Parrocca Nadur

 

Bankun u bradella

Izda l-ikbar zewg opri li saru f'din is-sena huwa l-bankun u bradella tal-gewz u tal-bronz.  Dawn saru ghall-istatwa titulari ta' San Pietru u San Pawl ilha fostna 121 sena, meta ngabet minn Marsilja fejn inhadmet fil-fabbrika ta' Galard et Fils fis-sena 1882, mill-ewwel Arcipriet tal-Kolleggjata, Dun Gwann Camilleri.   Naraw li matul dawn is-snin l-istatwa titulari rat diversi tibdiliet.  Meta l-Arcipriet Dun Martin Camilleri ta bidu ghat-tkabbir ta' din il-Kolleggjata, fis-sena 1907, ha hsieb li jaghmel nicca li fiha jkun jista tidhol l-istatwa bil-bankun b'kollox.  Din kienet fost l-ewwel fil-gzejjer taghna.  Sena  wara, ezattament 95 sena ilu, fil-1908, gew imzanzna l-pedestall indurat bid-deheb mid-Ditta Farrugia tal-Belt Valletta, inhadmu erba angli ta' l-injam f'Bolzano, u l-raggiera bil-hamiema tal-bronz li nhadmu f'Ruma ghad Berterelli u Fanfari ta' Pjazza Minerva.  Il-Bankun u Bradella l-qodma saru hawn in-Nadur minn Pawlu Falzon u uliedu. 

Il-benefattur insinji tal-Kolleggjata Bazilika, il-Kan. On. Dun Pawl Zerafa, fis-sena 1992 ha hsieb li jordna u jhallas bieba skulturata u dekorattiva bil-kristalla shiha, tan-nicca tal-istatwa titulari fuq disinn tas-Sur Michael Camilleri Cauchi.  Óames snin wara, fis-sena 1997, fl-okazzjoni tal-Gublew tad-Deheb sacerdotali tieghu rega ordna d-dekorazzjoni u l-induratura ta' l-istess nicca, disinn u xoghol tas-Sur Joe Sagona.  Dan il-benefattur u ammiratur kbir ta' din il-Kolleggjata Bazilika, Dun Pawl, xtaq li jerga jaghmel opra ohra ikbar minn dawk li diga semmejna, fejn din id-darba hallas kollox ghall-ispejjes li saru ghal bradella u bankun gdid dekorattiv fil-bronz.

Kien ilu jberren u jahseb fuq dan il-progett, sakemm nhar l-Imnarja tas-sena 2000, is-sena tal-Gublew Imqaddes, iddecieda li jaghti bidu ghal dan il-progett.  Hawn Dun Pawl, qabbad lil Dun Duminku Camilleri biex niehu hsieb din l-opra wara li kien gie approvat mill-membri tal-presbiterium.  Ghalhekk gie mqabbad is-Sur Joseph Chetcuti mill-Kalkara li barra li s-sengha tieghu bhala bronzar, studja wkoll id-disinn u l-mudell.  Tqabbad mastrudaxxa prim, is-Sur Guzeppi Galea minn Óal Luqa, li matul hajtu hadem diversi opri f'hafna knejjes f'Malta.  Inxtara l-injam tal-gews amerikan li bih kellhom jinhadmu l-bradella u l-bankun.  Izda Guzeppi li ma kellux ix-xorti li jara dan ix-xoghol lest, ghaliex kellu jkun l-ahhar bicca xoghol tieghu meta miet fit-23 ta' Frar 2002, fl-eta ta' 81 sena.  Ghalkemm ix-xoghol kien ghad jonqsu xi affarijiet ohra zghar, izda l-istruttura kienet kwazi kompleta.  Is-Sur George Xuereb mir-Rahal il-Gdid kompla x-xoghol, fejn wara ha hsieb il-lostru.  Ghall-iskultura fl-injam tqabbad l-iskultur is-Sur John Suda mill-Imsida.  Dawn l-erba' mghallmin hadmu b'koordinazjoni u kolloberazzjoni flimkiem fejn tawna dan il-gojjell li qeghdin naraw illum.

Ix-xenarju u l-persunaggi li qeghdin isebbhu din l-opra gew imqassma b'tali mod li fil-panewijiet ma jkunux ripetettivi f'dak li hemm fil-pedestall.   Dan ghaliex li fuq il-pedistal, fuq quddiem hemm l-episodju tal-primat ta' San Pietru, fejn qieghed jircievi l-imfietah, filwaqt li fuq wara wiehed jilmah is-sejha u l-konversjoni ta' San Pawl.  Imbaghad fil-gnub naraw il-martirji ta' dawn iz-zewg Appostli ta' Kristu, it-tislib u l-qtugh ir-ras.  Dawn il-basso oljiev huwa mnaqqxa fl-injam. 

Il-panewa ta' quddiem naraw liz-zewg Appostli San Pietru u San Pawl mahruga mill-habs ta' Mamertinum f'Ruma, fit-triqthom lejn il-martirju mghassa mis-suldati rumani b'xi whud minnhom fuq iz-zwiemel.  Fuq wiehed jista' jilmah lil Gesu qieghed b'idejh miftuha biex jilqaghhom u joffrilhom il-kuruna tal-glorja u l-palma tar-rebha.

Il-penawiet tal-gnub huwa ddedikati li Apostli kull wiehed.  Dak ta' San Pietru tirraprezenta t-tempesta fuq il-bahar ta' l-ghadira tal-Galilija, meta l-Appostli fuq id-dghajsa kienu sejrin jgherqu, u hawn huma jilmhu lil Gesł miexi fuq il-bahar riesaq lejhom.  Hawn San Pietru bhas-soltu joffri lilu nnifsu biex jimxi fuq dan il-bahar imqalleb halli jiltaqa' ma Gesł.  Min-naha l-ohra fl-isfond naraw l-Appostli l-ohra jikkumbattu mad-dghajsa kollhom mistaghgba jaraw dak li qieghed jigri quddiemhom.

Fil-panewa tan-naha ta' San Pawl, wiehed ghandu josserva xena familjari maghna l-abitanti ta' dawn il-gzejjer.  Jekk ta' San Pietru naraw it-tempesta, hsibna li naghmlu l-istess minn din il-panewa.  Mela appuntu nosservaw in-nafragju ta' l-Appostlu Missierna San Pawl.   F'dan il-panew tal-bronz il-modellatur holoq lil San Pawl nofsu gheri jfarfar il-lifgha fil-huggiega tan-nar, imdawwar bix-xhud li diga salvaw mill-gharaq, u s-suldati u xi abitanti ta' Malta halli jaraw x'gara u jaghtu l-ghajnuna taghhom.  Ix-xini jidher fi sfond jitfarrak mal-mewg u l-blat, filwaqt li l-Anglu tal-Mulej jitkellem ma San Pawl fejn jassigurah li hadd ma jintilef u li jehtieg li jahbtu ma' gzira.

L-ahhar panewa, li tigi fuq wara, hija simbolika, figurattiva u storjologika.  Hija maqsuma f'erba partijiet minsugin flimkien ghaliex huma ta' l-istess epoka.  Fil-parti principali naraw lill-Isqof Fra Davide Cocco Palmeri qieghed jaghti d-digriet lill-ewwel Kappillan ta' din il-parrocca, Dun Bernard Haber, fejn jordnalu biex jibni l-knisja parrokkjali fuq il-gholja "Ta' Nadur" iddedikata lill-Appostli San Pietru u San Pawl, ezattament fejn illum ninsabu.  Fuq id-digriet insibu minquxa hekk "Nadur    28 -IV -1688".  Magenb l-Isqof Palmeri nsibu l-figura tal-benefattur ta' din l-opra kbira, il-Kan. On. Dun Pawl Zerafa, li ghalkemm ma' ghandu x'jaqsam xejn ma din l-istorja, ghandu x'jaqsam ma din l-opra.  Dan sar l-ewwel bhala rikonoxximent u kif ukoll biex jibqa mfakkar ghal dejjem ta' dak kollu li huwa wettaq. 

Fuq ix-xellug naraw il-Gran Mastru Gregorju Carafa qieghed taht il-baldakkin merfugh mill-paggi tieghu.  Dan il-Granmastru kien li rregala l-art biex fuqa tinbena l-knisja parrokjali, u kif ukoll art ohra fl-istess inhawi bhala prebenda tal-kappillan tal-parrocca.  Fuq il-lemin naraw it-twajjeb Girgor Butigieg flimkien ma l-unika mara li tinsab f'dawn l-erba' panawiet u z-zewg uliedha.  Ma' dan Girgor hemm marbuta  diversi stejjer jew leggendi.  Fosthom l-aktar wahda popolari fostna hija li kien hu li jrnexxielu jsolvi fejn kellha tigi mibnija l-knisja parrokkjali.  Ghalhekk biex jaqta' kull kwistjoni, talab l-ghajnuna tal-Óallieq, u ghabba zewg kantuni fuq dahar il-bhima tieghu u halliha tterraq fejn trid, waqt li hu kien qieghed jitlob u l-ewwel abitanti mimlijin kurzita jimxu warajh.  Fuq dawn it-tliet xenarji naraw fuqnett, fis-smewwiet, il-Patruni ta' din il-parrocca l-gdida, San Pietru u San Pawl, qeghdin ibierku 'l din l-unika parrocca f'dawn il-gzejjer li hija ddedikata ghalihom it-tnejn f'daqqa.

Taht dawn l-erba' panewiet naraw erba' armi li jgibu l-istemma tal-Kan. On. Dun Pawl Zerafa fuq quddiem, ta' l-Isqof Mons. Nikola G. Cauchi taht dik ta' San Pietru ghaliex se tigi mbierka minnu, ta' l-Arcipriet Mons. Salvu Muscat taht dik ta' San Pawl, ghaliex f'zmien il-parrokat tieghu giet ikkommissjonata din l-opra, u fuq ta' wara l-arma tan-Nadur, ix-Xemx tielgha wara l-Gholja sorguta fil-bahar.

Fil-gnub taz-zewg panewiet ta' quddiem u dik ta' wara, naraw erba' nicec.  Fihom insibu l-erba papiet li ghandhom x'jaqsmu mat-titli onorificenzi ta' din il-Kolleggjata Bazilika tan-Nadur. Kif wiehed jinnota, kull persunag jidher liebes differenti li xi ftit jew wisq ghandu x'jaqsam mal-gieh li jkun ta lil-parrocca jew il-Kapitlu.

F'din is-sena jahbat l-anniversrju mill-mewt ta' tnejn minn dawn il-Papiet  Il-100 sena mill-mewt tal-Papa Ljun XIII li fl-20 ta' Lulju 1903 halliena fl-eta ta' 93 sena.  Kien dan il-Papa kbir difensur tal-haddiema li fid-19 ta' Settembru 1894 gholla l-parrocca taghna ghad-dinjita ta' Kolleggjata Insinji bil-bulla tieghu Sanctę Romanę Ecclesię.  U l-25 sena mill-mewt tal-Papa Pawlu VI li grat fis-6 ta' Awissu 1978, fl-eta ta' 81 sena.  Kien dan il-Papa twajjeb li gholla l-Kolleggjata taghna ghad-dinjita ta' Bazilika Minuri fis-26 ta' Gunju 1967 bl-Ittri Appostolici Romę Parentibus.  Fuq wara naraw il-Papa Piju XII li fis-16 ta' Gunju 1952, bil-Brevi tieghu ghogbu jaghti lill-Kanonci kollha tal-Kapitlu tan-Nadur l-uzu tal-Pellicca fix-xhur tax-xitwa, kif ukoll dak tal-Gunta tal-Kanoni u l-Bugija.  Fuq in-naha l-ohra nsibu l-Beatu Papa Gwanni XXIII, li b'digriet tat-3 ta' Jannar 1963 gew moghtija lill-Arcipriet pro tempore l-privileggi ta' Protonotarju Appostoliku, bit-titlu ta' Monsinjur.

Fl-ahharnett fil-Bradella barra li nsibu diversi angli, wiehed jinnota zewg figuri ohra li barra li huma dekorattivi, huma ukoll simbolici.  Dawn jirrapprezentaw lil Malta u n-Nadur li fuq rashom ixiddu l-kuruna morale.  Jekk Malta hija fortizza, in-Nadur igib il-motto tieghu Vigilat, qieghed jghasses.  Jekk Malta haddnet il-fidi ta' dawn iz-zewg Appostli, hekk ukoll ghamel in-Nadur, fejn sal-lum it-tnejn li huma ghadhom jissieltu biex iharsu t-twemmin tan-Nazzarenu.

Mela b'hekk rajna fuq fuq it-taqsimiet kollha fejn flimkien migbura juruna li fil-bradella nsibu l-hidma ta' San Pietru u San Pawl;  fil-pedestall nilmhu s-sejha u l-martirju;  u l-istatwa titulari turi l-glorja misthoqqha minghand is-Salvatur Gesł Kristu ta' dawn iz-zewg Princpijiet ta' l-Appostli.