arja u inqas minn erba’ sekondi bla tama. Min jghix bla tama mhux jghix ikun imma jezisti.”

Gesù qalilna:  “Ejjew ghandi intom imtaqqlin u mghobbijin u jien inserrahkom.”


Ateu

L-aghar mument ta’ bniedem li ma jemminx f’Alla hu meta jhoss li ghandu jirringrazzja lil xi hadd u jsib li ma hemm hadd li hu jemmen fih biex jirringrazzjah!


Ftakar fih

Arthur Miller kien qed jiehu drink f’bar meta ragel liebes pulit resaq fuqu u qallu:

        “Int Arthur Miller?”

        “Iva, jien hu.”

        “Lili tiftakarni?”

        “Wiccek donnu mhux gdid ghalija.”

        “Jien Sam. Kont mieghek il-kullegg. Illum ghandi xi department stores. Int x’qed thawwad?”

        “Jien!... Nikteb!”

        “U x’tikteb?”

        “Plays... l-iktar.”

        “Ipproducejt xi tnejn fuq il-palk jew?”

        “Iva, xi whud.”

        “Tghid smajt b’xi wahda jien?”

        “Nahseb li smajt b’Death of a Salesman!”

Sam inhasad. Wiccu bjad. Ma kienx jaf li siehbu sar daqshekk popolari. Ghal mument ma setax ilissen kelma u mbaghad qal:

        “Mela dak int Arthur Miller!”


Ghal min irid jifhem

Wara li rtira mill-Università ta’ Chicago, Robert Hutchins staqsewh jekk ghadhomx jghallmuhom dwar il-Komunizmu.

        “Iva,” ammetta, “u dwar il-cancer fil-Medical School!”


L-umiltà

Kien kappillan twajjeb u n-nies tal-parrocca tawh medalja li fuqha kien hemm il-kliem:

        ‘Lill-aktar kappillan umli tad-djocesi.’

Izda haduhielu l-gimgha ta’ wara ghax dan fettillu jilbisha.


AHBARIJIET TA’ INTERESS

IZZEWGU

Ronnie Camilleri ta’ Triq il-Knisja lil Janet Xuereb ta’ Triq Bingemma;

Simon Grima ta’ Triq il-Madonna ta’ Lourdes lil Maureen Buttigieg (Xewkija);

Lisa Marie Portelli ta’ Triq Guzè Ellul Mercer lil David Attard (Ghajnsielem).

Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien infakkruhom fit-talb.  Qeghdin fis-sena ddedikata lir-ruzarju.  Jalla nsibu wisa’ fil-familji taghna ghal din it-talba.  It-talb hu garanzija ta’ ghaqda.


IL-LAQGHA TA’ JANNAR

Bhas-soltu nibdew is-sena b’dahka ta’ bejn il-hbieb fil-farsa ta’ Spiru – farsa li zgur ma ghandha bzonn ta’ ebda introduzzjoni man-nies tan-Nadur.  Din is-sena kien jisimha ‘Spiru u l-Maratona tal-Football’.  Kienet mibnija fuq situation humour fejn id-dahka l-kbira tkun minsuga fl-istorja kollha b’sorpriza fit-tmiem.

Numru sabih ta’ guvintur attendew ghal din il-laqgha.  Maghhom kellna wkoll ghadd ta’ old boys.  Hadna gost li numru hekk sabih ta’ guvintur laqa’ l-istedina taghna u jalla jibqa’ numru sabih minnhom li jzomm l-appuntament ta’ kull xahar.  Il-laqghat, fuq medda ta’ sena, ikunu mhawrin sew.  Ibqa’ cert li minn kull laqgha tiehu xi haga.  Nafu li llum il-hajja hi mghaggla u mhux dejjem issib il-hin biex tattendi – forsi frott l-aljenazzjoni, minhabba xi harga mal-hbieb u l-bqija.  Izda mil-laqgha ta’ Jannar nintebhu li fejn hemm ir-rieda wiehed kapaci jsib hin u jattendi.  Il-futur tal-laqgha jiddependi minn dawk li jzommu l-appuntament maghna u jaghtuna titwila fl-ewwel Sibt tax-xahar.

Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.


IL-LAQGHA TA’ FRAR

Ser issir nhar is-Sibt 1 ta’ Frar fis-7.15p.m.  Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll ghal din il-laqgha ta’ l-ewwel Sibt.  Meta thajjar lil shabek jigu wkoll tkun qed tghin fit-tixrid tal-kelma t-tajba. 

Mela habib narawk nhar is-Sibt 1 ta’ Frar fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca ...u jekk taf b’xi hadd li s-soltu narawh biss ghall-farsa ghaddilu kelma.   Nixtiequ ferm li nkunu numeruzi bhalma konna ghal-laqgha ta’ Jannar.


NAF LI NASAL

Jekk tahseb li ser tehel, hemm tibqa’

Jekk tiffissa f’xi fjask, ma tasalx.

Jekk tahseb li m’intix ser tirbah, titlef

Jekk tigri wara l-hin, ma tlahhaqx.

 

Jekk tinfixel b’xi telfa, qatt glorja

Ghax dak li hemm fil-mohh biss isehh.

Is-success hu haga mentali

Aktar minn dawl ta’ sajjetta jlehh.

 

Il-battalji tal-hajja qatt ma ntrebhu

Mill-aktar f’sahhtu jew ghani fil-hsieb

Izda minn dak li go mohhu dahhalha

Li ghalih is-success wara l-bieb.  


SNAPSHOTS

Stejjer u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom

 

Il-mexxej Indjan Mahatma Gandhi

kien inqatel minn estremista Hindu

fl-1948.

L-assassin kien qed jistenna

bil-pali ta’ idejh flimkien,

li hu sinjal Hindi,

li jfisser hbiberija.

F’idejh kien qed jahbi revolver zGhir.

Kif Gandhi kien ghaddej

sparalu tliet tiri mill-qrib.

Hekk kif Gandhi waqa’ fl-art

ghamel idu ma’ mohhu,

li hu sinjal Hindi,

ta’ mahfra.

Meta kien fil-prova

Gandhi wera tassew il-fibbra tieghu.

 

U ahna min itellifna ftit

nehduha kontrih

u ta’ tazza nippruvaw niehdu barmil.

Ghal xi whud il-mahfra hi biss

ghall-okkazjonijiet li fihom ma tistax taghmel iehor.

Jahasra!

Jinsew li l-mahfra tnehhi toqol mill-qalb.

 

Qal sewwa dak l-gharef meta lissen:

“Meta bniedem hazin jonqsok ahfirlu

ghax inkella n-nies il-hziena jkunu tnejn.”


Fi Frar tigi ccelebrata l-festa ta’ San Valentinu.  Din il-grajja turina li l-imhabba tmur ‘il hemm minn dak li jidher. 

WARDA FUQ IL-PAVRU

John Blanchard qam mill-bank fejn kien qed jistudja l-ghagha tan-nies ghaddejja mill-istazzjon centrali ta’ New York. Kien qed jgharrex ghal tfajla li kien jaf lil qalbha izda ma kellux hjiel ta’ suret wiccha. Kien ilu johlom biha tlettax-il xahar minn dik il-ghodwa f’hanut tal-kotba wzati gewwa Florida. Kien qed iqalleb il-kotba sakemm gie f’idejh wiehed li kien mizghud b’noti hfief b’lapes. Il-kalligrafija kienet tixhed persuna ta’ hsieb, metikoluza u preciza f’dak kollu li taghmel.

Fin-naha ta’ gewwa tal-qoxra sab l-isem ta’ dik li xi darba kienet sidtu: Miss Hollis Maynell. Kellu jaghmilha ta’ ditektiv biex irnexxielu jakkwista l-indirizz taghha. Kienet tghix New York. Kitbilha ittra u stedinha biex tirrispondih. L-ghada kellu jhalli pajjizu ghal missjoni fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Matul is-sena u xahar ta’ wara ghaddew bejniethom bosta ittri. Kull ittra kienet zerriegha tajba fuq art ghammiela. L-imhabba bdiet toktor. Blanchard talabha ritratt izda dan qatt ma wasal. Kienet thoss li jekk ihobbha bil-verità, suritha ma kellhiex taghmel differenza ghalih.

Meta seta’ jmur lura d-dar iffissaw appuntament – fis-7.00 ta’ filghaxija fi Grand Central Station ta’ New York.

“Taghrafni mill-warda hamra li jkolli fuq il-pavru,” kitbitlu.  Ghalhekk fil-hin miftiehem kien qieghed fil-post maghzul jistenna lit-tfajla li kien sar jafha lil qalbha izda mhux lil wiccha.

Mr Blanchard ikompli l-grajja:

“Rajt tfajla riesqa lejja: irqiqa u twila; xagharha kollu nokkli jilaghbu ma’ widnejn delikati; ghajnejha blù daqs is-sema car tax-xitwa; xofftejha u l-haddejn fini daqs il-kristall; kienet liebsa libsa hadra li fiha stajt tilmah il-bidu tar-rebbiegha.

“Tant kont mifxul inhares li anqas biss intbaht li ma kellhiex warda fuq il-pavru. Malli qomt, tbissima ghawget ix-xofftejn sbieh taghha u lissnet: “Sejjer xi mkien bahri?”  U donni bla ma naf ghamilt pass iehor lejha u b’hekk stajt nara lil Hollis Maynell. Kienet ezatt wara dik it-tfajla angelika. Sibt ruhi quddiem mara ta’ aktar minn 40 sena, b’xagharha kwazi beda jibjad migbud taht kappell.  Kienet aktar minn mibruma, b’saqajn hoxnin go zarbun catt.

“It-tfajla liebsa l-ahdar baqghet miexja u jien hassejtni ninqasam fi tnejn, tant kont imxennaq biex nimxi warajha izda l-ahhar tlettax-il xahar ma hlomt b’hadd ghajr b’Hollis.

“Bqajt hemm qisni statwa tal-melh. Wiccha mfaqqa’ kien juri certa mhabba matura u ghajnejha grizi kienu leqqiena. Ma kienx hemm x’taghmel! 

“Urejtha l-ktieb b’qoxra blù tal-gild li kellu juriha jien min jien. Forsi din ma kinitx ser tkun imhabba, forsi xi haga aktar, hbiberija li taghha kelli ghalfejn inkun obbligat.

“Waqqaft spallejja u sellimtilha, newwiltilha l-ktieb hekk kif ghoqla telghet ghal grizmejja bid-dizappunt li hassejt f’qiegh qalbi.  ‘Jien Lieutenant John Blanchard, int Miss Maynell, hux hekk? Ili hafna biex niltaqa’ mieghek. Immorru nieklu?’

“Wicc il-mara sar tbissima wahda. ‘Ma nafx din xi storja hi, ibni. Jien m’iniex Maynell u kienet dik it-tfajla liebsa l-ahdar li qaltli biex naghmel din il-warda fuq il-pavru. Qaltli li jekk toffrili biex tehodni niekol ghandi nghidlek li hi qieghda tistenniek f’dak ir-ristorant il-kbir li qed tara n-naha l-ohra tat-triq. Ippruvat tfissirli li dan hu forma ta’ test!’”

Mhix haga difficli li tintebah u tammira l-hsieb ta’ Miss Maynell. In-natura vera tal-qalb tidher kif wiehed igib ruhu ma’ l-ordinarju u n-normali.


> Mur lura ghall-pagna principali