|
|
|
|
|
||||
|
|
Fl-ghaqda
ta’ l-abbatini hemm numru ta’ tfal u guvintur li jiddedikaw xi hin
liberu taghhom biex iservu lill-Mulej fuq l-altar.
Biex wiehed jidhol fl-ghaqda irid ikun fil-Year 5 ta’ l-iskola
Primarja. Wara xhur ta’
preparazzjoni, imbaghad issir il-Vestizzjoni li matulha jsir membru shih
ta’ l-ghaqda. Bhalissa
ghandna hames abbatini godda li qed jithejjew biex f’Dicembru li gej
jiehdu l-Vestizzjoni. Biex
izzomm grupp ta’ 39 abbati, trid hafna energija. Ahna nippruvaw naghmlu hilitna kollha biex minn zmien ghal
zmien norganizzaw diversi attivitajiet ghalihom.
Dawn l-attivitajiet jilhqu l-qofol taghhom matul il-vaganzi
tas-sajf. Hawn qed taraw
ukoll xi ritratti minn diversi attivitajiet li ghamilna ghalihom matul
is-sajf li ghadda. Fil-kamra
li ghandna apposta ghalina, hemm il-lockers fejn kull abbati jzomm
il-libsa tieghu b’mod pulit. L-ilbiesi
li jintlibsu fl-Imnarja u f’festi ohra jintrefghu f’post iehor.
Fil-kamra tal-abbatini hemm ukoll Play-Station u Super-Nintendo
flimkien ma Billiard u anke t-Television.
hafna minn dawn kienu ghotjiet tal-Kunsill Lokali li minn qalbna
nirringrazzjaw tal-ghajnuna li dejjem jaghtina. Minn
hawn nibghat inselli ghal kull min jaqra dan it-taghrif u jara r-ritratti
konnessi mal-ghaqda taghna. Tislijiet
specjali lill-emigranti taghna. Il-Bambin
iberrikhom ilkoll. Dun
Brian Mejlak Direttur
|
|
|||
![]()
|
|||||
![]()
|
|||||
| Safra ghall-Vjenna – Lulju 2000 |
Mixja mid-Dwejra sa’ Marsalforn |
||||
|
|||||
|
|
|||||