Nadur - FECC

 

Il-25 Konvenzjoni Internazzjonali tal-FECC fin-Nadur fl-2005
- jikteb Peter Paul Buttigieg

Il-Kunsill Lokali tan-Nadur sar membru tal-FECC (Federation of Eurpean Carnival Cities) fl-2001, meta delegazzjoni mis-Sotto Kumitat tal-Karnival, immexxi mis-Sindku Dr. Chris Said, attendiet il-21 Konvenzjoni Internazzjonali tal-FECC li saret ir-Russja, f'St. Petersburgh u Puskin bejn 27 ta' Mejju u it-3 ta' Gunju, 2001.

Fil-prezentazzjoni bhala membri godda, li saret minn Peter Paul Buttigieg lil 195 delegat prezenti minn 25 pajjiz, inghata taghrif mghejjun minn video, dwar il-lokalita tan-Nadur, b'mod specjali dwar:

o Il-Karnival Spontaneju li jsir tul l-hamest ijiem fi Triq Dicembru 13, bhala l-Uniku Karnival Makabru u Grottesk li ghadu jsir fil-gzejjer Maltin, li jigbed eluf ta' spettaturi u partecipanti mhux biss lokali, izda ukoll barranin.
o Il-Karnival Organizzat: dak tat-Tfal ta' l-iskola li jsir il-Gimgha fis-1:00pm; u dak kompetittiv li jsir il-Hadd min-nofs inhar 'il quddiem fil-pjazza bis-sehem ta' baned jew zeffiena barranin bhala mistiedna.
Minn hawn, il-Kunsill iddecieda li japplika sabiex jospita l-25 Konvenzjoni Internazzjonal tal-FECC fl-2005 hawn Ghawdex stess, peress li din kellha tigi deciza waqt it-22 Konvenzjoni li kellha ssir fil-Polonja minn tlett ibliet - Bukowina Tatrzanska; Zakopane u Krakow, mill-25 ta' Mejju u it-2 ta' Gunju 2002.

It-Tliet kandidati kienu:
1. Nadur, Ghawdex (Malta)
2. Novi Vinadolski (Croatia)
3. Sousse (Tunesija)

Delegazzjoni ta' 13-il ruh immexxija mis-Sindku Dr. Chris Said f'isem il-Kunsill, komposta mis-sinjuri: Peter Paul Buttigieg, Peter Mifsud, Raymond Vella, Joe Zerafa, Anastasja Zerafa, William Said, Lorna Said, Portelli Saviour, Dorothy Forde Frisk, Spiro Sillato u Loreta Sillato, flimkien ma' Kevin Sciberras, rapprezentant tal-Karnival t'Ghawdex, u Joe Mifsud u George Zahra, rapprezentanti tal-Karnival ta' Malta, attendew din il-Konvenzjoni.

It-tliet kandidati ghamlu l-prezentazzjoni taghhom fi tliet serati differenti b'ikel tipiku tal-post, kostumi u kant, kif ukoll inghatat informazzjoni dwar s-servizzi li qed joffru ghal din il-Konvenzjoni.

Il-prezentazzjoni tan-Nadur saret nhar is-Sibt 1 ta' Gunju, l-ahhar jum tal-Konvenzjoni. Wara introduzzjoni mis-Sindku Dr. Chris Said, Peter Paul Buttigieg ghamel il-prezentazzjoni b'taghrif storiku-kulturali tal-gzejjer Maltin, u tan-Nadur bil-Karnival uniku tieghu, mghejjun minn video qasir li sar apposta. Filwaqt li Spiro Sillato allegra bil-kant tieghu, il-bqija tad-delegazzjoni hadet sehem, ilkoll libsin kostumi tradizzjonali Maltin, gentilment mislufa mill-Kazin tal-Banda Imnarja, billi qassmet ikel, xorb, kpiepel u taghrif pubblicitarju.

L-isforzi taghna taw il-frott taghhom ghaliex waqt l-ahhar pranzu ufficcjali f'Bukowina Tatrzanska moghti mis-Sindku Jozef Milan Modla, li ghalaq il-Konvenzjoni, kien imhabbar ir-rizultat mill-President tal-FECC, Van der Kroon:

L-25 Konvenzjoni Internazzjonali tal-FECC 2005 - Nadur,Ghawdex (Malta)
Is-26 Konvenzjoni Internazzjonali tal-FECC 2006 - Novi Vinadolski (Croatia)
Is-27 Konvenzjoni Internazzjonali tal-FECC 2007 - Sousse (Tunesija)

Hekk il-Karnival tan-Nadur kiseb gharfien Internazzjonali!

Ghat-23 Konvenzjoni Internazzjonali tal-FECC li ser issir f'Ovar, il-Portugal bejn il-31 ta' Mejju u it-8 ta' Gunju, 2003 il-Kunsill Lokali gie mistieden biex jaghmel rapprezentazzjoni ohra dwar il-Karnival tan-Nadur.