IL-HBIEB ISEJHU

-
Dicembru 2002 | Harga Nru.436
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

+:: L-Editorjal

Il-maratona hi dejjem tigrija mistennija f’kull Olimpijadi. U dawk li saru fil-Messiku ma kinux eccezzjoni.

Din it-tigrija kienet issa ilha li spiccat. Min rebah il-medalji kien ga' maghruf.  Imma xi nies kienu ghadhom jitlajjaw fl-istadium jistennew l-ahhar atleta ghax skond l-ahbarijiet minkejja li kien waqa’ u wegga’ sew, ried li jkompli t-tigrija sa l-ahhar. U dawn il-ftit spettaturi hassew li ghandhom jibqghu hemm biex jaghtuh merhba.

U minkejja li kienu ftit tghidx kemm xejru, capcpu u ghajtu meta l-atleta mit-Tanzanija, John Stephen Akhwari, deher diehel izappap gol-ground, sighat wara shabu. Deher mugugh imma kien deciz li jkompli t-tigrija ta’ ftit iktar minn 26 mil.

U fl-ahhar wasal. Bla sahha. Riglejh kollhom demm. Fil-qrib kien hemm korrispondent li ried jiehu l-kummenti ta’ dan l-atleta.

“Imma la darba waqajt u weggajt kont cert li ma tistax tirbah.  Mela allura ghalfejn komplejt tigri u ssofri tant tbatija meta ma kienx hemm tama ta’ rebh?”

“Il-poplu tat-Tanzanija baghatni 7,000 mil minn pajjizi ghal Messiku mhux biex nibda l-maratona imma biex nispiccaha. Ma ridtx niddizappuntahom.”

U l-poplu tat-Tanzanija baqa’ grat u kburi bl-atleta tieghu ghax ghad li ma kisibx unuri imma gibed hafna ammirazzjoni ghall-isforz li ghamel.

U l-istess jaghmel il-Mulej ...li jippremjana ta’ l-isforz mhux tar-rizultat.


+:: PIT STOPS

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja  

Passiggier fuq vapur lussuz kellu jaqsam il-gabina ma’ passiggier iehor li ma tantx nizillu ghad li ma kienx jafu. Minn ismu biss kien diga' kwazi jaf li mhux ta’ min jafdah. U din il-fehma kompla jsahhahha meta xi hadd indagahulu.

Minn mixjietu wkoll intebah li mhux ta’ min jafdah.  U allura mar ikellem lill-Kaptan:

“Kaptan, il-passiggier li ghandi mieghi fil-gabina ma joghgobni xejn. Gibt il-flus u d-deheb tieghi biex insakkarhom fis-safe tieghek.”

U l-kaptan tbissem u qallu:

“Il-passiggier l-iehor gie u qalli l-istess. Fil-fatt anke l-flus u d-deheb tieghu qeghdin fis-safe tieghi.”

Kemm drabi naghmlu gudizzju fuq dak li jkun bla ma nkunu nafu xejn dwaru!!


Waqt dibattitu mqanqal, xi hadd akkuza lil Lincoln:

“Int ragel li qed turi wicc b’iehor.”

“Habib, tahseb li kieku kelli wicc iehor, kont ser nidher barra b’dan li ghandi llum?”

U kulhadd infaqa’ jidhak.

Tbissima kapaci tkisser it-tensjoni!


F’Bullettin tal-knisja l-kappillan kiteb:

Hafna nies ma jinhaslux ghax tant hawn kwalitajiet ta’ sapun li ma jafux liema ser jaghzlu;

Hafna nies ma jinhaslux ghax in-nies li jinhaslu jippretendu li huma ahjar mill-ohrajn;

Hafna nies ma jinhaslux ghax dejjem taghmel l-istess xoghol tiddejjaq;

Hafna nies ma jinhaslux ghax ihossu li fil-Milied u l-Ghid ikunu nhaslu bizzejjed ghal matul is-sena;

Hafna nies ma jinhaslux ghax jghidu li m’ghandhomx zmien;

Hafna nies ma jinhaslux illum imma lesti jibdew jinhaslu regolari meta jixjiehu;

Hafna nies ma jinhaslux ghax hbiebhom ma jinhaslux;

Hafna nies ma jinhaslux ghax l-ilma jkun kiesah fix-xitwa u shun iz-zejjed fis-sajf;

...Kemm jidhru bla sens dawn ir-ragunijiet.  Issa kull ma ghandek taghmel hu li tibdel hasil mal-kliem “ma mmurx Knisja”.  Ghax dawk li ma jmorrux knisja ragunijiet bhal dawn igibu biex isibu skuza ghall-assenza taghhom.


Student cempel lill-ghalliem u staqsieh jekk kienx ikkorega l-karti ta’ l-ezami.  L-ghalliem, Dr Beard, wiegeb:

“Ghaziz student, ghadni ma kkorigejthomx imma ibqa’ cert li jien ser nimxi b’gustizzja u dak li hu tieghek tiehdu kollu.”

“Ghaziz Professur jien jahasra mhux gustizzja rrid imma hniena.”

Fl-ezami taghna mal-Mulej, dan l-istudent ma kienx ikun dizappuntat.  Il-Bibbja tghid: ‘Bil-hniena tal-Mulej hi mimlija l-art.’


Is-sema u l-art jghaddu imma kliemi ma jghaddix - GESU` KRISTU (Mt 24, 35)


+:: L-erba' zwiemel ta' l-Apokalissi

:: jikteb Dr Coronato Grech

It-tielet ziemel huwa dak ta’ pestilenza li fis-sens modern tigi minn xi mikrobu varjant li ghalih ma hawn l-ebda immunità.  Xi whud minn dawn qeghdin hawn u bilkemm qed nikkontrollawhom ez dawk ta’ l-AIDS, CID, Lassa fever u Ebola.  Anke l-uzu zejjed u indiskriminat ta’ l-antibijotici (spiss tort tat-tobba) ghall-mard moderat jew ghal produzzjoni ta’ l-ikel, qed jikkagunaw li jizviluppaw mikrobi rezistenti ghall-antibijotici li s’issa kienu effettivi.  It-theddida minn xi epidemija, qieghda, bhas-sejf ta’ Demokli, imdendla fuqna.

Ir-raba’ ziemel, jekk jigi, ma jkunx tort taghna, imma xejn inqas terribli.  Dan ikun f’forma ta’ muntanja enormi (jew asterojde jew kometa) li tahbat ghall-gharrieda mad-dinja taghna.  Ghalkemm kienu hafna iktar komuni fil-bidu tal-formazzjoni tas-sistema solari (il-hofor fuq il-qamar, Mercury u Mars juru dan) u llum rari, però l-possibiltà li xi wahda minn dawn tahbat mad-dinja mhix eskluza.  Anzi f’dawn l-ahhar snin kemm ilna nosservaw is-sema fid-dettall, qed nindunaw iktar bihom per ezempju fit-23 ta’ Marzu 1989 ghaddiet asterojde f’distanza ta’ madwar darbtejn dik tal-qamar, (li huwa vicin hafna) u f’Lulju tal-1994 rajna kometa tahbat ma’ Jupiter.  U fil-1908, f’Tunguska, is-Siberja, grat spluzjoni enormi misterjuza li aktarx kien in-nukleu ta’ kometa.  U jerga’ fis-sena 1187 xi patrijiet fl-Ingilterra raw il-qarn ta’ qamar gdid bhal jinqasam u li aktarx kienet xi asterojda li dak il-hin habtet mal-qamar.  Intant il-herba li tigi minn habta bhal din tkun kolossali, kif inhu mahsub li gara madwar 65 miljun sena ilu meta nqerdu d-dinosawri u tant speci ohra.  U ahna ma ghandniex xi garanzija specjali li d-dinosawri jew il-pjaneti l-ohra ma kellhomx.

Intant, ghaddew kwazi elfejn sena minn meta nkiteb l-Apokalissi biz-zwiemel u minkejja li kien hemm zminijiet meta z-zwiemel u r-rikkieba terribli taghhom donnu kienu qed jaghmlu taghhom, sallum b’xi mod jew iehor ghadna hawn.  Anzi llum iktar minn qabel, hafna minna ninsabu iktar b’sahhitna, ghandna iktar kumditajiet u ngawdu hsieb hieles.  Ta’ min jispera hafna li l-erba’ zwiemel prezenti jibqghu dejjem fl-istalla ta’ Pandora jew fis-sigilli ta’ dak li huwa fuq it-tron.  Jekk johorgux jew le jiddependu mill-azzjonijiet taghna.  Ta’ min jispera hafna li s-sens komun, ir-rieda tajba u l-attitudni umanitarja jirrendu z-zwiemel ta’ l-Apokalissi ghall-mitologija fejn tassew huwa posthom.


+:: Forsi Jinteressawk  

Milied u beraq

Kien il-lejl tal-Milied u zewgt itfal kienu f’kamrithom ...ser jorqdu.  Beda jkarwat ir-raghad u ilebleb il-beraq.  Iz-zghir beda jibza’:

“Joe, dan id-dawl x’inhu?”

“L-angli qed jiehdu r-ritratti!”

“U ghaliex qed jinstemghu dawk il-hsejjes?”

“Forsi waqghetilhom il-camera!”

Iz-zghir ghalaq ghajnejh u raqad fil-fond.  


Nesa zmienu

Sinjur ra corma tfal jitkellmu bejniethom.  Resaq lejhom u sar jaf li qed jaghmlu kompetizzjoni bejniethom min kapaci jghid l-ikbar gidba.  Is-sinjur tkaza bihom u qalilhom:

“Imisskom tisthu.  Meta kont l-età taghkom qatt ma naf li ghidt gidba!”

“Aghtuh il-premju ...aghtuh il-premju!” ghajtu lkoll flimkien.


Waqt dibattitu bejn qassis u tabib:

Tabib: “La m’intix mizzewweg ma tistax titkellem fuq iz-zwieg.”

Qassis: “Allura biex int titkellem fuq il-mard trid bilfors trid tkun marid?


Ir-rigal tal-Milied

Marija ffissat li ghal Milied trid brazzuletta.  Ma kinitx tafda lir-ragel biex jaghzilhielha.  Ftehmu li taghzilha hi u jixtriha hu.  Meta sabet wahda kif kienet tixtieq baghtitlu SMS tinformah li kienet tiswa Lm10,000.  Ir-ragel inhasad u ma ridhiex tonfoq tant flus.  U dlonk baghtilha SMS ohra:

‘No

Price too high.’

Izda hi xtratha ghax irragunat: ‘No price too high’ tfisser li zewgha ghaliha ma kien iqis xejn gholi.  Izda hu ried ifisser ‘No. Price too high’.

X’differenza jaghmel full stop!


Jaf x’jghid ghax garrab

Fittixt il-ferh… harabli.

Fittixt il-pjacir… iddizappuntani.

Fittixt il-flus... hakmuni.

Fittixt il-popolarita'... zgiccatli.

Fittixt ‘l Alla... u ma xxennaqt ghal xejn izjed.

William Arthur Ward


Ried ftit mill-ghar ta’ Betlem

“X’inhi dik il-haga li tista’ turini ‘l Alla?”

L-gharef ma tkellem xejn.

“Ili nistenna hafna.  Ser twegibni jew ser nitlaq.”

“Gà wegibtek!”

“Skuzani ...ma smajtekx!”

“Biex issib lil Alla trid tidra tiskot.”


+:: Simetriji + Bejn grajja, riflessjoni u kwotazzjoni

 

Kien l-24 ta’ Dicembru 1914

b’inqas minn mitt jarda

jifirdu s-suldati Inglizi mill-Germanizi

f’din l-ghalqa Belgjana.

Ir-riha tal-mewt kienet timla l-arja.

U kulhadd kien miksi tajn u mimli biza’.

Izda dan il-lejl kellu jkun differenti

minn dawk ta’ qablu ...u ta’ warajh.

Mit-truncieri Germanizi beda jinstema’

l-kant ta’ ghanjiet tal-Milied.

L-Inglizi rrispondewhomb’ohrajn.

Fid-dalma ta’ qabel l-ghabex suldati Germaniz

b’fergha sigra armata bix-xema’

hareg mit-trunciera u resaq lejn

in-naha Ingliza.

Fi ftit hin kienu bosta dawk

li miz-zewg nahat resqu lejn xulxin

u taw rigali.

Sahansitra ghamlu partita football.

 

Il-kmandanti taghhom

Ma’ l-ahbar ordnawlhom lura f’posthom

U f’jum bidlu s-suldati kollha

Il-mewt regghet saltnet.

Imma ghal jum, fi twelid il-Feddej

is-suldati wrew li l-paci kapaci ssaltan

anke f’kamp ta’ Battalja.

“Inhallilkom is-sliem;

naghtikom is-sliem tieghi.

Mhux bhalma taghti d-dinja, naghtikom jien.”


+:: Ahbarijiet ta' Interess

IZZEWGU

Charlene Portelli ta’ Triq ta’ Said lil Joseph Stellini (Kercem).

Nawgurawlhom futur hieni flimkien filwaqt li nfakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.

IL-LAQGHA TA’ NOVEMBRU

Kellna pannel bi tliet kelliema – Dun Manuel Cordina ta’ l-Oasi, Dr Mario Saliba M.D. u l-Ispettur Maurice Curmi.  Bhala tema tal-laqgha kellna ‘Il-Valur tal-Hajja’.  Beda Dun Manuel bi brain storming session billi fuq whiteboard kiteb SFIDI TALLUM u ghal kull ittra dawk prezenti bdew isibu temi differenti ta’ sfidi.  Il-partecipazzjoni ta’ dawk li attendew uriet interess kbir.  Dun Manuel beda jaghmel accenn fuq kull suggett li hareg.  Kemm Dr Saliba kif ukoll l-Ispettur Curmi rnexxielhom jorbtu tajjeb hafna l-qasam professjonali taghhom ma’ temi li nkitbu fuq il-whiteboard.  Dr Saliba amplifika fuq dawk marbuta mas-sahha bhal droga, u enfasizza fuq il-hsara li l-peer pressure taghmel fuq iz-zaghzugh filwaqt li l-Ispettur Curmi ma’ dawk tal-ligi u l-pulizija bhal sewqan, limiti ecc.  Smajna kemm is-sewqan u x-xorb alkoholiku meta jithalltu jaghmlu cocktail tal-mewt.  Bosta mill-vittmi ta’ l-incidenti huma zghazagh.  Sewwa li dawk li ghad ma ghandhomx tmintax jifhmuha sew li s-sewqan mhux ghalihom.  Il-korriment taghhom u ta’ min jolqtu ma jkun qatt kopert b’insurance.  Meta l-bniedem ipoggi lil Alla f’hajtu u jzomm quddiem ghajnejh il-valur tal-hajja bhala sagrosant kollox jigi f’postu.  Hajr lil dawn it-tliet kelliema u l-attenzjoni ta’ dawk prezenti kienu xhieda bizzejjed ta’ kemm intlaqa’ tajjeb il-messagg li huma wasslu.

Hajr lil Robert Borg, barman tal-kazin tal-Youngsters tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.  Tellajna souvenir ta’ New York li mess lil Joseph Muscat ta’ Triq San Blas u T-shirt li tela’ fih Anthony Portelli ta’ Triq l-Imgarr.

IL-LAQGHA TA’ DICEMBRU

Stedinna lil Dun Vince Pavia li ser ikellimna fuq ‘Il-Ferh u l-Milied’.  Ser izewwaq il-lezzjoni tieghu b’esperjenzi minn hajtu. 

Il-laqgha ser issir nhar is-Sibt 7 ta’ Dicembru fis-7.15p.m.  Ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll. 

Hadna gost li ghal-laqgha ta’ Novembru numru sabih ta’ zghazagh laqa’ l-istedina taghna u attenda ghad-diskussjoni li kellna.  Ghaliex ma tithajjarx u tkun maghna int ukoll ghal-laqgha ta’ Dicembru?  Tiltaqa’ ma’ guvintur ohra u zgur li tisma’ xi kelma ghall-gid.  Nistennewk.  Kemm lilek kif ukoll lil shabek.

IL-PAPA, DUN GORG U S-SENA TAR-RUZARJU

F’Ottubru, il-Papa habbar hames misteri godda tar-Ruzarju li ser jissejhu tad-Dawl.  Hadna gost li dawn jixbhu hafna lil dawk li l-Fundatur taghna, il-Beatu Gorg Preca ghamel fl-1957.  Heggigna biex matul din is-sena nghidu din it-talba sabiha u ddikjara sena tar-ruzarju sa Ottubru 2003.

Habib, int tghidu r-Ruzarju ta’ Ommok?


+:: L-Isbah Rigal

Invilopp zghir abjad marbut mal-frieghi tas-sigra tal-Milied.  La jkollu isem, la identifikazzjoni u anqas skrizzjoni.  Dejjem instab wiehed minn dawn fis-sigra tal-Milied tad-dar taghhom.

Kollox beda ghaliex il-missier, Sam, ma kienx ihobb l-Milied.  Isma’ mhux l-aspett religjuz tal-festa imma l-kummercjalizzazzjoni taghha.  Ma kienx jista’ ghall-giri ta’ l-ahhar minuta biex tixtri ingravata liz-ziju - li ghall-bzonn anqas biss jilbisha, xi haga ghad-dar tan-nanna – li dejjem tgerger kemm ghandha xi tfarfar ...ghotjiet mixtrija f’disperazzjoni ghax iz-zmien ikun dahal sew.

Billi martu kienet taf kif ihossu, sena minnhom dehrilha li ahjar taqbez ir-rigali tas-soltu u thalli barra x-xiri ta’ hwejjeg, ingravajjet u affarijiet ohra simili.  Riedet tixtrilu xi haga specjali.  U l-ispirazzjoni giet minn post mhux mistenni.

Binhom Kevin, li dakinhar kellu tnax-il sena, kien fit-tim tal-judo ta’ l-iskola.  Ftit qabel il-Milied, kellhom xi loghob ma’ tfal minn parrocca fuq ix-xaqliba l-ohra tal-belt.  Bosta minnhom kienu tfal foqra suwed.

Biex jilaghbu dawn it-tfal kellhom hwejjeg imqatta’ u z-zraben tant imkaghbrin li l-lazzijiet biss kienu jzommuhom flimkien.  Minn naha l-ohra Kevin u shabu kellhom hwejjeg tad-ditta u zraben ileqqu qishom ghadhom hergin minn gewwa l-kaxxi.

Kif beda l-loghob, setghu jinnotaw li t-tim tas-suwed ma kellhomx ghata ghar-ras biex tipproteggilhom ‘il widnejhom.  Ghalihom kien lussu li bl-ebda immaginazzjoni kbira taghhom ma setghu jakkwistaw.  It-tim ta’ Kevin rebhu kull kategorija.  Kull tifel iswed li spicca fuq it-tapit kien iqum b’arja li ma taccettax telfa – haga sinonima mat-tfal tat-triq.

Sam thassarhom lit-tfal is-suwed.  “Kemm nixtieq li almenu rebhu kategorija wahda ...imqar wahda biss!  Ghandhom hafna potenzjal, imma telfiet bhal dawn jaqtghu kull qalb zonqrija!”  Sam minn dejjem habbhom it-tfal.  Kien jifhimhom hafna waqt kompetizzjoni peress li kien ghamilha ta’ coach taghhom f’leagues tal-football u l-baseball.  Dan il-mument ispira r-rigal.

Dakinhar filghaxija martu marret f’hanut tal-isports u xtrat bosta headgears, zraben u hwejjeg ohra u baghtithom, bla ma wriet isimha, lill-parrocca ta’ dawk it-tfal.  Nhar lejlet il-Milied martu kitbet dak li ghamlet, poggietu f’invilopp u wahhlitu mas-sigra tal-Milied b’dedika lil Sam.  U dak kien ir-rigal tieghu dak il-Milied.

It-tbissima tieghu, nhar il-Milied, uriet kemm kien ha pjacir bir-rigal specjali tieghu.  Il-Milied ta’ wara sehh l-istess u bdiet tifforma tradizzjoni ...sena jintbaghtu grupp ta’ tfal mentalment handikappati biex jaraw loghba hockey, sena ohra jintbaghat cekk lil zewgt ahwa li darhom kienet hadet in-nar gimgha qabel il-Milied …

Hekk kif it-tfal bdew jikbru affarijiet prattici bdew jiehdu post il-gugarelli izda l-invilopp qatt ma tilef is-sabih tieghu.  Izda l-istorja ma tintemmx hawn.

Is-sena l-ohra Sam miet b’cancer.  Martu tant kienet imdejqa li ma kellhiex mohh ta’ Milied.  Izda hassitha li f’lejlet il-Milied ghandha xorta wahda ddendel invilopp mas-sigra ghal Sam.  Filghodu kien hemm tlieta ohra.  Uliedhom ukoll, minghajr ma ftehmu flimkien, hassewhom li ghandhom idendlu l-ghotja taghhom lil missierhom.

It-tradizzjoni ghadha tikber u xi darba ghad tikber hafna aktar meta n-neputijiet, b’ghajnejn kurjuzi, jibdew jaraw lil missirijiethom jifthu l-inviloppi nhar il-Milied filghodu.

B’hekk l-ispirtu ta’ Sam, bhall-ispirtu tal-Milied, jibqa’ dejjem maghhom.

> Mur lura ghall-pagna principali