Charlie Xuereb

 

In-Nadur mal-mixja taz-zmien

episodji mill-hajja tal-President tas-Socjeta' Filarmonika Mnarja
Charlie Xuereb, migbura f'intervista ta' june29th.com

Pagna 1 | 2


[Charlie Xuereb jinsab fin-nofs, l-aktar wiehed twil]

Twelidt fl-1953, fid-dar numru 91 ta’ Triq San Gwann. Kien zmien ghal kollox differenti minn dak tal-lum. Kont il-kbir fost sitt ahwa. Trabbejt f’familja li minn dejjem kienet migbuda lejn il-Knisja u lejn in-Nadur. Missieri, Salvu Xuereb, u ommi Marija (nee Magro) kienu dilettanti kbar tal-festa u lili, sa minn eta' zghira, rawwmuni f'din l-atmosfera.

Ta' tifel li kont, kont nimpressjona ruhi mill-icken affarijiet. Statwa fil-knisja, pedestal fi triq, bandalora jew pavaljun kienu jigbduni u jimpressjonawni. Minn dejjem niftakarni nixtieq naghti daqqa t’id. Ridt inkun involut. Ridt nahdem u nghin.

Pero’ malajr gie fuq in-Nadur zmien xejn sbieh fejn l-Imnarja ma baqghetx tigi ccelebrata minhabba l-kwistjoni tal-Bazilika. Ghal bosta snin il-festa ma kenitx issir u kien f’dan il-perjodu li tant hassejt in-nuqqas taghha li kont determinat li nahdem u nghin biex il-festa terga tibda ssir.

Niftakar lejn l-ahhar gimgha ta’ Gunju kont immur fejn in-nanna tieghi Karmena Magro (tal-Ingliz) u din kienet, bil-pacenzja kollha, toqghod tirrakkontali x’kien ikun qed isehh li kieku l-festa kienet ghadha ssir. Kienet tghidli “Ara – kieku bhalissa ghaddej il-marc minn quddiem taghna; kieku bhalissa qed issir it-translazzjoni; kieku bhalissa hemm il-murtali fis-sema; kieku bhalissa t-toroq kollha armati, kieku bhalissa…”

Kienet nannti li bir-rakkonti helwin taghha kompliet kebbset fiha hafna mhabba ghan-Nadur u ghall-Imnarja.

Matul iz-zmien meta fin-Nadur ma kenitx issir festa kont niehu pjacir bil-festi li kienu jigu organizzati fil-MUSEUM tas-subien, li tieghu kont membru. Niftakar b’ghozza l-festa ta’ San Mikiel li tant kont nistenna. Il-MUSEUM kien post fejn kont ghal qalbi hafna. Ghamilt zmien nghallem id-duttrina lit-tfal u kont anke bdejt nizbogh u nahdem l-istatwi li fil-Milied jinghataw lit-tfal. Bqajt nizbogh statwi sa' sentejn ilu meta kelli nieqaf ftit minhabba l-impenji li kelli.

Dak li n-Nadur kollu xtaq sehh fl-1968. Il-Knisja taghna giet mghollija ghad-dinjita' ta’ Bazilika u l-festa regghet bdiet issir. Ghall-ewwel darba stajt nara t-toroq kollha dekorati kif kienet qaltli n-nanna Karmena!

L-armar kien tabilhaqq jaffaxxinani. U ta’ 14-il sena bdejt nizbogh l-armar ta’ Triq San Gwann. Minn dejjem kont dilettant tal-arti u issa kont qed nuza d-delizzju tieghi biex naghmel xi haga ohra li kont mignun warajha – l-armar. Dik il-habta kont dort il-kolonni kollha ta’ Triq San Gwann u llum fadal hafna xoghol li kont ghamilt dak inhar kwazi fit-toroq kollha tal-purcissjoni, inkluz il-pjazza.

Maz-zmien bdejt norqom aktar ix-xoghol tieghi u bdejt insir ftit aktar professjonali fil-mod kif kont qed nirrestawra l-armar. Ghal qalbi hafna huwa s-sett ta’ Papiet u angli ta’ Triq Xandriku li kollha kont tajthom il-kulur f’sena wahda. Ir-rispons min-naha tan-Nadurin kien wiehed inkoragganti hafna. Kien xoghol li ghamilt volontarjament u bil-qalb

Ta’ min isemmi li fiz-zmien meta l-Imnajra ma kenitx qed tigi celebrata, il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira kienet waqfet ukoll. Meta, imbaghad, regghet bdiet issir, jien u l-kugin tieghi Louis Camilleri konna kwazi responsabbli ghal din il-purcissjoni fi zmien meta ma kienx hemm Prokuratur.

Niftakar lill-ommi thit l-ilbies ta’ erba persunaggi, fosthom il-hwejjeg ta’ Daniel, li ghadhom jintuzaw fil-purcissjoni sal-lum, ghalkemm fuq personagg iehor.

Konna anke ghamilna sett ta’ sitt suldati Rumani. Interessanti l-fatt li sa mill-ewwel Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira kont bdejt niehu hsieb l-irtokk tal-persunaggi u bqajt naghmel dan ghal 35 sena shah. Jiddispjacini hafna li wara tant snin ma bqajtx nigi mistieden biex naghmel dan ix-xoghol. Kien hemm zmien ukoll fejn kien jaghti kontribut importanti anke Guzi Spiteri (ta’ Pulitu).

Apparti l-irtokk fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, kont bdejt niehu hsieb ukoll l-irtokk fil-pageant tal-Milied, li tohrog mill-MUSEUM tas-subien. Ghadni sal-lum naghmel dan ix-xoghol bil-qalb, apparti li jien u l-mara tieghi Gemma nilbsu ta’ San Guzepp u tal-Madonna.

Zghazagh Haddiema Nsara

Ta’ 14-il sena dhalt maz-Zghazagh Haddiema Nsara. Ic-chaplain taghna kien Dun Guzepp Grech. Mal-Haddiema Nsara kont ghamilt l-ewwel mejda tal-appostli li qatt saret fin-Nadur. Konna niltaqghu fejn illum hemm ic-Centru Parrokkjali.

Niftakar b’nostalgija l-bini li konna niltaqghu fih. Kellu faccata impekkabbli u anke kampnar. Kienu qisu estensjoni tal-knisja. Fih kien hemm sala mill-isbah b’hafna skultura mas-saqaf. Sfortunatament xi hadd gietu l-idea li jwaqqa' dan il-post sabih u floku jibni centru b’hafna kmamar zghar.

Hafna zghazagh Nadurin konna sibna lok tajjeb fejn nesprimu l-energija u l-kreattivita’ taghha fiz-Zghazagh Haddiema Nsara. Niftakar li l-President tas-sezzjoni tan-nisa kienet Salvina Buttigieg u s-Segretarja Mary Camilleri. Qed nirreferi ghas-snin sebghin.

L-ewwel mejda tal-appostli kienet intlaqghet tajjeb hafna. Konna anke gbarna 13-il hamper, b’inbid, ghagin u ikel iehor, li kienu jirraprezentaw l-appostli. Wara l-hampers tqassmu kollha lil familji Nadurin fil-bzonn.

Wara l-esperjenza taz-Zghazagh Haddiema Nsara kont bdejt intella' l-istess mejda tal-appostli fis-sala tal-kazin tal-Banda, bid-differenza li din kienet fuq stil aktar modern. Dan sakemm, il-mejda tal-appostli bdiet issir fil-MUSEUM tas-subien, u kisbet popolarita’ kbira.

Il-fergha tan-Nadur taz-Zghazagh Haddiema Nsara kellha mewta naturali ghaliex l-attendenza kienet bdiet tonqos gmielha. Pero’ hawn inholqot kontroversja, li ghalina dak inhar, kienet wahda kbira.

Kienet saret pressjoni minn Malta sabiex l-oggetti kollha li kien hemm fil-bini taz-Zghazagh Haddiema Nsara jittiehdu Malta. U ahna, dan , ma ridnix li jsir. Kont ghamilt battalja shiha sabiex il-pjanu u l-billiard jibqghu fin-Nadur. Sa anke kienu baghtulna trakk minn Malta biex fuqu npoggu l-pjanu u l-billiard biex jittiehdu Malta. Sabiex zgur tibqa’ fin-Nadur konna anke wasalna biex zarmajna partijiet mill-billiard u hbejniha.

Konna wasalna f’estremita’ fejn kien anke gie involut avukat legali u ahna konna ddecidejna li nhallsu xi haga basta l-billiard tibqa' fin-Nadur. Niftakar konna hallasna Lm600 li ghal dak inhar kienet somma konsiderevoli. Il-pjanu llum ghadu fil-bini tac-Centru Parrokkjali. U fil-kazin tal-Banda fadal ukoll oggetti relatati mal-palk li kienu jintuzaw dak iz-zmien.

Il-Presepju

Il-presepju minn dejjem kien wiehed mid-delizzji tieghi. Kont ghadni tifel meta ngibdt lejn il-presepju. Kont dejjem nitlob lill-genituri sabiex jixtruli pasturi godda. Niftakar darba kien wasal Milied fejn kont bnejt presepju sabih pero ma kellix pastur wiehed x’inpoggi go fih. Kont vera ddizappuntat. Pero’ gara li n-nannu kien ghadu kemm wasal mill-Italja u bhala rigal gabli sitt pasturi godda u serduk zghir. Kienu ghamluni l-aktar tifel ferhan. F’Ghawdex mhux zgur kien hawn xi hadd li kellu sett bhal dak.

U sena wara ohra bdejt dejjem nesperimenta u nibni presepji differenti. Gieli bnejt presepji tal-kartapesta, gieli tal-gebel u anke taz-zkuk.

L-Arcipriet ta’ dak inhar, Martin Portelli, kien jistedinni sabiex nibnilu presepju fid-dar tieghu u iehor fil-kappellinarju. L-Arcipriet Portelli kellu whud mill-isbah settijiet ta’ pasturi li qatt rajt u kien dilettant kbir. Gieli anke kkompetejt fil-kompetizzjonijiet tal-presepji u ghal erba darbiet hadt l-ewwel premju. Niftakar li fin-Nadur dak inhar kienu jaghmlu presepju sabih hafna Joe Farrugia u Alfred Said.

Illum, wara tant snin, nibqa' nsib hin u nibni presepju. U gieli nibni aktar minn wiehed! Illum ghandi mal-15-il sett ta’ pasturi u ma nkunx irrid inhalli pasturi fil-kaxxa x’hin jasal zmien il-Milied! Fost is-settijiet ghandi wiehed ghal qalbi hafna li kont gibtu minn Spanja u li huwa ta’ livell gholi hafna. Iehor kont xtrajtu minn hanut tal-antikitajiet u jghodd aktar minn 100 sena. Huma pasturi tal-alabastru rari hafna.

Sal-lum ghadni nigi msejjah biex niggudika presepji u twieqi mzejjna fi kwazi kull rahal t'Ghawdex. Sahansitra darba talbuni nkun ukoll fost panel ta' gurati f'kompetizzjoni fil-belt Valletta.

Kumitati fin-Nadur

Fin-Nadur dejjem hassejna l-htiega li norganizzaw kull hidma li ssir. Kumitat li kont dhalt fih b’hafna energija kien dak li organizza l-festi tal-hatra ta’ Mons Salv Muscat bhala Arcipriet tan-Nadur. Jien kont responsabbli mill-korteo li kien telaq mid-dar tal-Arcipriet sal-Knisja. Niftakar kont anke dahhalt f’dan il-korteo l-Kavallieri tal-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira u fosthom kien hemm ukoll wiehed fuq ziemel igorr l-imfietah tal-Bieb il-Kbir tal-Knisja.

Kont anke fuq bosta kumitati tal-festi li gew ccelebrati fin-Nadur, kemm dawk centinarji kif ukoll festi ohra.

Ghall-qalbi hafna hija l-Ikla Tradizzjonali li ssir fil-pjazzetta ftit jiem qabel l-Imnarja. Kienet bdiet issir fuq suggeriment tieghi lill-kumitat tal-festa. Intlaqghet tajjeb hafna u llum huma bosta dawk l-irhula ohra li bdew jorganizzaw ikla simili qabel il-festa taghhom.

Ricentement tajt anke s-sehem tieghi fuq il-kumitat responsabbli mill-ismijiet tat-toroq li waqqaf il-Kunsill Lokali tan-Nadur.

Personalitajiet

X’hin inhares lura fis-snin ma nistax ma niftakarx bi pjacir il-wasla tal-Kardinal Maurice Otunga, l-Arcisqof ta’ Nairobi, li kien onora lin-Nadur bil-prezenza tieghu fic-celebrazzjonijiet l-kbar tac-centinarju fl-1988. Matul il-mawra tieghu fin-Nadur kien ghamel zjara fid-dar tieghi u ltaqa' mal-familja. Id-dar tieghi kienet l-uniku dar li zar matul il-mawra tieghu fin-Nadur.

Nghozz hafna l-laqgha li kelli mal-ex President Franciz Valery Giscard d’Estaing, li ltqajna b’mod accidentali ghall-ahhar waqt li kien fuq btala f’Ghawdex.

Ta’ min jghid li fil-bini tas-Socjeta' Filarmonika Mnarja dahlu kwazi l-Presidenti kollha ta’ Malta, fosthom dak attwali l-Professur Guido de Marco, Ugo Mifsud Bonnici, Censu Tabone, Agatha Barbara u l-Agent President Pawlu Xuereb. Iltqajt ukoll mas-Sindki ta’ Cicciano, Baveno, Nabul, mal-Arcisqof ta’ Malta Mgr Guzeppi Mercieca u mal-Isqof Silvestru Magro. Is-Socjeta' kienet anke laqghet il-partecipanti kollha ta’ Miss World Beauty li kienu gew fil-bini tal-Banda Mnarja ghal attivita’ qasira ftit tas-snin ilu.  

Kompli aqra. Mur pagna 2 >