In-Nadur
mal-mixja taz-zmien
episodji mill-hajja tal-President tas-Socjeta' Filarmonika Mnarja
Charlie Xuereb, migbura f'intervista ta' june29th.com
Il-Banda
Mnarja
Kien
fis-7 ta’ Lulju 1967 meta grupp ta’ zghazagh Nadurin, immexxijin
minn Joe Curmi u Leli Vella, iltaqghu u ddecidew li jiffurmaw banda.
Kulhadd kien ghatxan u entuzjast. Kien iz-zmien opportun biex tidhol
ghal bicca xoghol tant kbira. L-ewwel banda kellha 65 bandist –
ilkoll min-Nadur. Sena wara n-numru kien tela ghal 85 bandist.
Jien
kont fost l-ewwel bandisti li hargu jdoqqu mal-Banda Mnarja. Kont
indoqq it-trombun. L-Arcipriet Martin Camilleri kien anke tana
l-post tieghu biex fih naghmlu l-kuncerti u l-provi taghna. In-Nadurin
urew generozita' kbira mal-Banda Mnarja – sa mill-ewwel snin taghha.
Wara
li qattajt hames snin sbieh bhala bandist, izzewwigt u emigrajt lejn
il-Kanada. Ghal diversi ragunijiet ma domniex wisq fil-Kanada u
rritornajna n-Nadur. Kelli hegga kbira biex nidhol fl-amministrazzjoni
tal-Banda. Bhala bandist kont diga bdejt ninnota punti li wiehed
seta' jahdem fuqhom ghall-gid tal-Banda. Bhala bandist ma stajtx
inwettaq il-bidliet li xtaqt u li hlomt.
Kont
waqqaf flimkien ma’ ohrajn il-kumitat responsabbli mill-entertainment.
Konna niehdu hsieb l-aspett kulturali tal-Banda – drammi,
attivitajiet, festivals, danza, karnival, karrijiet ect. Dan kien
fil-bidu tas-snin sebghin.
L-ewwel
dramm li tellajna kien Is-Sigriet tal-Qrar. Kien intlaqa' tajjeb
hafna u konna anke tellajnieh fl-Gharb – li kien rahal maghruf sew
ghad-drammi dik il-habta. Niftakar li jien kont ghamilt il-parti
tal-qassis, Joe Said kien is-sagristan, Guzi Spiteri kien ha hsieb
l-irtokk u fost in-nisa kien hemm l-ispizjara Maria Natoli.
Bdejna
nippartecipaw fil-karnival tar-Rabat b’maskeruni, karrijiet u
danez. Konna nqattghu sitt xhur nahdmu fuq dawn l-attivitajiet u
kien jirnexxilna noholqu xoghol ta’ livell gholi hafna. Illum
niftakar b’nostalgija whud mill-karrijiet li konna ghamilna
fosthom The Whale of a Tail, Cindirella Mini Shoe, Macintosh,
il-Gondola u ohrajn.
Ix-xoghol
kollu fuq il-karrijiet kien isir bil-lejl u mhux l-ewwel darba li
domna sat-tlieta jew l-erba ta’ fil-ghodu ghaddejjin biex inlestu
l-karru fil-hin. Dejjem konna niksbu rizultati tajbin hafna. Gieli
rbahna l-ewwel premju u gieli spiccajna runners-up.
Karnival
Minn
mindu kont ghadni daqsxejn ta' tfajjel kont migbud wara l-Karnival.
Kont flimkien ma' shabi nilbes fil-Karnival ta' fil-ghaxija.
U bqajt naghmel hekk ghal hafna snin. Jien u shabi ridna li l-karnival
jibqa popolari u konna nkunu minn tal-ewwel bil-maskra ghaddejjin
minn Triq Dicembru 13
Song
Festivals
Meta
kont zghir, iz-Zghazagh Haddiema Nsara kienu organnizaw Song
Festival. Niftakar li Loreto Tabone kien rebah il-kategorija tas-subien u
Maria Muscat kienet rebhet dik tal-bniet. Kont impressjonajt ruhi u xtaqt
li nibda norganizza festivals bhal dawn. Fil-Banda Mnarja sibt l-opportunita’
biex inwettaq il-holm li kelli. Ghal disa' snin konsekuttivi tellajna
n-Nadur Song Festival. Imbaghad waqaf ghal xi zmien, ergajna
organizzajna sitt festivals ohra wara xulxin, ergajna waqafna u issa
rega' beda jsir u nispera li jkompli.
Il-kazin
tal-Banda kien sar post ta’ divertiment. Konna norganizzaw xi haga
ta’ kull weekend. Niftakar gieli anke gibna lil Freddie
Portelli u l-grupp Black Train. Stedinna kull magician Malti
u hafna kantanti ta’ livell.
Niftakar
darba konna anke stedinna lil Charles Saliba li kellu t-titlu ta’ the
strongest man of Malta. U dan kien rnexxielu jigbed il-karozza
tal-linja ta’ Pawlu Portelli bi snienu!
Films
Kien
gie zmien fejn it-teatru tal-Banda kien beda jservi ta’ cinema.
Konna nuru film kull nhar ta’ Erbgha, Gimgha, Sibt u Hadd. U konna
ngibu kull tip ta’ film. Niftakarna mmorru x-Xatt nigbru l-film li
kienu jibghatulna tal-KRS bil-vapur ta' Sanny. Pero’ maz-zmien il-films ma tantx
baqghu jattiraw nies. Kien wasal iz-zmien ghall-affarijiet ohra.
U
waqqafna l-films u bdejna d-drammi. Dramm kbir li konna tellajna
kien Barabbas li kien twil mat-tliet sighat u kien idderigieh
Dun Mario Cassar. Dak kien 18-il
sena ilu. Konna tellajnieh tliet darbiet u kellu kast ta’ madwar
60 attur. Drammi ohra kienu Is-Salib tal-Gholja, iehor fuq
il-hajja ta’ San Frangisk, fejn kellna xenarju tabilhaqq
affaxxinanti, il-kummiedja tas-Sinjura Jolanda u d-dramm Arbli
fuq il-Bejt li forsi kien daqsxejn difficli ghall-udjenza taghna
u ma tantx kien nizel tajjeb. Ghal dan id-dramm kellna xenarju rikk
hafna. Konna anke bdejna torri f’nofs is-sala u x-xenarju kien
jibqa' ghaddej mal-plateja. Niftakar lill-Arcipriet tax-Xewkija li
kien gie jara x-xenarju u tant apprezza li tana donazzjoni ta’
Lm25.
Ricentament
ergajna bdejna ntellghu bosta drammi, fosthom Bahar Wiehed I u Bahar
Wiehed II, bis-sehem tal-kumpanija ta’ Lino Grech.
Amministrazzjoni
L-ewwel
kariga li kelli fil-kumitat tal-Banda Mnarja kienet dik ta’
Assistent Segretarju. Ftit wara kont inhtart Segretarju u kont bdejt
inwettaq il-bidliet li dejjem hlomt. Konna niltaqghu kull hmistax-il
gurnata u bdejna nkabbru u nghollu l-livell tas-socjeta’. Ghamilt
ukoll zmien bhala Kaxxier tas-Socjeta' u f’dak iz-zmien konna
biddilna l-istrumenti kollha, mhux biss dawk tal-qasba
bhall-klarinetti imma anke l-brass u l-katuba, li jiswew hafna flus.
Illum,
grazzi ghad-dedikazzjoni ta’ kaxxiera serji, is-Socjeta’ ghandha
bazi finanzjarja soda. Meta dhalt kaxxier niftakar kellna dejn ta’
elfejn lira – li ma huma xejn meta tqis li konna bdejna bini bhal
dak u waqqafna banda. F'dik l-istess sena konna hallasna
b'erbatax-il elf lira fi strumenti godda.
Kompla
jghaddi z-zmien, tlajt ghal-livell ta’ Vici President u fl-1995
inhtart President tal-Banda Mnarja. Fid-diskors tieghi kont
stqarrejt li xtaqt naghti face-lift lis-socjeta’. Ridt li l-banda
ssir aktar professjonali. Hdimt hafna u ridt li l-holm li kelli jsir
realta’.
Safar
Wahda
mix-xewqat tieghi kienet li nohrog il-Banda Mnarja minn Malta.
Kienet tkun okkazjoni ta’ unur ghas-socjeta’ u anke ta’ radd
il-hajr ghall-bandisti taghna.
Wara
mawra qasira f’Acireale fi Sqallija, kien imiss safra akbar.
Kellna diversi ghazliet pero’ ghazilna d-destinazzjoni San Remo.
Minn dejjem kont dilettant tal-muzika Taljana u l-festival ta’ San
Remo nsegwieh b’entuzjazmu. Il-possibilita’ li l-banda taghna
taghmel programm fit-Teatru Ariston kienet xi haga li bdiet tberren
f’mohhi meta ddecidejna li mmorru San Remo. U rnexxielna!
Dawk
il-45 minuta li fihom il-Banda Mnarja esegwiet programm fuq il-palk
tat-Teatru Ariston kienu fost l-aktar mumenti ta’ sodisfazzjon
kbir ghalija personali. Warajna kompliet banda mill-Isvezja.
F’San
Remo wkoll, il-Banda Mnarja mexxiet parata ta’ 26 banda ohra.
Ironikament ahna konna fuq quddiem bil-bandiera Maltija!
Kienet
mawra unika li titnizzel b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Banda
Mnarja.
Waqt
li konna f’San Remo tlajna wkoll Franza, fejn esegwejna programm
fost il-komunita’ Maltija f’Marsilja.
Kien hemm mal-hames mitt ruh, ilkoll ta' dixxendenza
Maltija-Franciza, li ghamlulna laqgha sabiha hafna.
Folk
Group
Kienet
holma ohra li ghamilt realta’. Il-grupp folkloristiku Mnarja ghadu
attiv sal-lum u jiehu sehem f’bosta attivitajiet matul is-sena,
fosthom fl-Ikla Tradizzjonali tal-Imnarja. Nigu wkoll mistiedna biex
nallegraw lin-nies f’irhula ohra Ghawdxin.
  
Livell
ikompli joghla
Kienet
ix-xewqa tieghi li l-livell tas-socjeta’ jkompli joghla. Illum
ghanda erba surmastrijiet jghallmu lill-aljievi. Il-kummenti li
jaslulna minn esperti f’dan il-qasam jimlewna b’kuragg kbir.
M’hemm l-ebda banda f’Ghawdex li tesegwixxi programm f’kull
marc li taghti fil-festi. Ghalina din saret kwazi regola.
Matul
is-sena 2002 hrigna wkoll CD b’muzika klassika li ntlaqghet tajjeb
hafna mid-dilettanti tal-baned f’Malta u Ghawdex. Konna l-ewwel
banda li qatt ghamlet recording ta' dan it-tip.
It-Teatru
   
Fil-passat,
it-Teatru Odeon kien offra divertiment kbir lin-Nadurin. Pero’,
meta nhtart President, hassejt li kien wasal il-mument li n-Nadur
ikollu tabilhaqq teatru li jixraqlu. Htafna l-opportunita’
tal-bidu ta’ millennju gdid u ddecidejna li dan it-teatru jkun
ir-rigal taghna lill-poplu tan-Nadur. Kienet sfida kbira pero’
dhalna ghaliha bil-kbir.
Sar
id-disinn minn Carmel Grech, ghamilna xi arrangamenti u beda x-xoghol.
Flimkien ma’ grupp ta’ 18-il voluntier hdimna bla heda ghal sena
u nofs shah. Ix-xoghol kollu kien isir matul il-lejl u matul il-jum
tal-Hadd. Jien kont responsabbli mid-disinn u mid-dekorazzjoni tad-disinn,
fil-waqt li kkordinajt ix-xoghol.
L-isem
MBC kien suggeriment tieghi. Xtaqt li t-teatru jkollu isem modern u
fl-istess hin b’rabta mas-socjeta’. Hassejt li l-inizzjali ta’
Mnarja Band Club setghu jkunu isem ideali ghat-teatru. Is-suggeriment
tieghi ntlaqa’ tajjeb.
Engen
Il-gemellagg
li ghamilna mal-banda Germaniza ta’ Stadtmusik Engen kien ukoll
mument ta’ ferh ghalina lkoll. Il-ftehim sar fis-sena 2001 u
fis-sena ta’ wara l-banda ta’ Engen kienet iddoqq fil-festa
tal-Imnarja fin-Nadur. Imbaghad, sena wara, f’Lulju tal-2002,
tlajna Engen. Gejna milqugha tajjeb hafna u kellna kuncert fil-market
square – zona frekwentata hafna f’Engen.
Ghamilna
wkoll ghadd ta’ eskursjonijiet li kienu divertenti ghall-bandisti
taghna fil-waqt li komplew jghollu l-livell tal-Banda Mnarja.
Nabul
Mawra
ohra li ghamilna kienet f’Nabul, fit-Tunezija, fl-1999. Maghna
kellna nofs il-bandisti Nadurin u n-nofs l-iehor kienu gejjin
mill-Banda Santa Elena ta’ Birkirkara. Fit-Tunezija hadna sehem
fil-festi tal-Karnival li jittellghu hemm.
Mnarja
Ta’
kull sena l-Banda Mnarja qed izzid l-attivita' taghha. Ta’ min
ifakkar li ftit tas-snin ilu fil-jum ta’ lejlet il-festa, il-banda
fil-pjazza tar-rahal kienet tieqaf fl-10.30pm. Issa beda jkun hemm
banda ohra li tkompli minn dak il-hin ’il quddiem.
Il-kuncert
annwali tal-Banda Mnarja, li jittella' bil-kollaborazzjoni
tal-Kunsill Lokali tan-Nadur, issa beda jkun mistenni mill-ammiraturi
kollha tal-muzika.
Assocjazzjoni
tal-Baned Ghawdxin
Il-Banda
Mnarja kellha f’idejha l-Presidenza tal-Assocjazzjoni tal-Baned
Ghawdxin bejn Gunju u Dicembru tal-2002. F’dawn is-sitt xhur l-Assocjazzjoni
ddiskutiet punti ta’ importanza u relevenza kbira u mxiet ‘il
quddiem.
Sagrifficji
X’hin
inhares lura ma nistax ma nammettix li ssaggrifikajt hafna mill-hin
tieghi biex naghtih lill-Banda Mnarja. Kultant inhossni ddispjacut
li l-unika tifla li ghandi kibbret u forsi ma gawdejthiex bizzejjed.
Pero’ x-xoghol li dhalt ghalih dejjem hadtu b’serjeta’ kbira.
Esperjenzi
Fost
l-aktar esperjenzi koroh li ghaddejt minnhom hemm wahda li sehhet fi
zmien il-karru tal-karnival Gondola. Niftakar konna
ghaddejjin bih minn Triq Dicembru 13 li kienet mizghuda bin-nies
meta bi zball l-karru qata wire tal-elettriku u waqa' fuq in-nies.
Setghet sehhet tragedja pero’ Alla zamm harstu fuqna u ma wegga'
hadd.
Esperjenza
ohra ta’ niket kienet meta miet il-membru tal-kumitat Lorry
Portelli. Miet waqt li kien qed jahdem fil-kazin u kienet esperjenza
li xxukkjatna lkoll.
Min-naha
l-ohra kien hemm dawk l-esperjenza li wiehed ma jistax jinsa malajr.
Fosthom hemm il-jum meta inawgurajna t-Teatru MBC, il-mawra taghna
f'San Remo u l-gemellagg
taghna mal-banda ta’ Engen. Kienu tlitt avvenimenti kbar
ghas-socjeta’ taghna.
Futur
Jien
nara futur sabih ghall-Banda Mnarja. Jekk is-socjeta’ tkompli
miexja fuq il-passi li qabdet f’dawn l-ahhar seba snin, il-Banda
Mnarja ghandu jkollna futur kollu opportunitajiet u successi. Il-bazi
finanzjarja tas-socjeta’ hi wahda soda u dan anke grazzi
ghall-kuntratti tajbin li rnexxielu jakkwista l-kumitat.
Progett
li dal-waqt isir realta' hu l-progett tal-Arkivju l-gdid, li ser
isir fil-kazin tal-banda taghna. Dan jinkorpora gabra tal-muzika
kollha f'zewg vetrini mill-isbah. Id-disinn sar minni stess u
nittamaw li l-progett ikun lest sa' tmiem is-sena 2003.
Sakemm
il-membri tal-kumitat ikomplu jahdmu id f’id mal-bandisti u mal-poplu,
b’hafna entuzjazmu u genwinita’, il-futur ghandu jkun wiehed
sabih. Il-fatt li llum baned ohra jitolbu l-ghajnuna u l-pariri tal-Banda Mnarja,
huwa fatt li jawgura tajjeb ghall-futur.
Charlie
Xuereb ilu ghal dawn l-ahhar snin jahdem bhala Sales Manager mal-kumpanija
bbazata f'Ghawdex, Francis Caruana Limited. Jaghmel ukoll xoghol ta'
konsulenza f'dak li ghandu x'jaqsam ma' interior design u
ddisinja ghadd ta' hwienet, fosthom, fl-1989, iddisinja s-showroom
Bubbles fir-Rabat, Ghawdex.
|