Editorjal
Wara l-ahhar rebhiet
fil-League kontra Victoria Hotspurs 5-4 u Zebbug Rovers 3-2 qeghdin
nillidjaw il-Kampjonat Rothmans tal-GFA b'punt biss fuq Ghajnsielem'
li ghandhom partita inqas. Wara waqfa ohra twila fil-League minhabba
l-Gozo F.C., li fiha lghabna zewg Finali, fil-GFA Cup tlifna
kontra Xewkija Tigers bl-iskor ta' 2-1, filwaqt li rbahna ghall-ewwel
darba t-Tazza Jum il-Helsien 3-1 kontra Ghajnsielem.
Issa ghad baqghalna
tliet partiti krucjali li nqisuhom bhal tliet Finali, ghax jekk
nirbhuhom nirbhu l-Kampjonat. Dawn huma kontra Sannat L., Xewkija T. u
Ghajnsielem. Jehtieg ghalhekk il-karattru tal-plejers kollha li lesti
jaghtu l-massimu taghhom b'impenn!
Filwaqt li nifirhu
lil Kowc u lill-plejers ghar-rebh tat-Tazza Helsien nappella
ghall-sforz akbar kemm fit-training u fil-loghob biex jekk Alla jrid
jirnexxielna nirbhu is-sitt Kampjonat tal-Kabb. Awguri ukoll
lill-plejer Sam Anthony Cauchi li rritorna ghal-loghob fil-Finali
kontra Ghajnsielem wara operazzjoni f'irkobbtu.
Ta' min ifakkar ukoll
li d-decider tal-Kampjonat U/21 se tintlaghab nhar is-Sibt, 11 ta'
Mejju fil-Gozo Stadium.
L-AHHAR SPRINT!
minn Dr Chris Said (Klabb
Manager)
Wasalna fl-ahhar fazi
tal-istagun u l-klabb taghna huwa preparat sabiex jidhol ghall-ahhar
sprint li tista' twassal ghar-rebh tal-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni
biex b'hekk nzidu maz-zewg unuri diga miksuba dan l-istagun r-rebh
tat-Tazza Indipendenza u t-Tazza Jum il-Helsien.
Biex wasalna sa hawn
kellna nghaddu minn hafna sagrificcji u taqtigh il-qalb. Kellna niehdu
certu decizjonijiet drastici. Bdejna fil-bidu tal-istagun fejn
nehhejna xi plejers li kienu ilhom jilaghbu regolari mal-klabb taghna
u komplejna f'nofs l-istagun meta l-Kumitat ma bezax jiehu decizjoni
iebsa u jibdel iz-zewg barranin li kellna biex b' hekk rajna lil Pavel
Mraz u Anthony Evi Parker jiehdu post Derek Elliot u Jude Madu.
Dawn id-decizjonijiet,
specjalment il-bdil tal-barranin taw il-frott mixtieq u s'issa fit-tieni
round hadna erba' rebhiet minn daqstant loghob u rbahna t-Tazza Jum
il-Helsien. L-uniku dizappunt kien it-telfa fil-Finali tat-Tazza GFA
kontra Xewkija T.
Issa ninsabu
bir-riedni tal-Kampjonat f'idejna u wara l-loghba kontra Sannat L.
ftahna erba' punti vantagg fuq l-eqreb rivali taghna b'zewg loghbiet
biss x'jintlaghbu. Ta' min jinnota b'sodisfazzjoni li fil-loghba
kontra Sannat L. ghal hafna hin it-tim tal-Youngsters laghab bi tmien
plejers Nadurin.
Fadlilna zewg
loghbiet ohra ghal tmiem il-Kampjonat u l-Youngsters jistghu jigu
nkurunati CHAMPIONS tal-Futbol Ghawdxi. Fadlilna x'naqdfu, izda
konvint li jekk jirnexxielna nzommu l- ghaqda li ghandna bejn plejers,
kowcis u Kumitat il-holma taghna tista' tirnexxi!! Jehtieg li l-plejers
kollha jaghtu sehemhom mija fil-mija f'dawn l-ahhar zewg finali sabiex
jinkurunaw l-isforzi kollha li saru s'issa mill-Kumitat, plejers u
supporters tul l-istagun kollu. Il-loghob kontra Xewkija T. u
Ghajnsielem huma zewg loghbiet delikati hafna izda perswaz li bit-tim
li ghandna nistghu nirbhu anke dawn iz-zewg loghbiet.
Nheggeg lin-Nadurin
kollha, specjalment lil dawk li fl-ahhar staguni abbandunaw lit-tim
biex ma jonqsux li jissapportjaw lit-tim taghna f'dan il-mument ta'
prova. Ejjew flimkien nkunu fil-Gozo Stadium biex naghtu l-appogg
mehtieg lill-benjamini taghna u nghinuhom jgibu s-6 KAMPJONAT
fin-Nadur wara nuqqas ta' zewg staguni.
Ma jistax jkun li fl-ahhar
zewg partiti krucjali l-attendenza tas-supporters Nadurin tkun mizera
kif kienet fl-ahhar loghbiet. Irridu nuru li ahna rridu li l-klabb
taghna jirbah l-unuri biex ngibu l-isem tal-lokal taghna 'l quddiem
anke fil-kamp kalcistiku. Ghalhekk ejjew niltaqghu biex naghtu
s-support taghna lill-Youngsters fl-1 u fil-5 ta' Mejju.
Kampjonat ROTHMANS
2001-2002
Minn Charlie Grech
| Gozo
Stadium |
Victoria
Hotspurs 4 |
Nadur
Youngsters 5 |
23-02-02
Propju fis-700
partita ufficcjali taghhom, (ara dettalji storici fit-tabelli aktar
'l isfel) Nadur Youngsters pattew ghat-telfa li garrbu fl-ewwel
rawnd kontra Victoria Hotspurs meta rebhu partita ferm sabiha u
kumbattuta. Nadur bdew tajjeb ferm, meta hargu aggressivi w hadu biss
16-il minuta biex fethu l-iskor. Pavel Mraz, li kellu loghba kbira,
qassam lejn S.Farrugia, li kien xi ftit zmarket, u ghalkemm angolat
ferm spara gewwa. Vantagg meritat li ma damx ma rdoppja. Ezatt fl-20
minuta, cross ta' Buttigieg rega sab lil S.Farrugia, kwazi fl-istess
pozizzjoni ta' qabel u dan kabbar il-vantagg ghal-Whites. Nadur hawn
bhal striehu xi ftit, u Hotspurs dahlu fil-partita fil-31 minuta meta
xutt ta' V. Egere qarraq bid-difiza u spicca gewwa. Nadur dehru
mifxula l-aktar fid-difiza u r-Rabtin approfittaw meta fl-34 minuta
ghamlu l-iskor indaqs. Kross ta' Egere lejn C.Buttigieg li
kompletament imholli wahdu ma sab l-ebda diffikulta u bir-ras u
mghejjun mill-lasta, gheleb lil Vella. Minuta wara Mraz spara gmiel ta'
xutt bomba li spicca ftit barra u Vella wettaq save stupend meta
b'saqajh zamm xutt ta' Mercieca li kien diehel wahdu. Hawn rajna lil
Youngsters jergghu jibdew bl-offensiva taghhom u ma kienetx sorpriza
li fl-40 minuta xutt bomba minn barra l-kaxxa tal-plejer tal-loghba P.Mraz
pogga lil Nadur fil-vantagg. Vantagg li rega' ntilef propju fl-ahhar
minuta tal-ewwel taqsima meta Egere sab lil J.P.Grima zmarket u
b'xutt ghan-nofs sab ix-xibka.
Ghat-tieni taqsima l-loghob tkompla jkun sabih u jolterna bi ftit
azzjonijiet ta' periklu, fejn kellna xutt ta' Buttigieg jghaddi ftit
barra u n-naha l-ohra Vella salva fuq Grima. Fil-61 minuta Nadur
regghu hadu l-vantagg. Kien hemm kross ta' Mraz lejn A.Portelli, li
wara li kkontrolla tajjeb tefa' f'xibka vojta bil-gowler barra minn
postu. Egere falla bi ftit meta tefa' gholi. Nadur bdew joperaw
bil-kontrattakki, u f'wiehed minn dawn fit-82 minuta kabbru l-vantagg.
Passagg fit-tul ta' Bonello deher ser jispicca barra, imma A.E.Parker
baqa jinsisti ghalih u b'xutt ferm angolat tefa' fix-xibka. Hawn
il-partita dehret mirbuha u mitlufa. Izda l-Hotspurs komplew jissieltu
Sakemm fid-90 minuta huma nghataw penalty ghal fawl ta' Buttigieg fuq V.Egere,
u l-istess plejer ghamel l-iskor finali 5 - 4. Rebha tajba ghal
Youngsters li komplew izommu t-tieni post, punt taht il-leaders
Ghajnsielem.
Referee: Reno Refalo
Il-formazzjoni: K.Vella, P.Camilleri, K.Wright (P.Buttigieg),
B.Portelli, G.Sultana, M.Bonello, M.Buttigieg, S.Farrugia (J.Bajada),
P.Mraz, A.Portelli, A.Evi Parker
| Gozo
Stadium |
Nadur
Youngsters - 3 |
Zebbug
Rovers 2 |
10-03-02
Partita missielta u
bit-tim taghna jigri darbtejn wara r-rizultat. Nadur dehru mifxula u
tidher li kienet partita li fiha l-Youngsters kellhom partita inqas
sabiha mis-soltu. Zebbug kienu aktar aggressivi, u ghalkemm Nadur
kellhom l-inizjattiva ghal hafna hin huma ma approfittawx u tilfu xi
cansijiet tajba ta' skor. Huma kellhom jistriehu fuq zewg auto goals
biex hadu tliet punti ferm prezzjuzi. Bhala partita kienet ecitanti l-aktar
meta Zebbug sabu l-gowl li bih fethu l-iskor, wara li kienu helsu l-lasti
taghhom minn xutt ta' Wright li laqat il-lasta, Wright ifalli bi ftit
u save sabih ta' Agius fuq Farrugia. Buttigieg rega' ra daqqa ta' ras
tistampa mal-mimduda u Portelli jitlef cans tajjeb meta falla minn
taht il-lasti. Fl-20 minuta Zebbug kellhom harba sabiha meta Cardona
qassam lejn l-Izmarket G.G.Dinga li wara li qabez zewg
difensuri spara l-ballun wara Vella. Reazzjoni tal-Whites rat lil
Azzopardi jikklerja l-ballun minn fuq il-linja fatali wara korner ta'
Mraz. Portelli qassam lejn Parker li tefa gholi. A.Portelli,
jidher li jghamel id-difficli waqt li jfalli l-facli meta fis-37
minuta huwa gab l-iskor indaqs minn pozizzjoni ferm angolata. Draw li
dam biss zewg minuti ghax propju fid-39 minuta Zebbug meta freekick ta'
Gah Dinga wasal b'xi mod ghand S.Galea li mghejjun minn
diflection ta' plejer tal-Youngsters ra x-xutt tieghu jispicca gewwa.
Nadur hargu aktar offensivi fit-tieni taqsima u kellu jkun Agius li
wettaq save iehor tajjeb meta tefa f'korner xutt ta' Wright. Azzopardi
bir-ras rega' salva fuq il-linja rovexxjata ta' Parker. Farrugia hareg
l-ahjar tal-gowler Agius meta salvalu x-xutt tieghu f'korner. Fit-72
minuta f'attakk iehor konfuz, Nadur gabu d-draw. Daqqa ta' ras ta'
Anthony Portelli u C.Cini kompla l-ballun fil-lasti tieghu
stess. Nadur komplew jippruvaw u appena 4 minuti wara, jigifieri
fis-76 minuta kien J.Cordina li llobbja l-ballun fuq Agius ghal
auto goal klassiku. Ghalkemm kienu jidhru xi ftit fortunati, zgur li
Nadur ma serqu xejn ghax ghalkemm kienu xi ftit off tune xorta kienu
l-ahjat tim u b'dan id-double kisbu tliet punti ohra mportanti
fil-glieda taghhom ghar-rebh tal-kampjonat. Pero l-Whites jehtieg li
jinghaqdu aktar u jaghtu l-mija fil-mija taghhom biex jaslu sal-glorja.
Ma ninsewx 'Palma Non Sine Pulvere'.
Referee: George Portelli.
Il-formazzjoni: K.Vella, P.Camilleri, K.Wright, B.Portelli,
J.Bajada (J.Portelli k), M.Bonello, M.Buttigieg, S.Farrugia, P.Mraz,
A.Portelli, A.Evi Parker.
| Finali:Tazza
G.F.A. |
Xewkija
T. 2 |
Nadur
Youngsters 1 |
9-03-02
Din il-Finali kellha
tintlaghab fit-13 ta' Dicembru imma giet posposta ghal-lum. Xewkija T.
hargu rebbieha fuq Nadur Youngsters b'zewg gowls fl-ewwel
taqsima. Ghat-tielet loghba konsekuttiva deher li mhux jahdem
il-kollettiv fit-tim Naduri. Nadur fethu veloci w appena zewg minuti
azzjoni bejn Portelli u Parker spiccat b'dan ta' l-ahhar, wahdu
quddiem il-gowler, jispara ferm gholi. Wara dan Xewkija hadu r-riedni
tal-loghba f'idejhom u barra li laqtu l-mimduda fit-8 minuta, zewg
minuti wara, huma fethu l-iskor bi gmiel ta' freekick dirett minn B.Njoku.
Reazzjoni fjakk mill-Youngsters u Mraz bi freekick sabih ra lil
Debono jilqa' tajjeb. Xewkija, bir-rih wara darhom komplew juru hegga
kbira fejn Camilleri, b'azzjoni tajba, tfixkel f'saqajh u c-cans
intilef. Imma ma kienetx sorpriza li fis-37 minuta huma kabbru l-iskor.
Daqqa ta' ras sabiha ta' Rais kienet salvata f'korner minn Vella u
mill-korner moghti minn Njoku, daqqa ta' ras ta' L.Attard sabet
ix-xibka. Nadur ippruvaw biex jidhlu fil-partita izda minghajr
success. Xewkija setghu ghalqu l-loghba propju fl-ahhar minuta tat-taqsima,
imma xutt ta' Rais habat mal-lasta u spicca barra.
Fit-tieni taqsima Xewkija hargu aggressivi u ghal ftit ma kabbrux l-vantagg
imma Vella salva xutt ta Rais. Fl-ewwel attakk serju fl-54 minuta,
Nadur rebhu penalty meta Evi Parker safa mwaqqa' fil-kaxxa.
Inkariga minnu A.Portelli li ma zbaljax biex fetah tama gdida
ghal Youngsters. Dan il-gowl donnu kien is-sinjal sabiex jibda telf
tremend ta' hin minn naha ta' Xewkija u deher il-kontroll fqir
tar-referee li ma sabx irkabtu ghal dan. Azzjoni wara l-ohra bdiet
tigi mwaqqfa bil-plejers tat-Tigers fl-art u jinhargu bil-mod wisq 'il
barra. Dan kien il-kumplament tat-tieni taqsima u kienu ftit hafna l-hames
minuti zejda li nghataw. Nadur assedjaw il-lasti fl-ahhar hinijiet
imma kien ghal xejn anke jekk Portelli u Mraz setghu sabu l-gowl
tad-draw.
Referee: Godwin Vella Clarke
Il-formazzjoni: K.Vella, P.Camilleri, K.Wright, B.Portelli,
G.Sultana (J.Portelli gkh), M.Bonello, M.Buttigieg, S.Farrugia, P.Mraz,
A.Portelli, A.Evi Parker.
| Tazza
Jum il-Helsien |
Ghajnsielem
1 |
Nadur
Youngsters 3 |
31-03-02
Il-Final tat-Tazza
Jum il-Helsien, bejn iz- zewg timijiet li spiccaw fl-ewwel zewg
postijiet fil-kampjonat fi tmiem l-ewwel rawnd, Ghajnsielem u Nadur
Youngsters kienet ripetizzjoni tal-final tas-sena l-ohra. Pero din
id-darba l-Youngsters pattew ghat-telfa kbira li garrbu s-sena l-ohra
meta hargu rebbieha bl-iskor ta' 3 - 1, biex b'hekk nizzlu isimhom fuq
din it-tazza ghal l-ewwel darba. Rebha meritata fejn Nadur urew dak
il-karattru fil-loghob taghhom li kien nieqes fl-ahhar hargiet, dehret
id-determinazzjoni u l-ispirtu kumbattiv. Ghall-ewwel darba rajna
ukoll l-banda takkunpanja lis-sapport tal-Youngsters, haga ta' min
jinkoraggiha! Intant Nadur bdew mill-ewwel fuq l-offensiva u zammew
lil Ghajnsielem fin-naha difiza minnhom. Evi Parker ra x-xutt tieghu
salvat minn Attard, u Farrugia tefa' ftit gholi. Ghajnsielem kellhom
xutt minn barra l-kaxxa ta' Ihbuelu salvat bi tbatija minn Vella.
Wright falla b'xutt mill-boghod, u min korner ta' Mraz Farrugia tefa
ftit gholi. Dan kien il-preludju ghal gowl. F'attakk Naduri fit-28
minuta, J.Portelli baqa' jissielet ghal ballun bejn l-incerti
Attard u Scicluna u tefa' lil Youngsters fil-vantagg. Ftit li xejn
reazzjoni mill-Blacks. Sitt minuti wara Evi Parker ghadda tajjeb u
zbalja bl-ikrah fil-konkluzzjoni tieghu.
Fuq l-istess andament regghet bdiet it-tieni taqsima. Fil-50 minuta
Nadur irdoppjaw. Azzjoni ta' Mraz fuq ix-xellug, dan qassam lejn
S.Farrugia li b'xutt sabih sammar il-ballun fix-xibka. Nadur komplew
jiddominaw u A.Portelli ra d-daqqa ta' ras stupenda tieghu salvata
daqstant tajjeb minn Attard. Farrugia kellhu xutt salvat fuq il-linja
fatali. Ta' dan il-Whites pattew qares ghax kontra x-xejra tal-loghob,
il-blacks naqqsu l-iskor. Attard tefa ballun fit-tul li qabes lil
Bonello u dahal bhal vlegga A.Ihneulu u tefa f'lasta vojta wara
Vella. Inkoraggiti minn dan il-gowl Ghajnsielem xehtu kollox fuq l-attakk
biex forsi jsalvaw il-partita. Hawn Nadur bdew joperaw
bil-kontrattakki. Fit-89 minuta Evi Parker laqat il-lasta u fid-90
minuta Nadur ghamlu zgur mir-rebh ta' dan it-tieni unur stagjonali
taghhom meta M.Buttigieg minn tarf il-kaxxa illobbja wara
Attard. Kien fadal biss hin sabiex Vella jwettaq save sabih fuq
freekick ta' Grima. Fi tmiem il-loghba is-Sur Vincent Grech,
chairman tal-Kumitat Ghawdxi tal-Festi Nazzjonali u Popolari flimkien
mal-President tal-G.F.A. is-Sur Joe Cordina ipprezentaw it-Tazza Jum
il- Helsien lil Kim Wright Captain tal-Youngsters fost il-ferh
tal-partitarji taghhom. B'dan it-tip ta' loghob ghandna ghax inharsu
b'kuragg lejn it-tlett partiti li fadal fil-kampjonat.
Referee: Reno Refalo.
Il-formazzjoni: K.Vella, S.A.Cauchi, K.Wright, B.Portelli,
J.Portelligkh (P.Camilleri), M.Bonello, M.Buttigieg, S.Farrugia,
P.Mraz, A.Portelli (J.Portelligpbh), A.Evi Parker.
| Gozo
Stadium |
Nadur
Youngsters 1 |
Sannat
Lions 0 |
14.04.02
Partita mportanti
hafna ghaz-zewg timijiet, fejn Nadur Youngsters riedu rebha
biex ikabbru l-vantagg f'ras il-klassifika u Sannat Lions riedu
l-punti biex jitbeghdu miz-zona tar-relegation.
Nadur kienu kmandi assoluti tal-partita izda finalment rebhu b'gowl
uniku meta fallew hafna cansijiet facli ta' skor u kienu sfortunati
meta laqtu l-lasti tliet darbiet permezz ta' Evi Parker, A. Portelli u
P.Mraz. Nadur fethu qawwi u bi ftit aktar attenzjoni setghu ghamlu r-rebha
certa sa minn kmieni. Sannat dehru li hassew ferm in-nuqqas ta' xi
plejers regulari u rari kienu ta' theddid ghal-lasti ta' Vella, u meta
waslu sa hemm sabu lil Vella f'burdata tajba. Il-gowl importanti wasal
fit-32 minuta meta Anthony Evi Parker dahal tajjeb bil-ballun u
wara li qabez xi difensuri pogga l-ballun fix-xibka ghal dak li kellu
jkun l-gowl tar-rebha. Nadur komplew jattakkaw u bdew jinfixlu fil-gid!
Fuq dan l-istess andament kompliet il-partita. Ghal Nadur hargu
mwegggha K. Wright u A. Evi Parker, filwaqt li Mraz deher jiehu l-kura
fl-irkoppa. Mraz fil-fatt kien dubbjuz jekk jibdiex il-partita
minhabba injury fl-irkoppa izda dan xorta ghazel li jilghab! Issa
fadal hmistax il-gurnata ghal partita li jmiss, dik kontra Xewkija u
nisperaw li jilhqu jirkuppraw minn dawn l-injuries. Kien lejn l-ahhar
tal-partita li Sannat ghamlu sforz iddisprat biex forsi jiksbu xi haga
imma l-ahhar suffara tar-referee Attard (li kellu kontrol tajjeb)
sabet lil Nadur fil-vantagg ta' gowl.
Nadur issa jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika 4 punti fuq Xewkija u
5 punti fuq Ghajnsielem, li pero dawn ta' l-ahhar ghandhom partita
inqas. Ghat-tmiem fadal 2 partiti u dawn huma propju konfront dirett
kontra dawn iz-zewg timijiet! Min jirbah, jirbah il-KAMPJONAT.
Referee: Joe Attard
Il-formazzjoni: K.Vella, S.A.Cauchi, K.Wright (J.Portelli gkh),
B.Portelli, P.Camilleri, M.Bonello, M.Buttigieg, S.Farrugia, P.Mraz,
A.Portelli (J.Bajada), A.Evi Parker (J.Portelli gpbh)
KAMPJONAT ROTHMANS
1ST Div. GFA
|
Klassifika
|
L
|
R
|
D
|
T
|
F
|
K
|
Pti
|
|
Nadur Y.
|
10
|
7
|
1
|
2
|
20
|
12
|
22
|
|
Xewkija
T.
|
10
|
5
|
3
|
2
|
21
|
18
|
18
|
|
Ghajnsielem
|
9
|
5
|
2
|
2
|
19
|
10
|
17
|
|
Zebbug
R.
|
10
|
4
|
0
|
6
|
22
|
22
|
12
|
|
Sannat
L.
|
10
|
3
|
2
|
5
|
22
|
23
|
11
|
|
Vict.
Hots.
|
9
|
2
|
2
|
5
|
20
|
28
|
8
|
|
Oratory
Yths
|
10
|
2
|
2
|
6
|
17
|
28
|
8
|
ATTIVITAJIET
TAL-YOUNGSTERS
LI SARU - minn Frar 2002 sa Marzu 2002
*
28
ta’ Frar 02: Coffee
Morning tax-xahar il-Kazin tal-Banda Imnarja
*
15
ta’ Marzu 02: Via
Sagra fuq l-Gholja t’Ghammar
*
21
ta’ Marzu 02: Coffee
Morning tax-xahar fil-Kazin tal-Banda Imnarja
*
Kull
nhar t’Erbgha saret
it-tombla fi Pjazza San Pietru u San Pawl
ATTIVITAJIET
li jmiss:
*
Il-Hamis,
25 ta’ April 02:
Coffee Morning tax-xahar
il-Kazin tal-Banda Imnarja
*
L-Erbgha,
8 u 29 ta’ Mejju 02:
TOMBLA KBIRA FIL-PJAZZETTA
*
Il-Hadd,
30 ta’ {unju 02:
Xalata ta’ l-Ghada tal-Festa fi Triq il-Madonna ta’ Fatima.
*
Kull
nhar t’Erbgha Tombla fi Pjazza San Pietru u San Pawl
NYFC Nursery
UNDER 12
COCA COLA LEAGUE
NYFC
vs Kercem A.
1 - 2
NYFC
vs Gh'sielem
4 - 5
NYFC
vs Sannat L
0 -
Klassifika
|
|
P
|
W
|
D
|
L
|
F
|
A
|
PTS
|
|
Xaghra Utd
|
10
|
10
|
0
|
0
|
59
|
5
|
30
|
|
Kercem A.
|
10
|
8
|
0
|
2
|
58
|
14
|
24
|
|
Vict.Hots
|
10
|
7
|
2
|
1
|
35
|
3
|
23
|
|
Xewkija T
|
10
|
7
|
2
|
1
|
32
|
9
|
23
|
|
Gh’Sielem
|
11
|
6
|
2
|
3
|
31
|
33
|
20
|
|
Sannat L
|
11
|
6
|
1
|
4
|
21
|
27
|
19
|
|
Nadur Y.
|
11
|
5
|
1
|
5
|
20
|
15
|
16
|
|
Munxar F
|
11
|
1
|
4
|
6
|
13
|
27
|
7
|
|
Orat. BY
|
11
|
2
|
1
|
8
|
12
|
30
|
7
|
|
SKVW
|
11
|
2
|
1
|
8
|
7
|
44
|
7
|
|
St Law Sp
|
11
|
0
|
4
|
7
|
12
|
45
|
4
|
|
Qala SJ
|
11
|
0
|
2
|
9
|
4
|
52
|
2
|
| UNDER
14
MALTACOM LEAGUE |
Minn Karistu
Hili
|
Nadur Youngsters 6 vs Munxar
F.
12/03/02
Ghalkemm kif juri r-rizultat
kienet rebha komda, stajna skurjajna aktar kieku hadna c-cansijiet
taghna. Ma kenitx xi loghba tajba min-naha taghna, biss dejjem konna
l-ahjar tim fil-grawnd. Sa l-ewwel taqsima kellna vantagg ta' zewg
gowls. Fit-tieni taqsima konna ahjar u lghabna futbol ahjar. Hloqna
azzjonijiet sbieh u qassamna l-ballun aktar. Il-gowls kollha gew
skurjati minn Frank P. Falzon, Josef Buttigieg, Jeffrey Mejlaq u
Edward Said.
| Nadur
Youngsters 2 vs Kercem A. 0 (W.O.) |
24/03/02
It-tim Kercem naqas
li jinzel ghal-loghob u b'hekk hadna W. O.
Issa baqa' l-ahhar loghba kontra Victoria Hotspurs li tkun decisiva.
Jehtieg nirbhu biex nispiccaw fit-tieni post jekk Gh'sielem jirbhu l-loghba
taghhom!
Klassifika
|
|
P
|
W
|
D
|
L
|
F
|
A
|
PTS
|
|
Gh’Sielem
|
9
|
8
|
1
|
0
|
75
|
8
|
25
|
|
Nadur Y.
|
9
|
8
|
0
|
1
|
52
|
16
|
24
|
|
Vict.Hots
|
8
|
6
|
1
|
1
|
53
|
14
|
19
|
|
Xaghra Utd
|
9
|
6
|
1
|
2
|
30
|
19
|
19
|
|
Xewkija T
|
8
|
5
|
1
|
2
|
47
|
21
|
16
|
|
SKVW
|
10
|
5
|
1
|
4
|
49
|
34
|
16
|
|
Zebbug R
|
10
|
4
|
0
|
6
|
56
|
34
|
12
|
|
Kercem A.
|
10
|
2
|
1
|
7
|
20
|
63
|
7
|
|
Munxar F
|
8
|
2
|
0
|
6
|
36
|
53
|
6
|
|
Sannat L
|
9
|
1
|
0
|
8
|
14
|
81
|
3
|
|
Gharb R
|
10
|
0
|
0
|
10
|
4
|
92
|
0
|
| UNDER
16
Mc Donalds League |
|
Nadur Youngsters 1 vs Xaghra
Utd. 1
16/03/02
F'loghba li it-tim
ried jirbah biex jibqa' jittama, sfajna mizmuma draw!
B'dan id-draw issa nqtajna mit-tellieqa ghall-Kampjonat, biss l-plejers
taw prestazzjoni tajba. Kevin Buttigieg kellu jilghab bhala gowler
filwaqt li zewg plejers tal-U/14, F.P. Azzopardi u P. Piscopo gew
inkluzi wkoll u kellhom loghba tajba. Kienu Xaghra li fethu l-iskor,
izda ghamilna reazzjoni tajba u gibna d-draw permezz ta' Charles Hili.
Hawn id-difizi kienu tajba. Fid-difiza taghna li kellha loghba tajba,
rega' deher A. Cauchi flok T. Portelli li ma laghabx ghax imwegga'.
Almenu draw ahjar minn telfa!
| Nadur
Youngsters 3 vs Xewkija T. 4 |
30/03/02
Dan il-konfront
kontra Xewkija T. zvolga f'wiehed akkanit u r-rizultat seta' kien
favur taghna.
Kienet loghba sabih, kif jindika r-rizultat! Ghalkemm bi plejer inqas,
lghabna loghba tajba. Infatti konna ahna li ftahna r-rizultat minn
Charles Hili wara harba sabiha. Kien ta' ugigh ta' ras ghad-difiza
Xewkija. Hekk spiccat l-ewwel taqsima. Izda hekk kif bdejna it-tieni
taqsima, gabulna d-draw. Ma domniex ma morna fil-vantagg meta C. Hili
gie mwaqqa' fil-kaxxa mill-ahhar plejer, li r-referee kecca. tah u
skurjah Keith Meilaq. Regghu gabulna d-draw, imma malajr morna
fil-vantagg permezz ta' C. Hili li kellu loghba mill-aqwa. Hawn
Xewkija bdew jaghfsu ghal gowl fejn fl-ahhar ghaxar minuti bid-difiza
taghna tghajja xi ftit, skurjaw zewg gowls biex qalbu r-rizultat.
Ta' min jirrimarka li
f'dan l-istagun kellna hafna plejers imwegga' u dan in-nuqqas inhass
sewwa! Biss inhossni kuntent bil-prestazzjoni tal-plejers l-ohra.
Gieli anke f'certi loghbiet ma kellniex hdax-il plejer fil-grawnd.
Imma ma kienx stagun disastruz ghax spiccajna mall-ewwel tlieta!
Klassifika
|
|
P
|
W
|
D
|
L
|
F
|
A
|
P
|
|
Xewkija T
|
7
|
6
|
1
|
0
|
38
|
5
|
19
|
|
Vict.Hots
|
7
|
6
|
1
|
0
|
25
|
6
|
19
|
|
Xaghra Utd
|
8
|
4
|
2
|
2
|
18
|
9
|
14
|
|
Gh’Sielem
|
7
|
4
|
0
|
3
|
26
|
12
|
12
|
|
Nadur Y.
|
7
|
3
|
2
|
2
|
27
|
16
|
11
|
|
SKVW
|
7
|
3
|
2
|
2
|
12
|
12
|
11
|
|
St. Law Sp
|
8
|
1
|
1
|
6
|
14
|
40
|
4
|
|
Qala SJ
|
8
|
1
|
0
|
7
|
8
|
41
|
3
|
|
Orat BY
|
7
|
0
|
1
|
6
|
4
|
29
|
1
|
STORJA:
Kif kienu L-Ewwel 700 loghba Ufficcjali ta'
Nadur Youngsters
|
Kompetizzjoni
|
L
|
R
|
D
|
T
|
F
|
K
|
|
Kampjonat
|
492
|
210
|
139
|
143
|
690
|
504
|
|
Super
Cup
|
14
|
7
|
2
|
5
|
27
|
21
|
|
Tazza
Air Malta
|
3
|
2
|
1
|
0
|
10
|
3
|
|
Tazza
Cutajar
|
2
|
1
|
0
|
1
|
5
|
6
|
|
Tazza
Dingli
|
2
|
1
|
0
|
1
|
4
|
1
|
|
Tazza
Esso
|
20
|
8
|
5
|
7
|
28
|
25
|
|
Tazza
Farsons
|
5
|
1
|
2
|
2
|
4
|
8
|
|
Tazza
G.F.A.
|
64
|
37
|
8
|
19
|
127
|
60
|
|
Tazza
Galea
|
28
|
14
|
5
|
9
|
41
|
36
|
|
Tazza
Indipendenza
|
44
|
30
|
5
|
9
|
89
|
38
|
|
Tazza
Jemaharija
|
3
|
0
|
2
|
1
|
1
|
3
|
|
Tazza
Jum Il-Helsien
|
1
|
0
|
0
|
1
|
0
|
8
|
|
Tazza
Mike Galea
|
5
|
2
|
1
|
2
|
3
|
6
|
|
Tazza
Premier
|
3
|
2
|
0
|
1
|
4
|
3
|
|
Tazza
Repubblika
|
7
|
3
|
2
|
2
|
11
|
7
|
|
Tazza
Rothmans
|
2
|
0
|
0
|
2
|
0
|
2
|
|
Tazza
Ta’ Pie
|
1
|
0
|
0
|
1
|
0
|
1
|
|
Tazza
tal-Millennju
|
1
|
0
|
0
|
1
|
3
|
4
|
|
1st
Div K.O.
|
1
|
0
|
0
|
1
|
0
|
1
|
|
2nd
Div K.O.
|
2
|
2
|
0
|
0
|
8
|
0
|
|
TOTAL
(sal-24-02-2002)
|
700
|
320
|
172
|
208
|
1055
|
737
|
LOGHOB CENTINARJU
|
1st
|
Tazza
M.G. s/f
|
19.10.58
|
Sannat
L.
|
1
- 1
|
Damian
Said
|
|
100th
|
Kampjonat
|
19.11.67
|
Vict.
Hots
|
3
- 2
|
Joe
Borg- Said o.g.-Anton Mercieca
|
|
200th
|
Kampjonat
|
24.11.74
|
Victoria
Utd
|
3
- 0
|
Charlie
Grima-2-Mario Farrugia
|
|
300th
|
Kampjonat
|
27.04.81
|
Gh’sielem
|
1
- 0
|
Andrew
Muscat
|
|
400th
|
Tazza
Rothmans rd.prel
|
08.05.88
|
Vict.
Hots
|
0
- 1
|
|
|
500th
|
Finali:
Tazza Indipendenza Final
|
24.10.93
|
Vict.
Hots
|
2
- 1
|
Gyorgy
Handel -2-
|
|
600th
|
Super
Cup Final
|
11.05.97
|
Vict.
Hots
|
1
- 2
|
Stojan
Mladenov
|
|
700th
|
Kampjonat
|
23.02.02
|
Vict.
Hots
|
5
- 4
|
Saviour Farrugia -2- Pavel Mraz -
Anthony Portelli - Anthony Evi Parker
|
GOWLS CENTINARJI
|
1st
|
Damian
Said
|
19.10.58
|
Sannat
Lions
|
|
100th
|
Maurice
Borg
|
25.04.65
|
Ghajnsielem
|
|
200th
|
Paul
Portelli
|
11.03.70
|
Ghajnsielem
|
|
300th
|
Eddie
Vella
|
19.10.75
|
Victoria
Hotspurs
|
|
400th
|
Michael
Bugeja
|
09.10.83
|
Victoria
Hotspurs
|
|
500th
|
Mario
Gauci
|
10.03.90
|
Calypsian
B. Yths
|
|
600th
|
Michael
Camilleri P.
|
09.06.93
|
Xaghra
United
|
|
700th
|
Kim
Wright
|
22.01.95
|
Victoria
Hotspurs
|
|
800th
|
Twannie
Farrugia
|
01.05.96
|
Sannat
Lions
|
|
900th
|
Ridha
Dardouri
|
29.03.98
|
Xewkija
Tigers
|
|
1000th
|
Charlie
Attard
|
13.12.00
|
Victoria
Hotspurs
|
FIXTURES
TAL-KAMPJONAT ROTHMANS TAL-1ST Div. GFA
April 2002 -Mejju 2002
|
Sat
13th Apr 02
|
4.30pm
|
Gh'sielem
vs Xewkija T
|
Gozo
Stadium
|
|
Sun
14th Apr 02
|
2.30pm
|
Orat.
Yths vs Zebbug R
|
Gozo
Stadium
|
|
|
4.30pm
|
NYFC
vs Sannat Lions
|
Gozo
Stadium
|
|
Wed
1st May 02
|
2.30pm
|
Vict.
Hots vs Gh'sielem
|
Gozo
Stadium
|
|
|
4.30pm
|
Xewkija Tigers vs NYFC
|
Gozo
Stadium
|
|
Sat
4th May 02
|
3.00pm
|
Orat.Yths vsSannat L
|
Gozo
Stadium
|
|
Sun
5th May 02
|
2.30pm
|
Zebbug
R vs Vict. Hots
|
Gozo
Stadium
|
|
|
4.30pm
|
NYFC
vs Gh'sielem
|
Gozo
Stadium
|
|
Sat
11th May 02
|
3.00pm
|
Sannat
L vs Xewkija T
|
Gozo
Stadium
|
|
|
|
NYFC
vs Xaghra Utd.
|
Finali
U/21
|
|
Sun
12th May 02
|
2.30pm
|
Vict.
Hots vs Orat.Yths
|
Gozo
Stadium
|
|
|
4.30pm
|
Gh'sielem
vs Zebbug R
|
Gozo
Stadium
|
|
Wed
15th May 02
|
5.00pm
|
1
vs 3
|
Super
Cup
|
|
Thur
16th May 02
|
5.00pm
|
2
vs 4
|
Super
Cup
|
|
Sun
19th May 02
|
4.00pm
|
Final
|
Super
Cup
|