Special Occasion

 

Fl-okkazjoni tal-anniversarji tal-mewt taz-zewg Papiet benefatturi kbar tal-Kolleggjata Bazilika tan-Nadur, delegazzjoni min-Nadur marret il-Vatikan fejn kellha laqgha mal-Qdusija Tieghu l-Papa Gwanni Pawlu II, fil-laqgha generali fi Pjazza San Pietru, nhar l-Erbgha, 28 ta’ Mejju 2003.

Dun Duminku Camilleri jirrakkonta x'gara lill-qarrejja ta' june29th.com

Din is-sena tahbat il-100 sena mill-mewt tal-Papa Ljun XIII li sehhet fl-20 ta’ Lulju 1903, fejn halliena ta’ 93 sena. Kien dan il-Papa kbir difensur tal-haddiema li fid-19 ta’ Settembru 1894 gholla l-Parrocca tan-Nadur ghad-dinjita’ ta’ Kolleggjata Insinji bil-bolla tieghu Sanctae Romanae Ecclesiae. U l-25 sena mill-mewt tal-Papa Pawlu VI li sehhet fis-6 ta’ Awissu 1978, fl-eta’ ta’ 81 sena. Kien dan il-Papa twajjeb li gholla l-istess Kolleggjata ghad-dinjita’ ta’ Bazilika Minuri fis-26 ta’ Gunju 1967 bl-Ittri Appostolici Romae Parentibus.

Ghalhekk din is-sena sejrin jizzanznu diversi opri kbar fejn fosthom hemm zewg dijademi tad-deheb ghall-istatwa titulari ta’ San Pietru u San Pawl li kienu ngabru minn Dun Duminku Camilleri fl-Imnarja tal-Gublew Imqaddes, f’Gunju 2000, minghand 24 benefattur. Id-disinn sar mill-Mazzier tal-Kapitlu Marco Azzopardi, fejn turi girlanda tar-rand bit-tnax ir-rozun li jirraprezentaw it-tnax-il appostlu. Ix-xoghol sar kollu fid-deheb pur mic-celesatur is-Sur Ivan Bartolo minn Bormla.

Ghalhekk kien hemm ix-xewqa li dawn iz-zewg dijademi jitbierku mill-Papa nnifsu biex jitfakkru l-predecessuri tieghu, iz-zewg Papiet Ljun XIII u l-Papa Pawlu VI, li huma lkoll is-successuri ta’ San Pietru.

Kien l-Ambaxxatur ta’ Malta ghall-Vatikan, l-Eccellenza Tieghu Dr Jimmy Farrugia li ta l-ewwel ghajnuna tieghu. Ma Dr Farrugia ta l-ghajnuna tieghu wkoll Mons. Alfred Xuereb li qieghed jahdem fil-Vatikan.

Jakkumpanjaw lil Mons Arcipriet Salv Muscat kien hemm Mons. Salv Pace, Vigarju Fornarju, u Dun Duminku Camilleri. Gewwa Ruma kien hemm il-Kappillan tal-Parrocca ta’ Sant Injazju ta’ Antjokja, il-Kanonku Onorarju Mons. Guzeppi Attard, li huwa min-Nadur wkoll, u li ta l-ghajnuna li kien hemm bzonn.

Il-mawra qasira f’Ruma ma kenitx tikkonsisti biss fil-laqgha mal-Papa. Izda il-ftit hin li kien hemm disponibbli, issarraf f’talb lill-Appostli San Pietru u San Pawl – patruni ta’ Ruma u tan-Nadur - u liz-zewg Papiet benefatturi tal-Kolleggjata Bazilika. L-ewwel zjara kienet fil-belt zghira ta’ Carpineto Romano fejn twieled il-Papa Ljun XIII, madwar siegha boghod minn Ruma bil-karozza. F’din il-belt zghira hemm diversi tifkiriet ta’ dan il-Papa li huma mxerrdin f’diversi knejjes fosthom id-dar kbira li fiha twieled dan il-Papa. Ittiehdu diversi ritratti halli jigu ppubblikati fil-ktieb li qed jikteb l-Isqof Mons Nikol Cauchi dwar il-hajja tal-Papa Ljun XIII.

Fit-28 ta’ Mejju fil-ghodu qabel il-laqgha mal-Papa prezenti, saret quddiesa fil-kripta tal-Bazilika Vatikana quddiem l-artal ta’ San Pietru. Wara saret vista lill-qabar tal-Papa Pawlu VI tal-Bazilika. Wara nofs inhar l-appuntament kien fil-Lateran fejn zorna l-qabar tal-Papa Ljun XIII fejn huwa midfun f’din il-Bazilika. Minn hemm morna l-habs ta’ Mamertinum fejn kienu gew arrestati San Pietru u San Pawl qabel ma hadu l-martirju taghhom u fl-ahharnett ghal Bazilika ta’ San Pawl fejn jinsab midfun l-istess Appostlu. F’kull okkazjoni ttiehdu z-zewg dijademi bhala simbolu ta’ l-ghaqda ma’ dawn il-postijiet qaddisa u storici biex meta jkunu jzejnu l-irjus tal-istatwa titulari, dak li jkun jiftakar fir-rabta li din l-istatwa ghandha mal-belt Eterna ta’ Ruma.

Izda l-aktar avveniment importanti kien waqt il-laqgha generali tat-28 ta’ Mejju fil-10.30 ta’ fil-ghodu mal-Papa Gwanni Pawlu II. Wara s-solitu diskorsi, ghall-habta ta’ nofsinhar, tressqu quddiem il-Papa z-zewg dijademi fuq imhadda tal-bellus ahmar fejn bejniethom kien hemm ritratt zghir tal-istatwa titulari. Wara li l-Papa bierek u mess dawn id-dijademi, l-Arcipriet Mons Salv Muscat f’isem il-parrocca pprezenta gwarnic tal-fidda bir-ritratt ta’ San Pietru u San Pawl. Fil-waqt li Dun Duminku Camilleri pprezenta medjala tad-deheb li kienet saret fl-1994 fl-okkazjoni tal-100 sena mit-twaqqif tal-Kolleggjata tal-Papa Ljun XIII, u ktieb bl-istorja tal-Kolleggjata tal-istess awtur.

Fl-ahharnett il-hsieb ta’ dan it-tberik kien li jitbierku u jsir talb mhux biss ghall-erba u ghoxrin familja li kienu l-benefatturi ta’ dawn iz-zewg dijademi izda wkoll ghall-familji kollha tal-parrocca tan-Nadur.