IL-HBIEB ISEJHU
Dicembru 2004 | Harga Nru. 4
60
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Certi rakkonti li jghidulna l-missjunarji jghaggbuk. Juru s-sincerità tan-nies tat-tribù li ahna nsejhulhom slavagg imma f'qalbhom kultant ikun hemm imhabba u rispett li rari tiltaqa' maghhom fil-hajja ta' kuljum.

U wiehed minn dawn ir-rakkonti jghid li darba missjunarju mar izur tribù u sab li dawn ma kellhomx numri fis-sistema ta' hajja taghhom. Ma kinux jafu jghoddu u l-missjunarju hassu jinfixel. Kif jista' jkun li tghix bla numri. U dlonk staqsa lil wiehed minnhom:

"Rajtek tmexxi merhla mdaqqsa ta' nghag u baqar. Ghidli kif tkun taf jekk ikollok xi wahda minnhom nieqsa."

"Nintebah mill-ewwel ghax wicc li s-soltu narah kuljum ma narahx u dlonk nitlaq infittex biex ingib lil min ikun intilef."

Jolqtok ir-rakkont ghax ghall-bidwi tat-tribù ma kienx hemm ghoxrin naghga jew hames baqriet. Kien hemm ucuh li hu kien jafhom sew. Kien sar ihobbhom. Kienu qishom membri tal-familja tieghu.

Hekk jafna Alla lilna. Jafna b'isimna. Jafna bit-tajjeb u l-hazin taghna. U jhobbna xorta wahda. U tant ihobbna li ma rahiex bi kbira li jitwieled fil-faqar biex lilna jehlisna minn jasar id-dnub.

Ghal min ma jemminx dawn huma kollha bluhat. Ghal min jemmen din hija l-garanzija li sserhilna rasna u tghallimna nghixu b'hena gewwien, certi li Alla taghna jafna bhalma l-bidwi kien jaf il-merhla tieghu... bhalma missier jaf lil uliedu.

Ghalhekk ghandna ghax nifirhu fil-Milied. Ghax ghat-tarbija ta' Betlem ma ahniex numri imma hbieb.


MID-DJARJU TA' DR A J CRONIN

Meta ddecidejt li ndahhal 'l Alla f'hajti, rajt bidla tremenda fija. Il-vojt li kont inhoss intela'. Mhux ghax sirt qaddis jew ghaddejt minn xi esperjenza mistika. Bqajt ir-ragel ta' dari imma issa kont ghamilt f'mohhi li naghti lill-Mulej dak li kellu dritt ghalih.

Fejn qabel kont immur quddiesa l-Hadd bi drawwa issa bdejt immur bil-qalb. Anzi nistennieha. U noqghod attent ghal kliem u ghac-cermonji. Bdejt insib iktar hin ghal marti u ghal uliedi. Nilghab u nigri maghhom. Qtajt hafna mill-impenji li kont drajt bihom. L-ikliet barra u t-tahdidiet letterarji hallejthom ghal haddiehor.

Imbaghad fis-sajf iddecidejna li niehdu vaganza flimkien. Il-familja kollha. Spiccajna fl-Italja, fil-belt ta' Verona. Kienu snin ta' wara l-gwerra u kien ghad hemm hafna herba. Izda kien hemm ukoll hafna ottimizmu. Fil-pjazza tal-belt kien hemm zewgt itfal – ahwa jbieghu l-frott... wiehed tat-tnax u l-iehor ta' tlettax-il sena. Il-kbir kien jismu Nicola u huh Jacopo. 

Xrajna bixkilla frott u tghidx kemm hadu gost li kienu bieghuh tant malajr. Ergajna rajniehom filghaxija jbieghu l-gazzetti u jibblakkaw iz-zraben tat-turisti. Ingbidt lejhom u xtaqt inkellimhom. Kienu veru dhulin u lilna tghidx kemm ghenuna biex sibna l-ahjar ristoranti u ndikawlna l-isbah postijiet ta' belthom. Hassejtni obbligat lejhom u meta sirt naf li kull nhar ta' Hadd kienu jmorru jinvistaw lil xi hadd li kien joqghod 30 kilometru boghod hassejt li ghandi noffrilhom rikba fil-karozza tieghi. Accettaw bil-qalb.

Il-Hadd wassalthom f'rahal ftit 'il barra minn Verona. U skantajt meta rajthom dehlin f'villa kbira. Il-kurzità tieghi ta' kittieb dahhlitni warajhom. Intbaht li dik il-villa kienet qed isservi ta' sptar. Qaluli li dawk l-ahwa kienu jigu kull nhar ta' Hadd hdejn ohthom li kienet marida. Bix-xoghol taghhom kienu qed ihallsulha ghall-kura li kienet tehtieg. Ghalhekk ghalkemm kienu jaqilghuha tajjeb kienu dejjem bi hwejjeg qodma u mkaghbra. Ghax il-qliegh ta' hidmiethom kien qed imur favur ohthom. Rajthom hdejn soddtha u dehru ferhana. Gabulha ikel u anke bukkett fjuri. Kienu xena ta' hena smewwija.

Ma hallejthomx jarawni. Meta gew lura wassalthom f'Verona bla ma qaghadt insaqsihom dwar ohthom. Hassejt li din taghhom kienet xi haga privata u ma kellix dritt nindahal. Imma qabel spiccat il-vaganza hadt hsieb li nwassal cekk bi ftit flus sewwa lil dak l-isptar biex inhallas ghall-kura ta' din it-tfajla. Biex hekk hajjet l-ahwa ma tibqax daqstant iebsa ghal-gimghat li kien fadal biex ohthom tohrog mill-isptar.

Hassejtni ferhan ser intir. Kont sibt il-formola magika tal-ferh. Fil-qosor kienet tghid: ‘Tinsiex lil Alla u ftakar fil-bzonnijiet ta' hutek il-bnedmin.'

Iktar hu ta' ferh li taghti milli li tircievi.


IL-MILIED FL-ARTI
(il-hames sensiela)

jikteb Dr Coronato Grech M.D.

ALBRECHT DÜRER

Dan l-artist Germaniz pitter l-Adorazzjoni tal-Magi, li llum tinsab fil-gallerija Uffizi ta' Firenze, fis-sena 1504 f'nofs hajja mimlija attività artistika.  Albrecht Dürer (1471 – 1528) kien bniedem ta' hafna talenti kif kien jaf sew hu stess... ghax ma kienx fost l-iktar nies umli. 

Fil-fatt minn sensiela ta' pitturi-xbihat tieghu nnifsu li ghamel bejn it-tlettax u l-erbghin sena ghadu jhares lejna b'harsa wieqfa u kwazi arroganti, qisu jrid jghidilna kemm huwa bniedem sabih u kemm huwa artist kapaci.  Huwa hallielna wkoll hsibijietu fi djarju dwar il-vjaggi tieghu madwar ic-centri artistici Ewropej kif ukoll f'sensiela ta' ittri personali. Dan barra li ghamel studju fl-istorja tal-familja tieghu, xi haga li kien bdieha missieru.  Ghalhekk l-istorici jafu aktar fuq dan l-artist minn kull artist iehor tan-Nord ta' zmienu.  Wiehed minn tmintax-il wild, huwa studja l-Arti minn kmieni u uza kemm zebgha taz-zejt kif ukoll zebgha ta' l-ilma b'effetti sbieh hafna.  Kien ipitter kulma jara: xeni ta' pajsagg, annimali, pjanti, nies u suggetti religjuzi u mitologici. 

Fost il-hbieb famuzi kellu lil Erasmu, Melanchton u Federiku l-Gharef.  Fost l-isbah xoghlijiet tieghu nsibu ‘Il-Festa tal-Girlandi u tal-Ward', ‘Liebru', ‘Idejn' u ‘L-Adorazzjoni tat-Trinità'. Dürer kien ukoll incizitur tajjeb hafna tant li llum huwa iktar maghruf ghall-incizjonijiet tieghu milli ghall-pittura.   Fost l-isbah minn dawn insibu ‘Melancolia' (ghamilha meta mietet ommu, avveniment li tefghu fi krizi spiritwali u artistika), ‘Il-Kavallier u l-Mewt u x-Xitan'.  Barra minn dan Dürer kien ukoll skular u pubblikatur.  Fost il-kitba tieghu nsibu xoghlijiet fuq il-geometrija, il-perspettiv u l-genju artistiku.  Matul hajtu huwa dejjem kien preokkupat bil-fatt li f'pajjizu l-artisti ma kinux stmati waqt li fl-Italja, pajjiz li tant kien jammira, dawn kienu daqstant rispettati.  Fl-Italja kien iltaqa' ma' hafna artisti u umanisti li l-kurzità xjentifika u l-hsieb hieles taghhom tant ghogbuh.  Dürer li kien bniedem religjuz izzewweg zwieg ta' konvenjenza.  Jinghad li martu kienet gemgiema, gellieda u xhiha.  Li hu zgur hu li ma tantx hadha mieghu fil-vjaggi.  Ma kellhomx tfal.

Dürer ghamel ‘L-Adorazzjoni tal-Magi' ghal Federiku l-Gharef u turi tahlita ta' influwenzi Taljani u Nordici.  Il-precizjoni tal-linji u t-tendenza ghad-dekorazzjoni huma karatteristici tat-Tramuntana waqt li d-dwal u l-ambjent kwazi arkeologiku juri distinzjoni tan-Nofsinhar.  Sa anke hemm ziemel jonfor bhalma ghamel da Vinci fil-pittura tieghu fuq l-istess suggett u li qieghda fl-istess muzew.  Is-Slaten Magi huma f'pozizzjoni tradizzjonali, bil-wiehed bil-wieqfa li ghandu l-iktar ilbies ornamentali – probabli Dürer stess, ta' l-inqas xaghru twil u mfelfel jixbah lil ta' l-artist.  Il-baqra u l-hmara jinsabu wara l-Madonna (ukoll f'poza u kulur ta' lbies tradizzjonali), bil-baqra iktar kalma u stoika u l-hmara tinhaq.  San Guzepp ma jidher imkien.


FORSI JINTERESSAWK

Sab x'qallu!

Kienet l-ahhar gurnata ta' l-iskola u ghalliem libes ta' Father Christmas u kien qed idur il-klassijiet. Dahal f'wahda minnhom u dar fuq wiehed mis-subien imqarqcin li kien hemm u qallu:

"Issa hu hsieb li tlestili tazza sherry, halli x'hin ingiblek ir-rigal inkun nista' nixrobha!"

"Imma int ser issuq ic-criev, biex tkompli tqassam ir-rigali?"

"Ma tafx. Mhux dejjem hekk jaghmel il-Father Christmas!"

"Mela f'dak il-kaz ma naghmillekx. Ghax mhux sew li tixrob meta tkun ser issuq!"


Karità mitlufa

Ragel kien ghaddej bil-lejl min-naha mudlama ta' belt u sema' mara tghajjat ghall-ghajjut. Intebah li kienet waqghet fix-xmara. Imma beza' jmur lura ghax qal:

"X'jghidu n-nies meta jsiru jafu li ghent mara f'dawn in-nahiet f'dawn il-hinijiet… Forsi ghamluha apposta biex jistaduni u 'l quddiem iperrcuni… Min jaf kemm hawn nies li semghuha tghajjat. Ghaliex ghandi nkun jien li nghinha? Dik aktarx taf tghum u trid tidhak xi wahda bija."

L-ghada filghodu kulhadd kien qed jitkellem dwar mara mgharrqa fix-xmara. Ir-ragel baqa' ghal ghomru kollu jiddispjacih.

Meta twettaq att ta' karità ma jiddispjacik qatt!


Bejn il-veru u l-kopja

Is-sala kienet imzejna b'sigra tal-Milied kwazi thokk mas-saqaf gholi. It-tifel ta' sentejn kien f'idejn ommu u nzertat hdejn is-sigra meta t-tifel beda jaghti s-salt lil xi dekorazzjonijiet li kien hemm imdendla. Izda hu donnu ried jigbed oggett partikulari. Malli afdatu ftit qala' tuffieha u pprova jikolha. Ghalxejn ipprova bi snienu ghax ma rnexxilhomx jinfdu l-materjal leqqieni.

"Le, qalbi," ippruvat tfehmu ommu. "It-tuffieh tajbin ghall-ikel nixtruhom mis-supermarket. Dawk tas-sigar ma humiex tajbin!"


Kulhadd fl-istess dghajsa

Fuq applikazzjoni ghall-università l-istudenti kienu mitlufa inizzlu dak li fl-idea taghhom huma l-ahjar u l-aghar elementi fil-karattru taghhom. Wiehed mill-istudenti kiteb hekk:  

Elementi pozittivi: Kultant jien onest, altruwist, edukat, ubbidjenti, ferhan, kuraggjuz, nadif.

Elementi negattivi: Kultant jien m'iniex onest, altruwist, edukat, ubbidjenti, kuraggjuz, nadif.

U jekk ahna sincieri maghna nfusna jkollna nghidu kwazi l-istess. Ghax xi ftit jew wisq ahna lkoll inbatu bil-burdati... illum angli u ghada nintebhu li tlifna l-gwienah.  


Dawn il-festi oqghod attent...

Qtilt eluf ta' nies ghad li f'idejja ma ngorrx armi.
Kissirt il-paci f'miljuni ta' familji ghad li ma nitkellimx
Bellaht ghorrief u dghajjift qawwija…
jisimni XORB ALKOHOLIKU


AHBARIJIET TA' INTERESS

IL-LAQGHA TA' NOVEMBRU

Kellemna Mons Salv Borg, ex-arcipriet ta' San Gorg, u peress li konna fil-bidu tax-xahar iddedikat lill-mejtin kellemna dwar il-purgatorju.  Beda billi stedinna biex kull kelma tajba li nisimghu nkunu kapaci nirrepetuha quddiem ohrajn u b'hekk noholqu cirku ta' gid ghaliex il-kelma t-tajba tkun qed timmultiplika ruhha.  Fissrilna kif il-purgatorju huwa mibni fuq tliet imhabbiet: (a) dik ta' Alla ghall-bniedem.  Santu Wistin kien jghid li Alla hu mignun fuq il-bniedem.  (b) l-imhabba tal-bniedem ghal Alla.  L-akbar sagrificcju li ghandha ruh fil-purgatorju hi li ma tkunx tista' tgawdi lil Alla qabel titla' l-genna.  Izda minn naha l-ohra min ikun il-purgatorju ghandu garanzija li hu ghall-genna.  Mill-purgatorju jibqa' biss triq wahda.  (c) l-imhabba taghna lejn l-erwieh gheziez taghna li jinsabu fil-purgatorju.  L-erwieh tal-purgatorju ma jistghu jaghmlu xejn biex jissagrifikaw ghalihom stess.  Huwa ahna li rridu noffru talb u opri tajba ghalihom.  Nibqghu certi li ruh li ghenniha tippurifika fil-purgatorju tpattilna meta tmur il-genna.  Ghalhekk ic-cimiterju ghandu jkun post ghaziz li niffrekwentawh b'mod specjali f'dan ix-xahar partikulari.  Tifel li, flimkien ma' missieru dar ic-cimiterju kollu u qaghdu jaqraw dak li nkiteb fuq dawk li kien hemm midfunin staqsa: "Pa, hawn fejn jidfnuhom in-nies il-hziena.  Kollha tajbin minn dak li kitbu fuqhom!"  Il-genna ma mmorrux bil-kliem sabih li jistghu jiktbu fuq l-irhama li jaghmlu fuq qabarna izda bil-merti li naghmlu matul hajjitna.  Importanti li niftakru f'dawk li marru qabilna u hekk anke ahna, meta jasal tmiemna fuq din id-dinja, insibu min jahseb fina.  Nirringrazzjaw lil Mons Salv tal-laqgha sabiha li ghamlilna.  Hadna gost b'mod specjali ghaliex suggetti bhal dawn, ghad li ghadhom attwali bhal dejjem, sfortunatament ftit nisimghu dwarhom.  In-numru sabih li attenda ghal-laqgha hadu gost b'din il-lezzjoni interessanti.

Il-par kanarini lizard li tellajna wara l-laqgha marru ghand Nathaniel Muscat ta' Triq it-Tigrija.  Hajr lil Jeremy Vella li tahomlna u lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters, tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.


IL-LAQGHA TA' DICEMBRU

Ser issir nhar is-Sibt 4 ta' Dicembru fis-7.15 u peress li nkunu digà bdejna l-avvent l-laqgha ser tkun tikkonsisti f'feature varjat bhala preparazzjoni ghall-Milied. 

Mela habib tinsiex.  Nhar is-Sibt 4 ta' Dicembru fis-7.15p.m. wara l-ahhar quddiesa fil-parrocca.  Tkun preparazzjoni sabiha ghal din il-festa religjuza.


Jekk ma ghandekx hin titlob int imhabbat iktar milli jridek tkun imhabbat il-Mulej.


Jalla l-paci li gabitilna t-tarbija ta' Betlem tghammar f'darkom u f'qalbkom tul dawn il-jiem u matul is-sena kollha.

IL-BORD EDITORJALI

EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA

[Xi Magi mil-Lvant waslu Betlem, ifittxu lir-re li twieled:]
"….raw it-tarbija ma' Marija, ommu
u nxtehtu wicchom fl-art u tawh qima;
imbaghad hargu t-tezori taghhom
u offrewlu rigali, deheb, incens u morr." 
{Mt 2:11}

L-insara tal-bidu qiesu r-rigali
bhala simbolici hafna.
Id-deheb hu r-re tal-metalli
u ghalhekk jissibolizza li
Kristu kien re.

L-incens jintuza fir-ritwali religjuzi
u ghalhekk Kristu hu Alla.
Il-mirra jintuza fid-dfin,
u ghalhekk Gesù kien veru bniedem.  

Li kieku kelli naghti rigal lil Gesù
biex jissimbolizza dak li jfisser f'hajti
x'ikun dan ir-rigal?

X'qed izommni milli nhalli lil Gesù
jkollu sehem akbar f'hajti?

Gesù hu t-triq ghal min intilef
Hu l-hobz ghal min ghandu guh spiritwali
Hu spalla ghad-dghajjef

Hu kumpann ghal min hu wahdu
Hu ragg ta'dawl ghal kulhadd.

BETLEHEM
jikteb Fr Pat Kelly s.m.a.

L-ewwel darba li mort Betlehem kien fis-sena 2002 u mill-ewwel kissirt l-idea romantika li kelli ta' din il-belt.  Ma kienx ir-rahal tal-presepju li kont nimmagina.  Minflok sibt rahal kbir, xejn atraenti mperrec fuq gholja, kollu trab, hmieg u xejn ikkurat.  Kellu s-sinjali kollha ta' telqa sforzata frott is-sitwazzjoni politika xejn sabiha.  In-nies ma kinux ferhana ...ma tantx kellhom ghalfejn.  Bi ftit pellegrini u turisiti hajjithom kienet difficli.  Betlehem tinsab fil-parti Palestinjana (ftit mili 'l boghod minn Gerusalemm). Izda l-armata Israeljana tikkontrolla lil kulmin jidhol jew johrog.  Il-belt kienet sfat attakkata jumejn qabel iz-zjara li ghamilt u t-tifrik kien ghadu frisk.  F'din l-atmosfera ghamilt zjara lill-knisja tan-Natività – knisja tar-raba' seklu.  Frott l-istorja mqallba taghha ma ghandhiex faccata sabiha ghad li hi interessanti.  Iktar qisha faccata ta' mahzen milli ta' wahda mill-aktar knejjes importanti mibnija fuq wiehed mill-aktar postijiet qaddisa.  Anke l-pjazza ta' quddiemha ma timpressjonakx.  U jghidu li ntefqu l-miljuni biex sebbhuha ghall-millennju!  Ma nistax nimmagina kif setghet kienet qabel!

L-assedju tal-knisja tan-Natività beda ftit gimghat wara li mort.  Madwar 200 militant Palestinjan dahlu jistkennu fiha biex jaharbu mill-armata Israeljana.  Madwar 60 qassisin, patrijiet u sorijiet inqabdu fil-bini maghhom.  Il-Lhud dawru l-belt ta' Betlem.  L-assendju dam 38 jum u l-kundizzjonijiet fil-knisja – nuqqas ta' ikel, ilma u igjene – marru mill-hazin ghall-aghar.  Numru ta' Palestinjani, fosthom dak li kien idoqq il-qniepen, spiccaw maqtula u ohrajn feruti qabel ma sar il-ftehim li temm dan l-assedju.  L-ahbarijiet internazzjonali tawh importanza kbira.

Jumejn wara tmiem l-assedju mort ma' grupp ta' hbieb biex inqaddsu fil-knisja Frangiskana ta' Santa Katerina li tigi biswit dik tan-Natività.  Il-Lhud waqqfuna u kellna nimxu l-ahhar 4 kilometri.  Jekk il-belt ma mpressjonatnix l-ewwel darba issa rajtha aghar.  Bankini, sinjali tat-traffiku, ecc kienu mithuna mit-tankijiet tal-gwerra Lhud.  Zibel mifrux ma' kullimkien.  Marki tal-bullets kienu xhieda ta' dak li gara.  Ma kienx Betlehem li kont stennejt!

Kulhadd kien jaghti d-daqqa t'id tieghu biex inaddaf il-post, religjuzi, reporters, krews tat-television ...kulhadd.  Inzilt fuq l-istilla tal-fidda li timmarka l-post fejn tweldilna s-Salvatur.  Sibt madwar 20 ruh jitolbu gharkobbtejhom.  Kien hemm silenzju u kalma smewwija.  Hemmhekk la kien hemm hmieg, la rwejjah u anqas storbju.  Ma kinitx tinhass il-qaghad imwieghra politika li tidher impossibli li tissolva.  Ma nhassitx ir-rabja ta' poplu oppress ibati l-ingustizzji.  Ghal dawk il-ftit waqtiet hassejtni mkebbeb f'paci tremenda fejn il-princep tal-paci, l-Iben ta' Alla, twieled.  Kien mument li jibqa' ghal dejjem ittimbrat f'qalbi.

Hsibt fuq li hsibt fuq din l-esperjenza biex nipprova naghtiha sens.  Fil-qalba ta' tant glied, sibt oazi ta' paci – post fejn thoss lil Alla.  Laqtitni kemm dan hu s-sens tal-Milied u l-inkarnazzjoni ta' Gesù.

Gesù ma twelidx f'Betlehem tal-kartolini.  Dahal fit-tahwid tad-dinja biex jifdina u jaghti l-paci lil dawk kollha li lesti jifthulu qalbhom.  Il-paci li jgibilna Gesù mhix nuqqas ta' glied u gwerer.  Hija paci li tezisti fost u minkejja dan it-tahwid kollu ghax mhix paci li hi marbuta fuq ic-cirkustanzi ta' barra imma fil-fidi soda ta' salvazzjoni.  Hija rigal ta' dawk kollha li lesti jimxu warajh.

Gesù ma nehhiex it-tahwid... ghadu maghna... mhux biss fid-dinja in generali imma f'kull wiehed minna.  Imma ghal dawk li jinteressahom ifittxu fihom infushom, kapaci jsibu grotta zghira fil-fond ta' qalbhom fejn jistghu jgawdu t-toghma tal-genna... post fejn jistghu jirtiraw kull x'hin iridu u jsibu lill-Hallieq taghhom.

"Xtiequ s-sliem ghal Gerusalemm." (Salmi 122: 6)

"Il-Paci tigi, ha tibda minni." (Tom Paxton)


> Mur lura ghall-pagna principali