Anniversarju

 

Kitba ta’ Dun Duminku Camilleri.

 200  sena  mit-tberik
TAl-knisja parrokkjali  tan-nadur
illum  KolleGGjata  u  BaZilika
iddedikata  lill-appostli 
San  Pietru  u  San  Pawl
1804 - 2004

Kien l-Isqof, Fra Davide Cocco Palmeri (1684-1711), li wara li waqqaf il-parrocca tan-Nadur fit-28 ta’ April 1688, u kkonfermata mill-Beatu Papa Innocenzju XI (1676-1689) fil-5 ta’ Marzu 1689.  Fl-editt tieghu ordna li tinbena knisja fuq il-gholja “Ta’ Nadur” fuq l-art li giet moghtija mill-Gran Mastru Gregorio Carafa (1680-1690).  L-Isqof wera x-xewqa tieghu li din il-knisja tkun iddedikata lill-Princpiet ta’ l-Appostli, San Pietru u San Pawl.  L-ewwel Kappillan taghna kien Dun Bernard Haber (1689-1705) fejn ta’ bidu ghal bini ta’ l-ewwel knisja parrokkjali li dament tinbena madawr hmistax-il sena, (1690-1705).  Sa dan intant il-parroccjani kienu qeghdin jaghmlu uzu mis-Santwarju tal-Kuncizzjoni msejjah tal-Qala.  Il-knisja l-gdida, ghalkemm kienet xi ftit zghira, 22 tul b’7 metri wisa’ (71 bi 22 pied), hija kienet kbira bizzejjed biex taqdi l-bzonnijiet mehtiega ghal dawk l-ewwel zminijiet tat-twelid tal-parrocca. 

Bini ta' knisja gdida

Meta r-raba kappillan tan-Nadur, Dun Salv Galea (1743-1778) ha l-pussess tal-parrocca, sab li matul il-hamsin sena li l-parrocca tan-Nadur kienet ilha mwaqqfa, il-popolazzjoni kienet irduppjat.  Ghalhekk il-knisja parrokkjali, li ma kienx ilha 40 sena li nbniet, kienet digà bdiet tinhass li hi zghira ghall-popolazzjoni li dejjem kienet qieghda tikber. Skond l-ewwel Status Animarum, li sar fis-sena 1695 mill-kappillan Haber, il-popolazzjoni tal-parrocca kienet ta’ 410 ruh.  Meta ftit xhur wara li lahaq kappillan, Dun Salv ghamel l-ewwel Status Animarum tal-parrokat tieghu fis-sena 1744, il-popolazzjoni telghet ghal 1143.

Il-popolazzjoni baqghet tikber tant li 11-il sena wara, fis-sena 1755, telghet ghal 1378 ruh.  Il-bzonn ta’ knisja akbar u isbah ghall-kumdità tal-poplu nhasset urgenti u meta l-Isqof Bartilmew Rull (1757-1769) ghamel l-ewwel zjara pastorali tieghu fil-parrocca tan-Nadur fil-5 ta’ Gunju 1760, huwa osserva li l-knisja parrokkjali kienet saret zghira wisq.  Il-Kappillan Galea minn dak inhar stess medd ghonqu ghall-bini ta’ knisja gdida li barra li kellha tkun akbar mill-ewwel wahda, kellha wkoll tkun wahda monumentali.  Il-knisja parrokkjali gdida giet progettata li tinbena madwar l-ewwel knisja parrokkjali.

Il-problemi kienu kbar. Il-faqar tal-gzira ghawdxija kien jinhass sewwa.  Billi n-Nadur jinsab fuq gholja, il-garr tal-gebel mill-barrieri li kienu jinsabu lejn in-naha tax-Xewkija, kien ser jiehu hafna zmien u kien ser jiswa hafna flus zejda.  Izda l-kappillan Galea ma qatax qalbu, ghax hadd daqsu ma kien jaf kemm kienet mehtiega l-knisja, u li l-bini taghha ma kienx ser isir b’kapricc.  Il-hsieb tieghu kien li tinbena knisja li tkun l-akbar wahda ta’ Ghawdex sa dak iz-zmien u fuq kollox tkun artistika.  Ghal din il-bicca xoghol kbira gie maghzul l-arkitett ta’ hila, Guze Bonici.

Kien arkitett u inginier militari.  Jinghad li Bonici fit-18-il seklu ipproduca l-isbah xoghlijiet fl-arkitettura maltija.  L-istoriku Quentin Hughes fil-ktieb tieghu “The Buildings of Malta 1530-1795” hallielna miktub fuq Giuseppe, li ma hemm xejn nieqes fid-disinni arkitettonici tieghu.  Kien arkitett  mudell u kapaci b’dixxiplina jikkontrolla x-xogholijiet tieghu.

Fis-sena 1734, meta pprezenta l-pjanti tal-knisja ta’ San Publiju tal-Furjana, huwa gie maghzul bhala l-arkitett eklezjaztiku ewlieni.  L-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Gwann kellha stima kbira lejn ix-xoghlijiet tieghu.  It-talenti tieghu gew ipprovati meta qabduh jippjanta d-Dwana fil-port tal-Belt Valletta.  Il-bravura tieghu kienet li l-pedamenti ta’ din id-dar kellhom jibdew mill-qiegh tal-bahar u ghalhekk kienu suggetti ghall-kurrenti tal-Port il-Kbir.  Din il-kostruzzjoni hija kkonsidrata bhala l-kapulavur arkitettoniku tal-hila kbira tieghu.  Insibu wkoll li ghamel il-pjanti tal-knisja ta' Santa Barbara u Ta’ Liesse gewwa l-Belt.   Kien gie afdat bix-xoghol tal-bini tal-Kastellanija f’Valletta, li originalment kienet minn Stefano Zerafa.

Izda ghall-knisja tan-Nadur, l-arkitett Bonici ghamel uzu minn disinn li kien sar xi snin qabel mill-fratell kappuccin Fra Guzepp Grech, imlaqqam Ta' Qrolli, mill-Isla.  Dan il-fratell kappuccin kien maghruf sewwa ghad-disinji ta’ knejjes.  Hu kien wera l-hila tieghu, mhux biss fil-gzejjer taghna, imma wkoll f’artijiet ohrajn.  F’dak l-istess zmien, il-kappuccini bnew fuq disinji tieghu tnejn mill-knejjes taghhom:  dik ta’ Santa Barbara fil-Kalkara u l-ohra tal-Madonna tal-Grazzja fit-truf tar-Rabat ta’ Ghawdex.

Billi l-knisja kienet sejra tkun wahda gdida, il-Kappillan Galea ried li jsir it-tberik ta’ l-ewwel gebla taghha.  Kien il-Hadd, 28 ta’ Settembru 1760.  Skond it-tradizzjoni din il-gebla tinsab fejn hemm il-bieb il-kbir. Ix-xoghol tal-bini gie afdat f’idejn mastru Mikiel Pisano, iben Frangisk, mlaqqam In-Namrat, min-Nadur stess.  Biz-zmien il-bennej tbiddel u naraw li kien hemm ukoll tnejn ohra:  mastru Karlu De Brincat u mastru Anton Gafà Tal- Qalfat min-Nadur ukoll.  Il-Kappillan ghazel lil Dun Guzepp Buttigieg bhala prokuratur tal-bini.

F’dawk iz-zminijiet x’aktarx il-faccata biss kienet tkun artistka bil-lavur, il-bqija tal-knisja jingibed ghad-dritt biex jitnaqqsu l-ispejjez.  Izda mhux hekk ghamel l-arkitett Bonici;  sintendi mmexxi mill-kappillan Galea u anki mix-xjuh taghna.  Ix-xoghol kollu li kien hemm fil-faccata komplieh mat-tliet faccati, jigifieri mal-faccati tal-gnub u anki mal-faccata ta’ wara.  Meta wiehed jara sewwa z-zewg ritratti qodma tal-knisja kif kienet qabel ma tkabbret u li qieghed nippubblikahom f’din il-pagna, jara zewg ordnijiet madwar il-knisja kolla, anke man-naha ta’ wara.  Wiehed jinnota, l-ewwel ordni  kemm fit-tieni, iz-zokklu, il-pilastri li jispiccaw kollha bil-kapitelli.  Imbaghad naraw zewg gwarnicuni, li jibdew mill-faccata u jibqghu jduru mal-knisja kollha, min-naha ta’ wara wkoll.  Sahansitra l-imwiezeb ghandhom il-lavur taghhom.  Meta wiehed ikun jaf bid-diffikultajiet li kelhom ihabbtu wicchom maghhom ix-xjuh taghna, jistaghgeb kif ma qatghux qalbhom biex igorru minghajr toroq adattati ghal dak il-gebel kollu ta’ l-ordni, gebel kbir li kien hemm bzonn biex isiru dawk il-gwarnicuni u l-kapitelli u tant lavur iehor.

Fil-21 ta’ Ottubru 1773 saret l-unika vizta pastorali mill-Isqof Ganni Pellerano, fejn osserva kif il-knisja l-gdida kienet issa qieghda tidfen il-qadima, peress li kienet qieghda tinbena madwarha.  Meta 200 sena wara kient qieghed jinbidel l-artal maggur, fis-sena 1975, u thaffru xi pedamenti, instab parti mill-hajt tal-kor tal-knisja l-qadima.  Ghalhekk minn dan wiehed jinnota li l-knisja l-qadima kienet twila mill-bieb il-kbir sa fejn illum hemm l-artal maggur.

Ftit xhur wara din il-vizta pastorali, fil-21 ta’ Jannar 1774, miet l-ewwel bennej tal-knisja, mastru Mikilang Pisano, In-Namrat, fl-età ta’ 59 sena.  Warajh dahal ghax-xoghol il-bennej mastru Karlu De Brincat.  Erba snin wara, fis-26 ta' Frar 1778, miet il-Kappillan Dun Salv, fl-età ta’ 65 sena, wara 34 sena jmexxi l-parrocca.  Tmien xhur wara, fid-19 ta’ Ottubru 1778,  naraw li ha l-pussess il-kappillan il-gdid Dun Frangisk Sapiano, fl-età ta’ 42 sena.  Huwa dahal b’ruhu u gismu ghal din il-bicca xoghol iebsa tal-bini tal-knisja, u wassalha sat-tmiem taghha.  Naraw ukoll li sena wara pussess ta’ Sapiano, fil-1779, miet ukoll l-arkitett Giuseppe Bonici, fl-età ta’ 74 sena.

Meta l-Isqof Vincenz Labini (1780-1808) ghamel l-ewwel vizta pastorali tieghu, minn ghaxra li ghamel fin-Nadur, nhar 31 ta’ Mejju 1781, huwa osserva li s-sagristija kienet digà lesta.  Hekk ukoll sitt snin wara, meta l-istess Isqof, fil-14 ta’ Mejju 1787, ghamel il-hames vizta pastorali tieghu, huwa osserva li kienu digà lesti kemm il-kor u kif ukoll z-zewg sagristiji.  Hekk ukoll erba’ snin wara, fil-15 ta’ Mejju 1791, fis-sitt vizta tieghu, l-Isqof Labini ezamina l-artal maggur il-gdid, li kien jikkonsisti f’tarag tal-gebla taz-zonqor u l-bqija tal-gebla tal-franka.  L-iskannell baqa’ jintuza dak ta’ l-injam indurat, li kien tal-artal il-qadim, tas-sena 1742 li wiehed ghadu jista jarah fil-muzew tal-Kolleggjata.

Max-xoghol tal-bini tal-knisja gie mtella’ wkoll kampnar wiehed, dak tan-naha ta’ nofsinhar fejn tqieghdu fih zewg qniepel li kienu saru fis-snin 1715 u 1745. (L-iehor tat-tramuntana tlesta fis-sena 1870).  Naraw ukoll li dawn il-kampnari huma mtellghin b’arti  kbira.  X’aktarx, il-kampnari jibdew minn fuq il-bejt tal-knisja u tant drabi ma jkollhom l-ebda rabta u armonija mal-bicca l-kbira ta’ tahthom.  Izda l-kampnari tan-Nadur jibdew minn fuq iz-zuntier u huma ppjantati ghalihom, b’mod li tara l-kampnar mibdi minn fuq iz-zuntier.  Il-kampnar jinsab imqassam fi tliet ordnijiet, qabel ma jibda l-veru kampnar fejn hemm il-qniepen, kif ukoll ghandu ghaddejjin mieghu z-zewg gwarnicuni li jduru mal-knisja kollha u jifforma armonija perfetta mal-bqija tal-knisja minn barra.

Fi zmien meta l-knisja ma kienx ghad ghandha arlogg taghha, hadu hsieb biex mal-kampnar ta’ nofs in-nhar jaghmlu arlogg tax-xemx.  Dan ghadu jeziti, u jikkonsisti f’hadida fil-hajt, u mdawra bir-raggi li jindikaw is-sighat.  Id-dell li titfa’ l-hadida jimmarka l-hin.

Peress li ma kienx ghad hemm bini madwar il-knisja, gie ppjantat zuntier tassew kbir.  Dan kellu jkun gholi u wiesa’, biex barra li jsebbah it-tempju, ikun jista’ jservi ta’ oqbra fil-knisja, kif kienet id-drawwa f’dawk iz-zminjiet, u bhala kanierja. Iz-zuntier ghandu tliet turgien quddiem it-tliet bibien u tnejn ohra ghas-sagristiji.  Dak ta’ quddiem il-bieb il-kbir jghodd hdax-il targa.  Iz-zuntier idawwar il-knisja mit-tlitt ignub u huwa wiehed mill-ahjar li hawn fil-gzejjer Maltin.  Din il-pjanta taz-zuntier swiet biex tnaqqsu spejjez ohra ta’ qtugh ta’ blat samm biex isiru l-oqbra.  L-gholi taz-zuntier gie ppjanat b’mod li dak li jkollu ’l fuq mill-art iservi ghall-oqbra.  Fil-fatt, il-knisja ma kellhiex bzonn ta’ pedamenti li jinzlu fil-fond ghaliex hi mibnija f’quccata ta’ gholja fuq blat samm, b’hekk dan serva bhala l-pedament taghha.

Ta’ min ifakkar li z-zuntier kien wisq ikbar milli hu llum.  Jekk wiehed josserva r-ritratti li juru l-genb tal-knisja u l-pjanta li hejjejt jien jinduna b’dan.  Trid izzid mal-wisa’  li baqa’ llum dawk il-bicctejn li hemm taht in-navi u l-bicca li hemm taht il-faccata u l-portiku li nbdew fil-bidu tas-seklu ghoxrin.  Barra dan, iz-zuntier kien iktar simmetriku u sabih qabel ma nbnew in-navi, ghax iz-zewg nofs-tondi li hemm madwar it-tarag tal-bieb il-kbir, ma kinux mahrugin ’il barra bhalma jidhru llum, imma kienu mdawrin ’il gewwa.

Wara li flejna l-knisja minn barra, issa nidhlu gewwa u nhallu lill-ewwel storiku Naduri, il-Kanonku Dun Karm Caruana jkompli jiddeskriviha.  Meta wiehed jidhol mill-bieb il-kbir dlonk wiehed ihossu milqut mill-arja tal-knisja; iggaghlek tghid “Kemm hija majestuza!”  L-arkitett Bonici mhux biss hadem it-troll u l-lunetti, imma haseb biex jaghmel it-tieni ordni qabel ma jinbdew it-trolli u l-lunetti, biex kollox ikun fil-libertà tieghu u jissodisfa l-ghajn.  Ghalhekk ma bediex il-pilastri tas-sekond ordni minn fuq il-gwarnicun, imma biex meta tara l-pilastru minn isfel tarah kollu,  fuq il-gwarnicun, l-ewwel nebbet iz-zokklu, gholi madwar metru, imbaghad beda l-pilastru, gholi madwar metru u nofs.  B’dan il-mod is-sekond ordni jitgawda kollu u jaghti lill-knisja arja u sbuhija kbira.

Hekk ukoll l-arkitett ha hsieb biex it-twieqi ma jkunux ikkuppati la mill-genb u l-anqas min-naha ta’ fuq.  Hija u niezla, il-lunetta thalli l-wisa’ li jihtieg miz-zewg bnadi, biex it-tieqa tibqa’ fil-libertà taghha.  Min-naha ta’ fuq it-twieqi (fejn illum hemm il-Kappell) u l-lunetta hemm gholi ta’ metru u nofs. Meta mbaghad timxi l-korsija u tasal qrib il-presbiterju, jinfethu quddiemek iz-zewg kappelluni, tal-Kurcifiss u tar-Ruzarju, li jisirquk bil-gmiel u bis-simmetrija ta’ dak it-tond taghhom, li qatt ma tixba’ thares lejhom.  Generalment il-kappelluni huma migbudin ghad-dritt, imma l-arkitett gibidhom ghat-tond, fejn hemm wisq iktar arti u xoghol u gmiel.  Huma bicca xoghol tassew kbira dawk iz-zewg nofs-hnejjiet li ghamel mal-lunetta u laqqaghhom mal-hnejjiet il-kbar.  Il-kor huwa ta’ l-istess arkitettura u ta’ l-istess gmiel u jifforma armonija wahda mal-kappelluni.

Hawn issa se naghti l-qisien ta’ dan it-Tempju Monumentali kif kien meta gie mbierek.  Il-faccata kienet wiesgha 13.8 metri;  it-tul kien ta’ 47 metru;  fuq wara, minn sagristija ghal ohra hemm wisa’ ta’ 33.8 metri;  l-gholi sal-bejt huwa ta’ 16.6 metri u bil-kampnar b’kollox hemm 24.9 metri.  Fuq gewwa, mill-bieb il-kbir sal-kor hemm 43 metru;  mill-kappellun tal-kurcifiss sa tar-Ruzarju hemm 29.4 metri;  il-korsija hija wiesgha ll.3 metri.

Meta l-Isqof Labini ghamel is-seba’ vista pastorali tieghu fin-Nadur, f’Mejju 1795, huwa osserva li l-knisja l-gdida kienet kwazi lesta wara 35 sena xoghol.  Wara  hakma ta’ 268 sena mill-kavallieri ta’ San Gwann f’Malta (1530-1798), fit-12 ta’ Gunju 1798, il-Francizi habtu ghall-gzira ta’ Ghawdex min-naha ta’ San Blas fejn, meta waslu n-Nadur, huma serqu l-fided kollha li raw barra fil-knisja.  L-oggetti ohra tal-fidda li kienu msakrin fis-sagristija ma haduhomx u sal-lum ghadhom maghna.  Mill-istudju li ghamilt fuq il-manuskritt ta’ Patri Pelegju, nafu li l-Francizi serqu mill-knisja kienu dawn:  l-erba’ lampieri li kien hemm quddiem l-artali, kalci, flimkien mal-kuruna ta’ ras San Koronatu u xi affarijiet ohra.  U biex serqu l-kuruna kellhom jifthu n-nicca.[i]

Meta l-knisja l-gdida kienet lesta mill-bini, ftit qabel is-sena 1804, kienu digà bdew ihottu l-knisja l-qadima halli taghmel wisa’ ghall-gdida.  Dan sar wara 44 sena li kienet ilha tinbena.  Ghalhekk kienet waslet il-gurnata tant mistennija meta l-kappillan Frangisk Sapiano, jbierek u jew jinawgura l-knisja l-gdida fost il-ferh ta‘ kulhadd.  Dan sar il-Hadd, fis-sollenità ta’ San Gwann Battista, fil-24 ta' Gunju 1804.   Il-Kappillan innifsu hallielna miktub hekk dwar din il-grajja memorabbli:

“Bil-permess u d-delegazzjoni ta’ Mons. Labini, Isqof, Arcisqof ta’ Rodi, jiena nnifsi, Frangisk Sapiano, il-kappillan, berikt b’mod solenni l-knisja parrokkjali ddedikata lill-Qaddisin Appostli San Pietru u San Pawl f’dan ir-rahal tan-Nadur.  Jiena qaddist l-ewwel quddiesa solenni fl-24 ta’ Gunju 1804, bil-assistenza tas-sacerdoti, tal-Kanonku Dun Markantonju Cutajar u tal-Prim Cerimonjier Dun Anton Gafà.  Kien hemm ukoll prezenti l-kleru u l-poplu kollu tal-parrocca.  Dik il-gurnata kienet wahda ta’ ferh ghal kulhadd.  Imbaghad, fid-29 ta’ Gunju, jum il-festa solenni ta’ l-Apostli San Pietru u San Pawl, gew nies minn kullimkien, u l-barranin kollha ntilfu fl-ammirazzjoni taghha, u bdew jifirhulna.  Nhar il-festa, tkantat quddiesa solenni minn Dun Nikol Vella, il-kappillan tar-rahal tax-Xewkija.  Il-kanonku Cutajar, fuq imsemmi, ghamel il-panigierku.  Imma dak in-nhar tat-tberik tal-knisja, waqt il-quddiesa solenni, kont jien nnifsi li ghamilt il-panigierku. Bhala sinjal ta’ ferh, il-poplu offra donazzjoni generuza hafna.”

Kellhom jghaddu madwar sittin sena, meta l-Kappillan Dun Gwann Battista Grech xtaq ifakkar dan l-avveniment tat-tberik tal-knisja b’lapida miktuba bil-latin li kienet sejra tghid hekk:  “Fis-sena 1760, il-kappillan Dun Salv Galea qieghed l-ewwel gebla ta’ dan it-tempju li missirijietna fit-tjubija taghhom ddedikaw lil San Pietru, il-princep ta’ l-appostli, u lil San Pawl, l-imghallem tal-gnus.  Fis-sena 1804, meta t-tempju kien tala’, il-kappillan Dun Frangisk Sapiano, bil-kunsens ta’ l-Arcisqof Labini, bierku, u, fl-istess sena, beda juzah bhala knisja.”   Izda din il-lapida ma saret qatt.  Izda saru zewg lapidi b’kliem jixbah lil dan fis-sena 1968 fl-okkazjoni tad-XIX-il-centinrju mill-martirju ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawl.

L-istoriku Naduri, il-Kan. Caruana, hallielna miktub hekk dwar il-pjazza tal-knisja.  “L-ewwel hasbu biex jaqtghu l-pjazza ta’ quddiem il-knisja u fassluha kbira tassew, ghax mhix dik li naraw illum.  Fil-wisa’ kienet tilhaq mal-linja fejn hemm il-faccata ta’ l-Oratorju (tal-Qalb ta’ Gesù).  Jigifieri, dak il-blokk bini li hemm inti u diehel mill-bieb il-kbir ma’ idek tal-lemin kien maqtugh kollu pjazza.  U din il-linja ma’ l-Oratorju u l-binja l-ohra li tielgha mill-pjazza n-naha tat-tramuntana kienu jibqghu sejrin sa wara l-knisja, b’mod li dik li konna nghidulha pjazzetta, illum Pjazza Dun Martin, kienet fil-wisa’ d-doppju li hi llum.  Dak il-bini li hemm wara l-knisja, il gewwa minn dawn iz-zewg linji, kien kollu mholli bhala pjazza wara l-knisja.....Ix-xjuh taghna....kienu hallew art bizzejjed biex tinbena sagristija tassew gwappa.”

Fl-ahharnett naraw li matul dawn il-mitejn sena ta’ storja, kienu bost l-avvenimenti li saru f’dan it-Tempju Monumentali.  Kif ukoll, saru bosta xoghlijiet fiha, specjalment it-tkabbir taghhom, bejn is-snin 1907-1914, meta inbnew in-navi, il-portiku u l-koppla majestuza.  Imbaghad x’inghidu dwar it-tizjien speldidu li nsibu f’din il-gawhra artistika Ghawdxija!  Hekk ukoll li ghax-xoghol kollu mwettaq bl-imhabba lejn dan it-tempju, kienu diversi papiet successuri ta’ l-Appostli Patruni taghna San Pietru u San Pawl, li ghanewh b’diversi privileggi fosthom dak ta’ Kolleggjata (1894) u Bazilika (1967). 

Festi Bicentinarji

Din is-sena qieghed jigi mfakkar din il-grajja b’mod aktar minn tas-soltu, izda b’emfazi akbar biex li l-parrocca tiggedded spiritwalment.  Il-motto maghzul huwa:  “Naqdu ’l Kristu sabiex ninbnew f’tempju qaddis t’Alla”.  Saru diversi attivitajiet kemm spiritwali u anke kulturali.  Il-Kolleggjata Bazilika giet amalgamata maz-zewg Bazilici Patrijarkali ta’ Ruma, dawk ta’ San Pietru (il-Vatikan) u ta’ San Pawl (il-barra mill-hitan ta’ Ruma).  Ghalhekk gew mistiedna fostna l-Kardinal Keith  Patrick O’Brien, u l-Abbate Don Paolo Lunardon ta’ San Pawl, halli jkomplu jkabru dawn il-festi bicentinarji. 

Bhala opri ta’ siwi u tizjien fost l-ohrajn wiehed jista jammira, id-dar ghal diversi ghaqdiet tal-parrocca flimkien mas-sala/kappella hdejn ic-cimiterju ezistenti.  Ghal din l-okkazjoni l-Isqof, Mons. Nikola G. Cauchi u l-Arcipriet Mons. Salvu Muscat rregalaw rozetta kull wiehed, filwaqt li l-raffeghja flimkien ma tal-forcini hallsu ghaz-zewg cintorieni tad-deheb ghal l-istatwa ta’ San Pietru u San Pawl.  Sar is-salib tal-fidda biex jikkomplementa s-sett tal-gandlieri ghal fuq l-artal maggur imhallas mill-Kan. Teol. Piju Zerafa fl-okkazjoni tal-gublew tad-deheb  fuq disinn ta’ Michael Camilleri Cauchi u xoghol tad-Ditta LAGA;  saru zewg CD, wahda tal-Quddiesa u l-Ghasar pontifikali tas-surmast G. Camilleri u l-ohra tad-dramm fuq il-hajja ta’ San Pietru u San Pawl miktub mill-Isqof, Mons. Nikola G. Cauchi u mmuzikat minn Mons. Martin Portelli;  ir-restawrazzjoni ta’ l-istatwa tad-demostrazzjoni miz-zaghzugh James Azzopardi Goodall li hija xoghol tal-Kav. Wistinu Camilleri;  tlestit minn kollox il-bradella u l-bankun ghall-istatwa titulari disinn ta’ Joe Chetcuti, xoghol fl-injam tal-gews amerikan minn Guzeppi Galea ta’ Hal Luqa, mudelli u bronz ta’ Chetcuti stess, fil-waqt li giet imhalsa kollha mill-Kan. On. Dun Pawlu Zerafa;  bonovastrat tal-unice u alabastru tassew rik mil-Pakistan fejn din l-opra giet imhallsa mill-Kan. Tez. Guzeppi Cauchi fl-okkazjoni tal-Gublew tad-Deheb tas-sacerdozju tieghu;  sett angli tal-bronz ghal mal-bonovastrat tal-presbiterju fejn jiddendlu l-hbula, disinn u abboz ta’ Michael Camilleri Cauchi u xoghol fil-bronz ta’ Joe Chetcuti ta’ Hal Luqa;  u diversi affarijiet ohra li saru biex izejjnu t-toroq purcissjonali.  

Dun  Salv Galea (1743-1778)

Dun Salv jigi iben Anglu u Imperja Galea, u twieled fis-26 ta' Lulju 1712 fir-Rabat ta’ Ghawdex.  Gie mghammed fl-istess jum fil-knisja ta’ San Gorg minn Dun Bernard Grima.  Bhala parrinijiet kellu lil Indrì Farrugia u Domitilla Vella.  Dun Salv gie ordnat sacerdot mill-Isqof Alperan De Bussan fil-knisja parrokkjali ta’ San Pawl Apostlu fil-Belt Valletta, nhar is-6 ta’ April 1737, fl-età ta’ 24 sena. 

Il-Kan. G.F. De Soldanis wasslilna wkoll li Dun Salv kellu xi bicca art tieghu fis-rahal tal-Gharb.  F’dik l-art ta’ Dun Salv kien hemm ghalqa msejha Ta’ Xaqqufiet, fejn instab pedament ta’ torri b'gebel kbir hafna.  Fil-fehma ta’ dan l-istoriku ghawdxi, dak il-pedament kien donnu tqieghed minn nies ta’ sahha ggantija.

Kien l-istess Isqof li ordnah, li ghazel lil Sun Salv bhala r-raba kappillan tal-parrocca tan-Nadur, ezattament sitt snin wara li kien ordnat sacerdot.  Huwa ha l-pussess ta’ din il-parrocca fit-3 ta’ Ottubru 1743, minn idejn l-Arcipriet tal-Matrici ta’ l-Assunta, Dun Frangisk Adeodatu Formosa.  Sakemm ha l-pussess, il-parrocca tan-Nadur ghamlet hames xhur bla kappillan.  Matul dan il-perjodu ta’ parrokat vakanti, il-parrocca kienet immexxija minn zewg sacerdoti.  Ghall-ewwel minn Dun Duminku Cassar, li kien il-viciparroku u l-ewwel sacerdot mill-parrocca tan-Nadur, u wara mill-vigarju-kurat Dun Nazju Mizzi.

Fi zmien dan il-parrokat, il-popolazzjoni kienet digà irduppjat u ghalhekk hass il-htiega li jaghti bidu biex jibni knisja ikbar.  L-ewwel gebla giet imbierka fit-28 ta’ Settembru 1760, sbatax-il sena wara li kien ha l-pussess.  Din damet tinbena 44 sena, u ghalhekk ma kellux ix-xorti jara l-holma tieghu ssir realtà. 

Dan il-kappillan rabat il-parrokkat tieghu wkoll mal-korp sant taz-zaghzugh martri San Koronatu, li nghata lilu ghall-parrocca minn certu Dun Saver D’Anastasio fis-sena 1763, u sar it-tieni patrun tal-parrocca wara San Pietru u San Pawl.  Fis-sena 1745 saret il-famuza weghda tal-purcissjoni tal-Gandlora u kellu jghammed fis-sena 1746 il-futur gvernatur ta' Ghawdex Dun Gwanni Saver Cassar.

Dun Salv, wara 34 sena jiddiriegi l-parrocca, miet fis-26 ta’ Frar 1778, meta kellu 65 sena.  Huwa gie midfun fil-knisja parrokkjali tan-Nadur. 

Fra Guzepp Grech (1686-1754)

Fuq Fra Guzeppi ftit li xejn nafu dwar hajtu, hlief fuq ftit mill-hafna xoghlijiet li huwa ghamel f’hajtu.  Nafu li twieled fl-Isla fis-sena 1686 u l-familja tieghu kienet imlaqqma bhala Tal-Qrolli.  Meta kiber haddan l-ordni religjuz tal-Kappuccini.  Hemm min jahseb li dan il-Fra kien semplici dilettant, izda mill-ftit taghrif li ghadna dwar ix-xoghlijiet tieghu wiehed jinnota li fost diversi affarijiet ohra, huwa kien kapacissimu wkoll fl-arkitettura.

Hekk jikteb l-istoriku Patri Pelagju Mifsud Piscopo Kapuccin (1707-1781), li kien kontemporanju ma’ Fra Guzepp.   Nafu li meta miet Fra Guzepp, Patri Pelagju kellu 46 sena u ghalhekk kien jafu sewwa ghaliex kien illu fl-ordni ghal madwar sentejn. Fil-manuskritt tieghu fejn kiteb fuq il-parrocca tan-Nadur, insibu miktub hekk fuq siehbu fl-ordni:  “...l-arkitett Bonnici (meta ppjanta l-knisja tan-Nadur) ghamel uzu mid-disinn ta’ Fra Guzepp Grech imlaqqam Ta’ Qrolli mill-Isla, ajk kapuccin, arkitett famuz u maghruf fl-Italia u fi Sqallija, fejn kien iddisinja z-zewg kunventi godda ta’ l-istess ordni tieghu.”[ii]

L-ewwel storiku li kiteb fuq Fra Guzepp kien il-Kan. Gann Piet Frangisk Agius De Soldanis minn Ghawdex, li kellu digà fuq 42 sena meta kiteb hekk:  “Qeghdin jibnu din il-habta knisja gdida (tal-Kappuccini tar-Rabat) akbar fuq id-disinn ta’ Fra Guzepp minn Malta, ajk kappuccin, li tkun taqbel ma’ l-ghamla tal-kunvent.  Dan Fra Guzepp hu bniedem maghruf mhux biss f’Malta, imma wkoll fi Sqallija u fl-Italja ghax-xoghlijiet li ghamel f’hafna kunventi, u l-Ordni tal-Kappuccini f’Malta hu obbligat wisq lejh ghall-hidma tieghu.”[iii]

It-tberik ta’ l-ewwel gebla ta’ din il-knisja u kunvent saret fis-17 ta’ Lulju 1737.    Fra Guzepp solva bosta problemi f’dan il-bini.  Wahda minnhom l-aktar importanti kienet dik tal-mina kbira u wiesgha li sab ghaddejja minn taht u li fuqha ried jinbena il-kunvent. Hawn Fra Guzepp gheleb din id-diffikulta billi kellu l-hila jsaqqaf u jibni fuqha minghajr ma radamha.[iv]

Naraw x’kitbu ohra dwaru:  Insibu lil Patri Alwig Bartolo Kapuccin, fis-sena 1752, jigifieri kien jghix flimkien ma’ Fra Guzepp, mar jikteb hekk fuqu.  Fra Guzepp, kien mastrudaxxa, arkitett u bennej kapacissimu.  Hawn Patri Alwig isemmi xi uhud mill-opri li wettaq Fra Guzepp.  Fosthom kien hemm li fil-1719 bena gwarnic ta’ arkitettura mhallta ghall-kwadri ta’ l-Altar Maggur tal-knisja tal-Patrijiet Kapuccini tal-Monte Alboddonella tal-Provincja Delle Marche.  Fil-1721 hadem kaxxarizz kbir fis-sagristija tal-Patrijiet Kapuccini ta’ Sirakuza.  Fil-1724 ghamel tabernaklu ghas-SSmu Sagrament ghall-knisja tal-Kapuccini tal-Valletta (Floriana) mahdum b’arkitettura l-aktar preciza u mzejjen b’mod l-aktar grazzjuz.  Fl-1745 ghamel tuzell ghall-espozizzjoni tas-SSmu. Sagrament mahdum b’xoghol delikat ferm tal-madriperla.  Fl-1750 hadem gwarnic tal-gebel ghall-faccata ta’ l-Altar Maggur tal-knisja tal-Patrijiet Kapuccini ta’ Ghawdex.  Opra mhallta ta’ arkitettura moderna.[v]

Mela hawn rajna wkoll li Patri Alwig li kien kontemporanju ma’ Fra Guzepp, ihallielna miktub biss ix-xoghlijiet li hadem fl-injam.  Filwaqt li ma semma xejn fuq id-disinni ta’ xi knejjes jew kunventi u xoghlijiet ohra fl-arkitettura kif rajna li ghamlu z-zewg storici l-ohra l-Kan. De Soldanis u Patri Pelagju.  Sahansitra arkitetti u periti stabiliti hawn Malta jiktbu u juru l-apprezzament taghhom ghax-xoghol ta’ Fra Guzepp.  Fost l-ohrajn insibu hekk, li dan il-Lajk Kapuccin kellu esperjenza kbira fl-inginerija u l-arkitettura.  Il-knisja u l-kunvent ta’ Santa Liberata, fil-Kalkara, gew mibnija fuq id-disinn tieghu bejn l-1736 u 1743, kif ukoll il-knisja u l-kunvent li l-Kappuccini waqqfu f’Ghawdex.

Dawn il-knejjes ta’ Fra Guzepp huma ta’ struttura li tghaxxaq bil-portici taghhom, li huma bbazati fuq motif Serljan, li joholqu kuntrast mas-shuhija tal-parti ta’ fuq.  Il-fama tieghu bhala nginier tant kienet kbira li meta l-Patrijiet Agostinjani tar-Rabat ta’ l-Imdina, kellhom problemi serji fuq il-pedamenti tal-kunvent il-gdid taghhom fir-Rabat, irrikorrew ghall-parir tieghu u kien proprju taht id-direzzjoni tieghu li dan il-kunvent iddisinjat minn Andrea Belli fl-1740, wasal biex tlesta.[vi]

Ghalkemm nafu ftit dwar hajtu, izda x-xoghlijiet tieghu ghadna ngawduhom sal-lum.  Huwa miet fit-2 ta’ Mejju 1754, fl-età ta’ 68 sena.  

Giuseppe Bonici (1707-1779)

Dan huwa l-arkitett tal-knisja parrokkjali l-gdida tan-Nadur.  Arkitett u inginier militari, jinghad li Giuseppe fit-18-il seklu ipproduca l-isbah xoghlijiet fl-arkitettura maltija.  L-istoriku Quentin Hughes fil-ktieb tieghu “The Buildings of Malta 1530-1795” hallielna miktub fuq Giuseppe, li ma hemm xejn nieqes fid-disinni arkitettonici tieghu.  Kien arkitett  mudell u kapaci b’dixxiplina jikkontrolla x-xogholijiet tieghu.

Bonici twieled fis-sena 1707.  Minn età zghira wera sinjali artistici.  Fl-età ta’ tnax-il sena kien kapaci jpitter pjanti arkitettonici u disinni ohra ta’ certu perfezzjoni.  B’dan it-talent gibed l-attenzjoni ta’ xi whud minn artisti stabiliti u ghalhekk fic-cirku artistiku beda jissejjah bhala t-tfajjel tal-ghageb.  Fuq l-inizjattiva ta’ missieru, Giuseppe sar apprentist ma’ Giovanni Barbara, li dak iz-zmien kien mizmum bhala l-aqwa arkitett malti.  Wara mar jitghallem ma’ inginier militari francis, Louis Francois d’Aubigne de Tignè. 

Fis-sena 1734, meta pprezenta l-pjanti tal-knisja ta’ San Publiju tal-Furjana, huwa gie maghzul bhala l-arkitett eklezjaztiku ewlieni.  L-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Gwann kellha stima kbira lejn ix-xoghlijiet tieghu.  It-talenti tieghu gew ipprovati meta qabduh jippjanta d-Dwana fil-port tal-Belt Valletta.  Il-bravura tieghu kienet li l-pedamenti ta’ din id-dar kellhom jibdew mill-qiegh tal-bahar u ghalhekk kienu suggetti ghall-kurrenti tal-Port il-Kbir.  Din il-kostruzzjoni hija kkonsidrata bhala l-kapulavur arkitettoniku tal-hila kbira tieghu.  Insibu wkoll li ghamel il-pjanti tal-knisja ta’ Santa Barbara u Ta' Liesse gewwa l-Belt.   Kien gie afdat bix-xoghol tal-bini tal-Kastellanija f’Valletta, li originalment kienet minn Stefano Zerafa. 

Giuseppe Bonici ha l-inkarigu li jippjanta l-knisja l-gdida tan-Nadur lejn is-sena 1758.  Huwa miet ghoxrin sena wara, fis-sena 1779.

Dun Frangisk Sapiano  D.D (1778-1812)

Meta miet il-Kappillan Dun Salv Galea, kien hemm bzonn ta' kappillan li kien kapaci jkompli l-opra kbira mibdija minnu.  Is-sacerdot li nstab kien Dun Frangisk Sapiano.  Insibu li ftit granet biss wara l-mewt ta’ Galea, fil-5 ta' Marzu 1778, Sapiano kien digà ha f’idejh il-hsieb tal-parrocca.  Imma hu kien ghadu minghajr it-titlu ta’ kappillan;  kien qieghed jiehu hsieb biss bhala vigarju. 

Bhall-kappillan ta’ qablu, Sapiano twieled ir-Rabat ta’ Ghawdex, f’lejlit il-Milied, fl-24 ta’ Dicembru 1736.  Il-genituri tieghu Mikilang u Tereza, tawh l-ismijiet ta’ Gejtu, Guzeppi, Natal u Frangisk.  Beda jissejjah bl-ahhar isem ta’ Frangisku.  Gie mghammed fl-istess gurnata tat-twelid mill-viciparroku Dun Vincenz Tabone, fejn bhala parrinijiet kellu lil Dun Guzepp Bezzina u Grazjella Speranza.

Meta kiber, qabad it-triq klerikali.  L-Isqof Bartilmew Rull, fil-kappella privata tieghu fil-Belt Valletta, nhar id-19 ta’ Lulju 1758, meta Dun Frangisk kellu 22 sena, f’ordinazzjoni partikulari, l-isqof Rull tah l-ewwel tonsura u l-erba’ ordnijiet minuri.  Kien l-istess isqof Rull li wara tah ukoll l-ordnijiet magguri kollha.  Is-Sibt, 22 ta’ Dicembru 1759, ha ssudjakonat fil-knisja kolleggjata ta’ San Pawl tal-Belt.   Ma kinux ghaddew hlief hames xhur, meta Frangisku gie ordnat djaknu fil-Matrici-Kolleggjata ta’ l-Assunta ta’ Ghawdex, nhar 31 ta’ Mejju 1760, waqt il-vizta pastorali ta’ l-isqof Rull.  Peress li kien ghadu zghir fl-età, intalbet id-dispensa mis-Santa Sede.  Id-dispensa nqalghet, u hu gie ordnat sacerdot is-Sibt, 20 ta’ Dicembru 1760, fil-monasteru ta’ Santa Marija Maddalena, fil-Belt Valletta, meta kien wasal biex jaghlaq 24 sena.

Insibu li fis-sena 1759, meta kien ghadu kjerku bl-ordijiet minuri, hu kiteb lill-isqof tieghu, fejn talbu biex jaghtih il-fakultà biex jiftah skola fir-Rabat ta’ Ghawdex, u jghallem fiha l-lingwi, il-filosofija u t-teologija.  L-isqof gharaf l-intelligenza u l-kapacità tieghu, ghaliex kien duttur fit-teologija, u ghalhekk tah il-permessi mehtiega. 

Meta l-parrocca tan-Nadur giet vakanti bil-mewt tal-kappillan Galea, sar konkors, li resqu ghalih diversi kappillani u qassisin.  Imma fl-1 ta’ Awissu 1778, l-ghazla waqghet fuq Dun Frangisk Sapiano.  Huwa ha l-pussess tal-parrocca fid-19 ta’ Ottubru 1778.  Il-kanonika jew ahjar id-dar li fiha beda jghix il-kappillan Sapiano kienet qrib hafna tal-knisja parrokkali u kienet tmiss ma’ fejn illum hemm l-ufficcju u c-Centru Parrokkjali.  Il-kappillan mar jghix f'dik id-dar flimkien ma’ huh Gamri u man-neputija Maria Sapiano.  Huh kien ukoll kjerku u ’l quddiem kellu jkun ukoll membru tal-municipalità ta’ zmien il-Francizi.  Barra dan, kien prokuratur u benefattur tal-knisja.

L-ewwel bicca xoghol li nsibu li Sapiano ghamel ghall-knisja, kienet l-erezzjoni tal-Via Sagra, li l-funzjoni taghha saret fis-26 ta' Ottubru 1778.  Sapiano baqa' sejjer bix-xoghol tal-bini tal-knisja sakemm fil-24 ta’ Gunju 1804 kellu x-xorti jbierek il-knisja l-gdida.  Fi zmien il-parrokat tieghu, insibu li fil-limiti tal-parrocca nbnew zewg kappelli ohra.  Wahda fis-sena 1781, li kienet tinsab f’Hondoq ir-Rummien, qrib xatt il-bahar, li kienet iddedikata wkoll lill-Immakulata Kuncizzjoni.  Din kienet ukoll maghrufa bhala Santa Marija tal-Blat.  Knisja ohra nbniet hdejn Ghajn is-Sliem (illum Ghajnsielem) fejn, skond it-tradizzjoni, l-Madonna kienet dehret lir-raghaj twajjeb Anglu Grech.  L-ewwel gebla tqieghdet fis-sena 1810.  Il-knisja kellha tkun iddedikata lill-Madonna ta’ Loretu.

Fit-3 ta’ Novembru 1793, il-Kappillan Sapiano ghammed tarbija li ’l quddiem kellha tkun l-ewwel Isqof ta’ Ghawdex, bl-isem ta' Mikiel Frangisk Buttigieg.  Ra l-knisja parrokkjali tigi misruqa mill-ftit opri li kellha mis-suldati francizi, fit-12 ta’ Gunju 1798.

Il-Kappillan Sapiano miet fl-età ta’ 75 sena, nhar il-25 ta' Jannar 1812.  Il-funeral tieghu tmexxa minn Dun Alwig Agius.  Il-parrokkat ta’ Sapiano kien iehor twil, ghaliex qabez 33 sena. Kien ilu jmexxi l-parrocca minn mindu kellu 41 sena.

(Taghrif mehud mill-kotba tal-Kan. Dun Karm Caruana, “IN-NADUR u t-Tempju Tieghu Monumentali”;  u tal-Patri Alexander Bonnici ofm conv., l-ewwel volum, “In-Nadur Grajjiet Kolleggjata u Bazilika Imxebilkin fil-Hajja Socjali ta’ Ghawdex.”)