|
Diskors |
|
Diskors
fl-okkazjoni ta' l-inawgurazjoni tal-Orgni, il-Bradella u l-Bankun,
u t-tqeghid tad-Dijademi tad-deheb fuq ras San Pietru u San Pawl Moqri minn Dun Duminku Camilleri nhar il-Hamis, 26 ta' Gunju 2003. ritratti Joe Zammit / Peter Muscat
Eccellenza
Reverendissima, Mons. Nikola G. Cauchi, l-Eccellenza Tieghek
Ambaxxatur ta' Malta ghas-Santa Sede, il-Kav. Dr. Jimmy Farrugia, l-Arcipriet
Mons. Salvu Muscat, Kan. On. Dun Pawl Zerafa, Sinjuri distinti,
benefatturi, huti Nadurin u dawk kollha hawn prezenti, insellmilkom. Kif
qeghdin taraw, f'din is-sena, il-Kolleggjata Bazilika taghna qed
tinawgura diversi opri kbar, fosthom il-Bradella u l-Bankun, u d-Dijademi
tad-deheb, ilkoll kemm huma biex ikomplu jaghnu u jsebbhu l-istatwa
titulari tal-patruni taghna, il-Princpijiet ta' l-Appostli, San
Pietru u San Pawl; statwa
li issa ilha fostna 121 sena, meta ngabet minn Marsilja fejn
inhadmet fil-fabbrika ta' Galard et Fils fis-sena 1882, mill-ewwel
Arcipriet tal-Kolleggjata, Dun Gwann Camilleri. Matul
dawn is-snin l-istatwa titulari rat diversi tibdiliet.
Meta l-Arcipriet Dun Martin Camilleri ta bidu ghat-tkabbir ta'
din il-Kolleggjata, fis-sena 1907, ha hsieb li jaghmel nicca li fiha
jkun jista tidhol l-istatwa bil-bankun b'kollox.
Din kienet fost l-ewwel fil-gzejjer taghna.
Sena wara, ezattament 95 sena ilu, fil-1908, gew imzanzna l-pedestall
indurat bid-deheb mid-Ditta Farrugia tal-Belt Valletta, inhadmu erba
angli ta' l-injam f'Bolzano, u l-raggiera bil-hamiema tal-bronz li
nhadmu f'Ruma ghad Berterelli u Fanfari ta' Pjazza Minerva.
Il-Bankun u Bradella l-qodma saru hawn in-Nadur minn Pawlu
Falzon u uliedu.
Rigward
il-fidda li din l-istatwa titulari hija mzejna bihom, insibu li
fis-sena 1958 giet mibdula l-raggiera u l-hamiema fejn saru
tal-fidda minn Giuzeppi Pirotta min-Naxxar.
Fl-istess sena Pirotta lesta z-zewg dijademi tal-fidda, l-infietah
ta' San Pietru u s-sejf ta' San Pawl, migbura mill-istess reffejja
tal-vara. Sena wara l-istess
argentier Naxxari lesta l-ornamenti l-ohra li naraw f'idejn l-erba'
angli. Iz-zewg kotba
tal-fidda li nhadmu mid-Ditta Laga Ltd., saru fis-sena 1988 fl-okkazjoni
tal-festi tricentinarji mit-twaqqif tal-parrocca taghna.
Fihom il-mistieden specjali, il-Em. T. il-Kardinal Maurise
Michael Otunga, l-Arcispof ta' Nairobi fil-Kenja, qieghed iz-zewg
volumi ta' l-istorja miktuba mill-istoriku Malti, Patri Alexander
Bonnici. Il-benefattur
insinji tal-Kolleggjata Bazilika, hawn prezenti, il-Kan. On. Dun
Pawl Zerafa, fis-sena 1992 ha hsieb li jordna u jhallas bieba
skulturata u dekorattiva bil-kristalla shiha, tan-nicca tal-istatwa
titulari fuq disinn tas-Sur Michael Camilleri Cauchi.
Hames snin wara, fis-sena 1997, fl-okazzjoni tal-Gublew tad-Deheb
sacerdotali tieghu rega ordna d-dekorazzjoni u l-induratura ta' l-istess
nicca, disinn u xoghol tas-Sur Joe Sagona.
Dan il-benefattur u ammiratur kbir ta' din il-Kolleggjata
Bazilika, Dun Pawl, xtaq li jerga jaghmel opra ohra ikbar minn dawk
li digą semmejna, fejn din id-darba hallas kollox ghall-ispejjes li
saru ghal bradella u bankun gdid dekorattiv fil-bronz. Kien
ilu iberren u jahseb fuq dan il-progett, sakemm nhar l-Imnarja
tas-sena 2000, is-sena tal-Gublew Imqaddes, iddecieda li jaghti bidu
ghal dan il-progett. Il-habib
taghna, Dun Pawl, qabbad lili biex niehu hsieb din l-opra wara li
kien gie approvat mill-membri tal-presbiterium.
Ghalhekk gie mqabbad is-Sur Joseph Chetcuti mill-Kalkara li
barra li s-sengha tieghu bhala bronzar, studja d-disinn u kif ukoll
il-mudell. Tqabbad
mastrudaxxa prim, is-Sur Guzeppi Galea minn Hal Luqa, li matul hajtu
hadem diversi opri f'hafna knejjes f'Malta.
Inxtara l-injam tal-gews amerikan li bih kellhom jinhadmu l-bradella
u l-bankun. Izda mur
ghedlu lil dan Guzeppi li ma kellux ix-xorti li jara dan ix-xoghol
lest, ghaliex kellu jkun l-ahhar bicca xoghol tieghu meta miet
fit-23 ta' Frar 2002, fl-etą ta' 81 sena.
Ghalkemm ix-xoghol kien ghad jonqsu xi affarijiet ohra zghar,
izda l-istruttura kienet kwazi kompleta.
Is-Sur George Xuereb mir-Rahal il-Gdid kompla x-xoghol, fejn
wara ha hsieb il-lostru. Ghall-iskultura
fl-injam tqabbad l-iskultur is-Sur John Suda mill-Imsida.
Dawn l-erba' mghallmin hadmu b'koordinazjoni u
kolloberazzjoni flimkiem fejn tawna dan il-gojjell li qeghdin naraw
illum.
Peress
li mill-hajja miktuba ta' San Pietru u San Pawl insibu hafna
materjal fejn wiehed jista jimrah, id-difikulta kienet liema sejrin
naghzlu u liema sejrin inhallu barra.
Ghalhekk l-ewwel panewa ta' quddiem turina t-titular ta' din
il-Kolleggjata Bazilika, li huwa skola tal-Kalabris Mattia Preti
fejn huwa attribwit lill-alljev tieghu Gio Paolo della Chiesa,
imsejjah ukoll bhala Ir-Romano,
li kien segwaci fidil ta' l-imghallem tieghu.
Hawn naraw lil dawn iz-zewg Appostli mahruga mill-habs
ta' Mamertinum, fit-triqthom lejn il-martirju.
Izda jekk fit-titular naraw lil San Pietru u San Pawl jigu
mifruda fl-istess habs, f'dan l-ewwel panew tal-bronz narawhom fix-xenarju
barra fi triqthom ghal ghaqda dejjiema ma' l-Imghallem li ghalieh
tant sofrew matul hajjithom. Ghalhekk
wiehed jista' jilmah lil Gesu qieghed b'idejh miftuha biex
jilqaghhom u joffrilhom il-kuruna tal-glorja u l-palma tar-rebha. Wiehed
jara wkoll xi zjieda f'dan il-panew ghaliex jilmah fil-gnub tieghu
zewg suldati fuq iz-zwiemel taghhom.
Din l-idea giet mehuda mill-affresco li hemm fil-gnub ta'
wiehed mill-artali li jinsab fil-Knisja ta' Santa Maria in
Traspontina ahna u dehlin fil-Vatikan.
Fit-tielet kappella li hemm fuq ix-xellug hemm mizmuma z-zewg
kolonni li tradizzjonalment jinghad li gew marbuta maghhom San
Pietru u San Pawl qabel ma hadu l-martirju taghhom.
Meta l-Papa Ljun XIII li din is-sena qeghdin infakkru l-100
sena mill-mewt tieghu, gholla dan it-tempju monumentali ghal gieh ta'
Kolleggjata, ingabu minn din il-knisja bicciet minn dawn iz-zewg
kolonni fejn wiehed ghadu jista' jarawhom ippriservati f'zewg teki
mal-urna tal-katina ta' San Pietru. Iz-zewg
panewiet tal-gnub gew ikbar, u ghalhekk id-disinjatur setą aktar
jixxala f'dak li huwa xenarju u dettal ta' l-istorja.
Taht l-istatwa ta' San Pietru naraw il-panewa marbuta mieghu.
Din tirraprezenta t-tempesta fuq il-bahar ta' l-ghadira tal-Galilija,
meta l-Appostli fuq id-dghajsa kienu sejrin jgherqu, u hawn huma
jilmhu lil Gesł miexi fuq il-bahar riesaq lejhom.
Hawn San Pietru bhas-soltu joffri lilu nnifsu biex jimxi fuq
dan il-bahar imqalleb halli jiltaqa' ma Gesł.
Izda meta ra dak il-mewg kollu taht riglejh naqsitu l-fidi u
habat jeghreq. Talab l-ghajnuna
u Gesł helsu u waqqaf it-tempesta.
F'dan il-panew wiehed jilmah lil Gesł imidd idejh biex
jaqbad idejn San Pietru halli jsalvah filwaqt li fl-isfond naraw l-Appostli
l-ohra jikkumbattu mad-dghajsa kollhom mistaghgba jaraw dak li
qieghed jigri quddiemhom. Fil-panewa
tan-naha ta' San Pawl, wiehed ghandu josserva xena familjari maghna
l-abitanti ta' dawn il-gzejjer.
Jekk ta' San Pietru naraw it-tempesta, hsibna li naghmlu l-istess
minn din il-panewa. Mela
appuntu nosservaw in-nafragju ta' l-Appostlu Missierna San Pawl.
Jekk wiehed jinnota fil-Kolleggjata Bazilika taghna, ma naraw
l-ebda kwadru li jurina dawn iz-zewg episodji.
Izda dwar in-nafragju ta' l-Appostlu Missierna, ghandna hjiel
taghha fin-nava li jgib ismu fejn hemm il-bieb tan-nofsinhar.
Hawn naraw xi angli jahdmu l-parti figurattiva ta' dan l-episodju.
F'dan il-panew tal-bronz il-modellatur holoq lil San Pawl
nofsu gheri jfarfar il-lifgha fil-huggiega tan-nar, imdawwar
bix-xhud li diga salvaw mill-gharaq, u s-suldati u xi abitanti ta'
Malta halli jaraw x'gara u jaghtu l-ghajnuna taghhom.
Ix-xini jidher fi sfond jitfarrak mal-mewg u l-blat, filwaqt
li l-Anglu tal-Mulej jitkellem ma San Pawl fejn jassigurah li hadd
ma jintilef u li jehtieg li jahbtu ma' gzira.
Verament kienet disgrazzja providenzjali. L-ahhar
panewa, li tigi fuq wara, hija simbolika, figurattiva u storjologika.
Hija maqsuma f'erba partijiet minsugin flimkien ghaliex huma
ta' l-istess epoka. Fil-parti
principali naraw lill-Isqof Fra Davide Cocco Palmeri qieghed jaghti
d-digriet lill-ewwel Kappillan ta' din il-parrocca, Dun Bernard
Haber, fejn jordnalu biex jibni l-knisja parrokkjali fuq il-gholja
"Ta' Nadur" iddedikata lill-Appostli San Pietru u San
Pawl, ezattament fejn illum ninsabu. Fuq id-digriet insibu minquxa hekk "Nadur
28 -IV -1688". Magenb
l-Isqof Palmeri nsibu l-figura tal-benefattur ta' din l-opra kbira,
il-Kan. On. Dun Pawl Zerafa, li ghalkemm ma' ghandu x'jaqsam xejn ma
din l-istorja, kif tafu daqsi, ghandu x'jaqsam ma din l-opra.
Dan sar l-ewwel bhala rikonoxximent u kif ukoll biex jibqa
mfakkar ghal dejjem ta' dak kollu li huwa wettaq.
Fuq
ix-xellug naraw il-Gran Mastru Gregorju Carafa qieghed taht
il-baldakkin merfugh mill-paggi tieghu.
Dan il-Granmastru kien li rregala l-art biex fuqa tinbena l-knisja
parrokjali, u kif ukoll art ohra fl-istess inhawi bhala prebenda
tal-kappillan tal-parrocca. Fuq
il-lemin naraw it-twajjeb Girgor Butigieg flimkien ma l-unika mara
li tinsab f'dawn l-erba' panawiet u z-zewg uliedha. Ma' dan Girgor hemm marbuta
diversi stejjer jew leggendi.
Fosthom l-aktar wahda popolari fostna hija li kien hu li
jrnexxielu jsolvi fejn kellha tigi mibnija l-knisja parrokkjali. Ghalhekk biex jaqta' kull kwistjoni, talab l-ghajnuna
tal-Hallieq, u ghabba zewg kantuni fuq dahar il-bhima tieghu u
halliha tterraq fejn trid, waqt li hu kien qieghed jitlob u l-ewwel
abitanti mimlijin kurzita jimxu warajh.
Waqt li naraw il Girgor jipponta b'idejh fejn kellha tinbena
l-knisja, naraw li tfajjel imqarqac jiprova jigbed ir-riedni
tal-bhima halli timxi aktar 'l quddiem.
Fuq dawn it-tliet xenarji naraw fuqnett, fis-smewwiet,
il-Patruni ta' din il-parrocca l-gdida, San Pietru u San Pawl,
qeghdin ibierku 'l din l-unika parrocca f'dawn il-gzejjer li hija
ddedikata ghalihom it-tnejn f'daqqa. Taht
dawn l-erba' panewiet naraw erba' armi li jgibu l-istemma tal-Kan.
On. Dun Pawl Zerafa fuq quddiem, ta' l-Isqof Mons. Nikola G. Cauchi
taht dik ta' San Pietru ghaliex se tigi mbierka minnu, ta' l-Arcipriet
Mons. Salvu Muscat taht dik ta' San Pawl, ghaliex f'zmien
il-parrokat tieghu giet ikkommissjonata din l-opra, u fuq ta' wara
l-arma tan-Nadur, ix-Xemx tielgha wara l-Gholja sorguta fil-bahar. Fil-gnub
taz-zewg panewiet ta' quddiem u dik ta' wara, naraw erba' nicec.
Fihom insibu l-erba papiet li ghandhom x'jaqsmu mat-titli
onorificenzi ta' din il-Kolleggjata Bazilika tan-Nadur. Kif wiehed
jinnota, kull persunag jidher liebes differenti li xi ftit jew wisq
ghandu x'jaqsam mal-gieh li jkun ta lil-parrocca jew il-Kapitlu. Din
is-sena jahbat l-anniversrju mill-mewt ta' tnejn minn dawn il-Papiet
Il-100 sena mill-mewt tal-Papa Ljun XIII li fl-20 ta' Lulju
1903 halliena fl-etą ta' 93 sena.
Kien dan il-Papa kbir difensur tal-haddiema li fid-19 ta'
Settembru 1894 gholla l-parrocca taghna ghad-dinjitą ta'
Kolleggjata Insinji bil-bulla tieghu Sanctę Romanę Ecclesię.
U l-25 sena mill-mewt tal-Papa Pawlu VI li grat fis-6 ta'
Awissu 1978, fl-etą ta' 81 sena. Kien dan il-Papa twajjeb li gholla l-Kolleggjata taghna
ghad-dinjitą ta' Bazilika Minuri fis-26 ta' Gunju 1967 bl-Ittri
Appostolici Romę Parentibus.
Fuq wara naraw il-Papa Piju XII li fis-16 ta' Gunju 1952,
bil-Brevi tieghu ghogbu jaghti lill-Kanonci kollha tal-Kapitlu tan-Nadur
l-uzu tal-Pellicca fix-xhur tax-xitwa, kif ukoll dak tal-Gunta
tal-Kanoni u l-Bugija. Fuq
in-naha l-ohra nsibu l-Beatu Papa Gwanni XXIII, li b'digriet tat-3
ta' Jannar 1963 gew moghtija lill-Arcipriet pro tempore l-privileggi
ta' Protonotarju Appostoliku, bit-titlu ta' Monsinjur. Fl-ahharnett
fil-Bradella barra li nsibu diversi angli, wiehed jinnota zewg
figuri ohra li barra li huma dekorattivi, huma ukoll simbolici.
Dawn jirrapprezentaw lil Malta u n-Nadur li fuq rashom ixiddu
l-kuruna morale. Jekk
Malta hija fortizza, in-Nadur igib il-motto tieghu Vigilat, qieghed
jghasses. Jekk Malta
haddnet il-fidi ta' dawn iz-zewg Appostli, hekk ukoll ghamel in-Nadur,
fejn sal-lum it-tnejn li huma ghadhom jissieltu biex iharsu t-twemmin
tan-Nazzarenu. Mela
b'hekk rajna fuq fuq it-taqsimiet kollha fejn flimkien migbura
juruna li fil-bradella nsibu l-hidma ta' San Pietru u San Pawl;
fil-pedestall is-sejha u l-martirju;
u l-istatwa titulari turi l-glorja misthoqqha minghand is-Salvatur
Gesł Kristu. Rigward
id-dijademi tad-deheb, dawn gew migbura fl-Imnarja tal-Gublew
Imqaddes, f'Gunju 2000, minghand 24 benefattur.
Id-disinn sar mill-Mazzier tal-Kapitlu Marco Azzopardi, fejn
turi girlanda tar-rand bit-tnax ir-rozun li jirraprezentaw it-tnax-il
Appostlu. Ix-xoghol sar
kollu fid-deheb pur mic-cesellatur is-Sur Ivan Bartolo, minn Bormla,
filwaqt li l-mudell sar mis-Sur Joe Galea mill-Gudja.
Ghalhekk kien hemm ix-xewqa li dawn iz-zewg dijademi
jitbierku mill-Papa nnifsu biex jitfakkru l-predecessuri tieghu,
iz-zewg Papiet Ljun XIII u Pawlu VI, li huma 'lkoll is-successuri ta'
San Pietru. Kien
l-Ambaxxatur ta' Malta ghal Vatikan, l-E.T. il-Kav. Dr. Jimmy
Farrugia fejn ta l-ewwel ghajnuna tieghu.
Ma' Dr. Farrugia tawh l-ghajnuna taghhom wkoll Mons. Alfred
Xuereb li qieghed jahdem fil-Vatikan u sehibna Mons. Guzeppi Attard.
Dawn gew imbierka mill-Q.T. il-Papa Gwanni Pawlu II fit-28 ta'
Mejju 2003 waqt l-Udjenza Generali.
Kif konna weghidna l-benefatturi, naqqaxna isimhom bhala
tifkira dejjiema tal-generozitą taghhom.
Naqqaxna ukoll iz-zewg grajjiet tat-tberik u l-funzjoni
tal-lum mill-Isqof Mons. Cauchi u l-Ambaxxatur Farrugia.
Fl-ahharnett
filwaqt li niehu din l-opportunitą li nirringrazzja l-benefatturi
kollha, nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li taw daqqa
t'id bil-parir kostruttiv taghhom.
B'hekk biss dawn l-opri kollha li semmejt minn holma setghu
jisiru realta quddiemna biex mhux biss nuru l-imhabba u l-gieh lejn
dawn iz-zewg Princpijiet ta' l-Appostli Patruni taghna San Pietru u
San Pawl, izda wkoll sabiex kemm ahna u dawk ta' warajna nitpaxxew
lkoll b'dawn l'opri kbar li illum qeghdin jigu nawgurati. Grazzi. |
|||
|
|
|||