
| Dicembru 2006 - Harga Nru
484 + L-Iben t'Alla sar Bniedem Lavodik
kien ilu zmien twil jilmenta kontra xortih ghax waqt li Klebov kellu artijiet
fuq artijiet hu bilkemm kellu fejn jizra’ bizzejjed halli jmantni l-familja. Darba
Klebov sab li Lavodik u qallu quddiem hafna nies:
“Ilek hafna tixtieq li jkollok xi artijiet milli ghandi jien. Lest li
naghtik l-artijiet kollha li jirnexxielek tpassi fuqhom minn tlugh sa nzul ix-xemx…
basta tispicca fil-post li minnu tkun bdejt.” Lavodik
ma riedx jemmen lil xortih u hejja kollox biex l-ghada stess jidhol
ghall-isfida. U beda ma’ l-ewwel raggi tax-xemx… jigri lejn il-punent…
ferhan li qed izid tomna wara tomna. Kemm ser ikollu ghelieqi! Hafna iktar
milli seta’ jahdem! U daqq nofsinhar u kien ghadu miexi jigri lejn il-punent.
Ma xtaqx jieqaf ghalissa. Ghax ra ghelieqi ohra ghammiela… u ma riedx
jitlifhom. U kompla fl-istess direzzjoni. Kienu
saru s-saghtejn. Ried jahseb biex imur lura. Kontra qalbu beda l-mixja lura
lejn l-ilvant minn fejn kien telaq. Imma hassu ghajjien. Beza’ li mhux ser
jasal fil-hin fil-post mnejn telaq. Ipprova jigri… nifsu kien maqtugh. Ix-xemx
kienet niezla. U donnha kienet niezla b’heffa hafna iktar mis-soltu. Hbiebu
kienu jistennewh minn fejn telaq. L-ahhar raggi tax-xemx u Lavodik kien ghadu
ma deherx. Ix-xemx nizlet u kien ghadu ma wasalx. Kien tilef kollox. Sabuh
ftit wara… mili boghod minn fejn kien telaq. Mejjet. U dak li l-hafna tmiem
ma wesghuhx poggewh f’qabar ta’ ftit piedi. U
bhalu jaghmlu dawk kollha li jinsew li wara din il-hajja hemm ohra li tibqa’
ghal dejjem! Jalla t-tarbija ta’ Betlem tghallimna din il-verità. Il-Milied
it-tajjeb. KUCCARINA GHASEL FI TRIQ IL-HAJJA Gergirt
u qridt kemm flaht ghax
kien sar il-hin u
marti u wliedu kienu zgur qed jistennewni nirritorna
d-dar. Konna
ftehimna li
narmaw is-sigra tal-Milied ghax
il-festa tal-familja kienet qed toqrob. U
flok lejn dari kelli
nsuq bil-mod lejn pompa tal-petrol bit-tama
li nsib lil xi hadd biex jirrangali l-hsara ghax
ma stajtx inkompli nsuq bil-magna taqta’
l-hin kollu. U
sakemm il-mekkanik kien
qed jirranga l-karozza jien
qghadt indur u naghqad inhares
lejn dawk li kienu qed jieqfu jimlew
it-tank bil-fuel u jitilqu lejn
triqthom u
jien hemm maqbud qisni f’morsa neqred
u ngerger. U
dlonk nara mara zaghzugha u
fil-karozza taghha zewgt itfal ckejkna iharsu
bil-hniena lejn tfajjel imeclaq borza
crisps. U
l-mara nizlet u
harget xi flus ma
kinux hafna… uhud
minnhom centezmi u
talbet lill-haddiem jaghtihomlha petrol. Dehret
mifxula tant li qabel dahlet fil-karozza biex
tkompli triqtha, zelqet. Grejt
ghal hdejha u
ghintha tqum. Ilmahtha
tibki. Staqsejtha
fejn kienet mugugha u qaltli: “Mhux
il-weggha bikkietni imma l-hajja!” U
qaltli kemm kienet kiefra maghha l-hajja. Zewgha
telaqha bhall-Erbgha
fost il-gimgha. Kienet
sejra ghand ommha u
ma tafx jekk kellhiex bizzejjed fuel biex
iwassalha s’ghandha 200
mil boghod minn
fejn konna. Dlonk
hrigt xi flus u
tajthomlha u
bilgri mort xtrajt xi haga biex jitrejqu z-zewg uliedha. Il-mara
ma riditx temmen. It-tfal
belghu li tajthom u
dehru ferhana tant
li riedu jbusuni. Il-mara
nfeqghet tibki “Int
zgur xi anglu li
waqajt mis-sema.” “Anglu
m’iniex ghax f’dawn il-granet dawn ikollhom hafna x’jaghmlu. Imma
l-Mulej sikwit inebbet xewqat fina biex niehdu posthom.” Il-mara
rringrazzjatni u
telqet fi triqtha b’uliedha
jxejruli u jitbissmuli. U
jien raddejt hajr lill-Mulej
sidi li
dakinhar il-karozza tieghi waqfet ghax
kieku ma garax li gara jien
ma kont qatt noffri dik
il-kuccarina ghasel lil
dawk li tant kienu jehtiguha fi
triq il-hajja. U
f’hajti kien ikolli sodisfazzjon kbir nieqes ghax
bhalma qaltilna t-tarbija ta’ Betlem meta kibret: “Huwa
iktar ta’ ferh li taghti milli li tircievi.” DR CORONATO GRECH M.D. ikompli
jiktbilna... IL-MAGIJA
TAL-KULURI Intant bil-perspettiv antropomorfiku
inevitabbli li ghandna, ahna aktarx li nahsbu, jew bla hsieb nassumu, li
l-annimali jaraw id-dinja ta’ madwarna kif narawha ahna. Imma mill-annimali
kollha huma biss ix-xadini, hafna mill-ghasafar u xi speci ta’ hut li
ghandhom koni fir-retina ta’ ghajnejhom ghalhekk nissopponu li jaraw
bil-kulur. Anke l-klieb jaraw l-iktar fil-griz. Xi annimali ohra mbaghad
jaraw lil hemm mill-ispektrum tal-vizjoni umana. In-nahal, li ghandhom
ghajnejhom ta’ disinn totalment differenti minna, ghalkemm ma jarawx
il-kulur ahmar, però jaraw l-isfar, blù, vjola u anke l-ultravjola li
huwa nvizibbli ghalina. Il-fjuri ghalhekk jarawhom differenti minna1.
Minn naha l-ohra, hafna mis-sriep, li wkoll jaraw l-iktar fil-griz, huma
sensittivi ghan-naha l-ohra ta’ l-ispektrum – l-infrared,
li jirregistrawh bhala shana2, ghalkemm mhux b’ghajnejhom
imma b’zewg hofriet f’wicchom u b’hekk kapaci ‘jaraw’ vittma.
Anke l-kokka tara daqsxejn infrared. Intant fid-dinja taghna l-kuluri tant
nehduhom bhala xi haga certa u ta’ kuljum li forsi ma tantx nahsbu kemm
huma importanti, kemm jaffettwawna, u kemm ahna kkundizzjonati minnhom.
Id-disinjaturi u d-dekoraturi tad-djar, sptarijiet, skejjel, habsijiet ecc
jafu sew bl-importanza ta’ l-ghazla tal-kuluri. Per ezempju ghal hafna
nies kuluri fl-ahmar qawwi jtellfu mill-irqad, waqt li l-kuluri fl-ahdar u
isfar dghajjef huma serrehija.
Anke l-manifatturi ta’ prodotti ta’ l-ikel joqoghdu attenti hafna
ghall-kuluri li jaghzlu tal-pakketti li jkebbu l-prodotti taghhom fihom.
Anke l-kuluri f’ristorant, kafeterija jew hwienet ohra kapaci jaffettwaw
in-negozju. Wiehed tal-laham naqaslu hafna l-bejgh meta zebagh il-hitan
certu isfar qawwi li rrifletta kulur daqsxejn fil-blù fuq il-laham! U
jinghad li kaxxa mizbugha sewda tinhass itqal minn wahda ta’ kuluri
bajdanija. Imbaghad hemm kuluri li nassoccjawhom
ma’ certi avvenimenti u uzanzi socjali u dawn, kif mistenni, ivarjaw
minn socjetà ghall-ohra. Hekk fostna l-iswed huwa ghal-luttu, l-abjad
ghall-mant ta’ l-gharusa u l-ahmar ghall-kappell tal-kardinal. Dan barra
l-blù, l-ahmar u l-ahdar tal-partiti politici3. Anke l-kuluri
tal-pasturi ghandhom l-ordni taghhom, b’San Guzepp dejjem kannella u
vjola u l-Madonna abjad u celesti, kuluri li jekk tbiddilhomlhom jistunaw
hafna. Anke San Pietru u San Pawl ghandhom il-kuluri taghhom. Ferm iktar precizi u utli huma l-kuluri
f’kodici li nuzaw fil-hajja ta’ kuljum, bhalma huma l-kuluri tat-traffiku,
u tal-wajers u komponenti ta’ l-elettriku u elettronika. Anke fid-dinja tad-divertiment
il-kuluri huma importanti. Il-festi taghna avolja bil-bozoz u bnadar
ikkuluriti donnhom ikunu neqsin minghajr il-giggifogu jew murtali
tal-kulur, avolja dawn huma perikoluzi u accidenti u mwiet ma humiex rari.
U minn meta dahal it-televizjoni bil-kulur f’pajjizna hadd ma jfettillu
jixtri wiehed ta’ iswed u abjad (u anqas jekk trid ma ssib!). U l-istess
ghall-fotografija (li bdiet kummercjalment bil-kulur mill-1936) u c-cinema
(l-ewwel film twil bil-kulur kien jismu Becky Sharp fis-sena 1935). (Dr Grech itemm dan l-artiklu
fil-harga ta’ Jannar 2007) 1 Bi strumenti apposta nistghu naraw il-fjuri kif jarawhom in-nahal, b’hafna mill-fjuri fihom sinjali (invizibbli ghalina) li jwasslu n-nahal sac-centru tal-fjura biex isehh id-dakkir. 2 Anke ahna. 3 L-ordni tal-kuluri ma hijiex skond xi mertu! Mhux il-folla Robert Moffat kien missjunarju fl-Afrika. Darba waqt
vaganza qasira fl-Ewropa kien mistieden jaghmel diskors fi knisja mdaqqsa imma
t-temp ikrah halla hafna parruccani d-dar u meta Robert wasal sab biss ftit
nies jistennewh. It-tentazzjoni kienet li jinsa l-priedka u jibghat
lil kulhadd id-dar imma xi haga fih qaltlu biex jaghmel id-diskors daqslikieku
kien hemm knisja mimlija nies. Hekk ghamel. Fost il-ftit nies jisimghuh kien hemm
tfajjel bl-isem ta’ David Livingston li dakinhar iddecieda li jiddedika
hajtu ghal dawk in-nies li dwarhom kien qed jitkellem Robert Moffat. It-tajjeb ghamlu anke jekk ma jkunx hemm min
icapcaplek. Dghufija u
qawwa Xi jiem wara li ghereq il-vapur Titanic, gazzetta gabet zewg ritratti hdejn xulxin. Fuq wiehed kien
hemm ritratt mill-genb li kien juri t-ticrita li kellu l-vapur li kien habat
ma’ l-iceberg u taht ir-ritratt
kien hemm il-kliem:
‘Id-dghufija
tal-bniedem u l-qawwa tan-natura.’ Fir-ritratt l-iehor kien hemm xena li fiha ragel qed
jaghti postu fid-dghajsa tas-salvazzjoni lil omm u binha zghir imhaddan maghha.
Taht ir-ritratt kien hemm il-kliem:
‘Id-dghufija
tan-natura u l-qawwa tal-bniedem.’ Bidu gdid Play fi Broadway kienet tirrakkonta l-istorja ta’
zaghzugh li trabba tajjeb izda mbaghad ghamilha mal-hazin u spicca
f’daghbien ikkontrollat mid-drogi, serq, alkohol u kull vizzju iehor.
F’xena minnhom iz-zaghzugh ikun f’nofs il-palk u jibda jwerzaq u jghid:
“Kemm nixtieq li hajti kienet
pitazz biex inqatta’ minnu l-ahhar pagni u nerga’ nibda minn zmien tfuliti!” Il-Mulej tana l-opportunità li bi qrara sinciera
nqattghu l-pagni xejn sbieh ta’ hajjitna. Thallix dawn il-festi tal-Milied
jghaddu minghajr ma taghmel minn ruhek pagni gdida nadifa. X’ironija!! Fil-Milied li ghadda kwart tal-pets fl-Ingilterra – klieb u qtates – kielu bicca dundjan
fil-festa. Izda hafna miljuni ta’ bnedmin anqas kellhom biex jitrejqu. Kemm
ser nisthu meta jistaqsina:
“X’ghamilt meta jien kont
bil-guh?” Sens ta’
flixkun
“Ejjew nghaddu minn triq ohra ghax jien u int wehidna u huma qeghdin
tnejn!” AHBARIJIET TA’ INTERESS
IL-LAQGHA TA’
NOVEMBRU Hadna gost li r-raghaj spiritwali taghna, l-Isqof
Mons Mario Grech laqa’ l-istedina taghna u ghamlilna l-laqgha ta’ Novembru.
(F’Novembru 1971 il-laqgha kien ghamilha l-Isqof Nikol G Cauchi) U kienu
bosta wkoll iz-zghazagh li attendew ghal din il-laqgha. Fassal il-lezzjoni
tieghu fuq il-motto li ghazel ghall-episkopat “Fi Qsim il-Hobz”. Id-dixxipli
ta’ Emmaws kienu abbandunaw il-knisja embrijonali ta’ Gerusalemm. Fi
triqthom lejn Emmaws qasmu l-esperjenzi taghhom – “Int l-uniku wiehed li
ma tafx dak li gara f’dawn il-jiem” - qasmu l-kelma bejniethom “beda
jurihom mill-Antik Testment dak li kien intqal fuqu” u lil Kristu gharfuh fi
qsim il-hobz. Din l-istorja hija pjanta ta’ kif Alla jidhol f’hajjitna –
fi qsim l-esperjenzi, il-kliem u l-Ewkaristija. Qalilna li f’din is-sena li
ilu isqof, Mons Grech sar konvint aktar minn qatt qabel kemm Alla qed imexxi
kollox hu u f’certi esperjenzi tara l-id mohbija tieghu. U dawn it-tliet
qsim iridu jkunu wkoll il-bazi tar-relazzjonijiet ta’ bejnietna. Irridu
naqsmu l-esperjenzi ta’ hajjitna, inkunu lesti li nisimghu lil xulxin u l-Ewkaristija
tghaqqadna bhala ahwa wlied l-istess Missier. Spunt iehor mill-grajja ta’
Emmaws hu li d-dixxipli kienu telqu lill-Knisja. Nistghu nqabbluhom ma’ dawk
li ghal xi raguni jew ohra mhux qed jattendu ghall-quddies tal-Hadd. Mis-survey
ricenti li sar f’pajjizna l-figura qieghda kwazi 50 fil-mija. Izda
Kristu dahal fil-hajja tad-dixxipli u hekk ukoll jista’ jaghmel ma’ dawk
li tbieghdu mill-knisja tieghu. Izda hemm bzonn li jkunu lesti u ppreparati li
jircievu l-messagg tieghu. Fl-ahhar tal-laqgha kien hemm hin biex iwiegeb
il-mistoqsijiet ta’ dawk prezenti… il-problemi taz-zghazagh Ghawdxin,
ir-rizultat tas-survey, x’qed
taghmel il-knisja ghaz-zghazagh Ghawdxin f’Malta… Nirringrazzjaw
lill-Isqof taghna tal-messaggi sbieh li wasslilna. Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha. Jozef Sultana ta’ Triq l-Isqof
Buttigieg tela’ fir-raba’ volum ta’ Il-Hbieb Isejhu bl-Istejjer. STEDINA GHAL-LAQGHA TA’ DICEMBRU Ghaziz habib, Nistednuk ghal-laqgha ta’ nhar is-Sibt 2 ta’
Dicembru fis-7.15p.m. Hadna gost bil-prezenza numeruza ta’ dawk li laqghu l-istedina
f’Novembru u gew jiltaqghu mar-raghaj spiritwali tad-djocesi taghna. Niehdu
gost f’Jannar ghan-numru sabih ta’ zghazagh li jigu ghall-farsa ta’
Spiru. Nidhku dahka fil-bidu ta’ sena gdida. U nistennew numru sabih ukoll
ghal-laqgha ta’ Dicembru. Hi l-ahhar laqgha taghna ghal din is-sena u bhalma
nsibu hin biex nohorgu u niddivertu sew li nsibu wkoll hin ghat-taghlim. Mela habib,
tinsiex… nhar is-Sibt 2 ta’ Dicembru fis-7.15p.m. Ejja int u hajjar lil
shabek jigu wkoll. Nawguraw
Milied mimli bil-barka tat-tarbija ta’ Betlem lill-qarrejja kollha
tal-fuljett IL-HBIEB
ISEJHU. Jalla
l-paci li gabilna Gesu’ tghammar f’qalbkom tul hajjitkom kollha. Il-Bord
Editorjali EKU BIBBLIKU FI ZMIENNA [Alla
qal:] “Ara,
jien se nibaghtilkom ’l
Elija l-profeta qabel
ma jasal jum il-Mulej, kbir
u tal-biza’.” {Malakija
3: 23} Fid-dinja
l-qadima meta
re kien izur xi belt fir-renju
tieghu kien
jibghat ambaxxata qablu biex
thejji n-nies ghall-migja. Il-ktieb
ta’ Malakija wkoll jghid li
Alla ser jibghat lil xi hadd biex ilesti
n-nies ghall-migja ta’ Ibnu. Malakija
jghid li ser ikun Elija. Gesù
qalilna li Elija ta’ Malakija kien
Gwanni l-battista (Mt 17: 13). Gwanni
pprepara lin-nies ghall-migja
ta’ Gesù. Jekk
nibqa’ sejjer kif jien kemm
ser inkun lest nhar
il-Milied ghall-migja
ta’ Gesù f’qalbi? L-ikbar
rigal li tkun bniedem hi
fil-libertà li
tirranga kontinwament id-difetti
tieghek u
b’hekk issir bniedem gdid. WANG YANG-MING Dr Michael
Galea PhD jaghtina l-ahhar parti tad-disa’ artiklu minn sensiela ta’
psikologija applikata: 9.
Id-Dipressjoni. (it-tieni
parti) Dipressjoni
ohra partikolari però li jixirqilha l-attenzjoni taghha hi dik fost it-tfal u
l-adoloxxenti. Sintomi possibli jistghu jkunu biza’ mill-iskola, dipendenza
zejda fuq il-genituri, ecc. Adoloxxenti li qed jissieltu sabiex jadattaw u jsibu
kompromess ghal bidliet fizici u emozzjonali taghhom, fost pressjoni ta’
skola, ezamijiet, privatijiet, hbieb, sports, familjari, ecc.,
jistghu wkoll ibatu mid-dipressjoni. Sintomi ta’ dan jistghu jkunu abbuz ta’
drogi, promiskwità estrema u riskjuza, grades baxxi,
atteggjament anti-socjali. L-ahhar
kelma hi dik dwar dipressjoni fost ix-Xjuh. Din tigi wisq maqbuza jew under-diagnosed.
Din id-dipressjoni tezisti fost madwar 25-50 fil-mija ta’ l-anzjani, statistika li zgur ma
tistax tigi injorata! Kawzi ta’ din id-dipressjoni huma: izolalament,
mewt tal-partner, mard, faqar ta’
kull tip, nuqqas ta’ rispett u attenzjoni mill-familjari, ecc. Ir-realtà
ta’ zmienna turi kemm il-hajja moderna qed tohloq iktar stress fuqna lkoll.
Il-hin tax-xoghol zdied sew minn qabel, filwaqt li hin ghall-mistrieh naqas.
Ma ninsewx li success fix-xoghol u fis-sahha jiddependi minn hajja bla stress
zejjed. Forsi
hawnhekk ta’ min jistaqsi: ‘Imma
jien dipressat?’ Tkun taf jekk intix jew le jekk twiegeb ghal dawn
il-mistoqsijiet: Thossok
imdejjaq/qa? Ma tistax tgawdi l-hajja bhas-soltu? Thoss bidla kbira fid-dieta
u/jew fl-irqad tieghek? X’tista’
taghmel? Jekk id-dipressjoni mhix thallik tiffunzjona fil-hajja normali,
tajjeb li tfittex ghajnuna professjonali. Jekk thoss li xorta ghadek tista’
tiffunzjona, minkejja din il-kundizzjoni, forsi tajjeb tiftakar dawn il-punti
li gejjin: l-aghar ghad-dipressjoni hu li ma taghmel xejn. Li toqghod
tithassar lilek innifsek iktar igib hsara milli gid. Ahjar taghmel xi haga, hi
x’inhi, basta tipprova taghmel xi haga, flok toqghod thares u toghdos iktar
fi hsibijiet
negattivi. Ikkomunika ma’ xi hadd, b’kull mezz possibli ghalik (telephone,
email, mur zurhom, ittra, ecc.). Aghmel hin ghal ezercizzju u
mistrieh kuljum, zomm dieta tajba, varja r-rutina ta’ kuljum filwaqt li
zzomm certa struttura fil-gurnata tieghek, aghmel mixja kuljum, u sib
hin ghall-passatempi tieghek. L-importanti
li taghmel xi haga. It-tfal ta’ l-oratorju ta’ Santa Marija kienu
ppreparaw ir-recta tal-Milied. Kollox kellhom lest, l-iskript, il-kostumi, ix-xenarju…
kollox. Izda jumejn qabel ir-rapprezentazzjoni Don Pasquale ntebah li s-slaten
magi kienu thallew barra. Beda girja sfrenata biex isibhom…. tlieta minn
nies li kellhom jipprezentaw lil Gesù xi haga li ghalihom tiswa hafna. Fil-lejl tal-Milied is-sala ta’ l-oratorju kienet
ippakkjata. Kollox mexa harir sa ma wasal il-hin tal-magi. L-ewwel wiehed kien ragel ta’ xi hamsin sena,
missier ta’ hamest itfal. Kellu krozza li poggieha hdejn il-maxtura filwaqt
li qal:
“Tliet snin ilu kelli incident ikrah. Hadd ma qalli li kelli nimxi u
mmantni ’l familti…. anqas il-professuri. Anke l-fatt li ncaqlaq sebghi
jew inharrek rasi beda jaghtini pjacir. F’dawk ix-xhur l-isptar bdejt
napprezza l-hwejjeg iz-zghar. Grazzi bambin.” It-tieni re, proprjament kienet regina, omma ta’
zewgt itfal. Hdejn ras Gesù ghamlet ktieb tal-katekizmu. “Fil-lezzjonijiet tad-duttrina li afdali l-kappillan sibt sens gdid
lil hajti meta wliedi kibruli. Grazzi Gesù li ghamiltni appostlu tieghek.” It-tielet sultan kien zaghzugh li kellu pagna vojta.
Qal lil Gesù:
“Ma kontx naf x’ser naqbad ingib. Idejja vojta u mohhi mimli
mistoqsijiet, dubji u hsibijiet dwar il-futur tieghi. Kollox imdahhan. Gesù
imliha int il-pagna vojta ta’ hajti.” Dawk migbura ghar-recta donnhom riedu jghidu li raw
lit-tarbija smewwija titbissem helu helu. |