|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Kienu
corma tfal ma' l-ghalliem taghhom iduru fil-kampanja.
Kienet gurnata 'l barra mill-klassi u l-ghalliem kien qed juzaha
biex jghallem lit-tfal is-sbuhija tan-natura.
Jieqfu fejn il-fjuri, iharsu lejn il-weraq tas-sigar, jisimghu l-ghana
ta' l-ghasafar. Gurnata li
tghallimhom hafna iktar mis-soltu.
U
fil-boghod raw ragel jaghzaq l-ghalqa tieghu.
Imma qatt hadd ma kien ra dehra bhalha ghax dan ir-ragel kien qed
jahdem fuq siggu. U kollha bdew jikkummentaw:
“Ghazzenin
rajt imma mhux daqs dan. Mela xi
darba xi hadd ghazaq l-ghalqa minn fuq siggu!”
Xi hadd iehor ikkummenta:
“Biex
x'hin jghejja jorqod ghax-xemx. Ahjar
torqod fuq siggu milli mitfugh ma' l-art.”
“Bil-wieqfa
taghzaq doppjament. Tghejja
bilwieqfa u tghejja tahdem. Dan
ghazel li jghejja jahdem biss.”
L-ghalliem
halliehom jikkummentaw u ma ndahalx fl-argument.
Izda beda jressaqhom lejn fejn kien ir-ragel.
U meta resqu qrib hafna, kollha bdew jihmaru bil-misthija ghax
ir-ragel kellu l-krozzi hdejn saqajn is-siggu u l-qliezi kienu jperpru
ghax ir-ragel ma kellux riglejn.
L-ghalliem
sellimlu u komplew fi triqthom. Il-lezzjoni
kienu haduha. Il-hsieb hu ragel
hazin.
MID-DJARJU
TA' DR A J CRONIN
Qajmuni
f'nofs ta' lejl. Kienet lejla
kiesha ta' Novembru u zgur li l-ahhar haga li xtaqt kienet li nqum minn
soddti u nohrog mas-surgent ghax kien hemm kaz urgenti li ma setax
jistenna.
U s-surgent
hadni bla hafna kliem f'dar qadima u hemm sibt, f'kamra nieqsa minn kollox,
zaghzugh mitfugh fl-art. Kien
jidher mitluq. Hsibtu mejjet.
“Jidher
bela' hafna gass. Aktarx ried
inehhi hajtu b'idejh.”
Jien
intasabt hdejh u bdejt naghtih in-nifs artificjali. Nonfoh u nonfoh u nistenna li nara xi ftit titjib fil-kundizzjoni
tieghu. Imma qajla rajt hjiel ta'
hajja. Imma l-ispirtu ta' tabib
fija hallieni nirrepeti nifs wara nifs. Sakemm
rajt sidru jitharrek. Ma kontx
infaht ghalxejn.
Wara
ftit rajtu jiftah ghajnejh. Konna
salvajnieh minn halq il-mewt. Mas-surgent
smajt liz-zaghzugh jirrakkonta l-istorja ta' hajtu.
Kif kien sab lilu nnifsu wahdu f'Londra.
Kif kien jahdem iebes biex ifaddal lira.
Kif ghamilha mal-hazin u maghhom taha ghall-hajja ta' xalar li
spiccat b'hafna imhatri fuq iz-zwiemel. Kif
tilef dak kollu li kien faddal. Kif
seraq xi flus biex jilghab l-ahhar imhatra ghax kien cert li kien ser
jirbah imma minflok tilef. U biex
ma jhallix lill-imghallem jintebah li kien serqu, qataghha li jtemm hajtu.
Iddecidejna
li nghinuh. Is-surgent ma kitibx ir-rapport
ta' dak li gara. Sid il-kamra
accettat li ghal xahar shih ma tehodlux kera.
U jien tajtu l-flus li kien seraq biex l-imghallem ma jintebahx
bis-serqa u hekk izomm ix-xoghol li kellu.
Naf li ma kienx facli ghalih li jibdel hajtu imma kelli fiducja li
ried jirnexxi.
Kienu
ghaddew 20 sena. Kont gej lura
mill-Amerika. Fuq il-vapur nara
ragel flimkien ma' mara li assumejt li kienet martu.
Kienu jidhru ferhana. Beda
jhares lejja cass donnu ried ikellimni imma staha. Fl-ahhar imbuttat minn martu gie u qalli min kien.
Iva kien dak iz-zaghzugh li konna salvajna.
Izda x'differenza!
Kien
lahaq avukat. U ddecieda li
jiddedika hajtu ghall-ohrajn. U
martu qablet mieghu. U flimkien
holqu hafna djar anke barra l-Ingilterra biex jilqghu lill-iltiema,
lill-foqra u lill-emarginati. Jiddefendihom
fil-qorti, jghallimhom sengha jew skola. U
flok kriminali johorgu nies lesti ghall-hajja tax-xoghol.
Ma kienx qed jghidu bi ftahir izda biss biex jurini l-apprezzament
tieghu ghal dak li kont ghamilt ghalih 20 sena qabel.
Nistqarr
li dawk il-ftit flus li hallast ghalih kienu fost l-ahjar investiment li
ghamilt f'hajti.
Ghamilt
x'ghamilt fil-passat, il-futur tieghek ghadu sabih u bla htija.
DR
CORONATO GRECH M.D. jibda artiklu dwar
IL-WIDNEJN
Informazzjoni:
Fost l-informazzjoni li taslilna dwar x'inhu jigri madwarna hemm dik
importanti tal-hsejjes, li meta tigi interpretata fil-mohh, u tinghaqad ma'
dik mis-sensi l-ohra, ikollna stampa cara.
U l-organi specjalizzati biex jircievu din l-informazzjoni huma l-widnejn.
X'inhu
l-hoss? Bazikament il-hoss huwa
vibrazzjonijiet jew mewgiet li jiffurmaw meta xi haga li ticcaqlaq jew
tivvibra tibghat dawn il-movimenti fil-medium ta' madwarha, fl-esperjenza
taghna, generalment l-arja, ghalkemm il-hoss jghaddi wkoll (anzi ahjar)
minn go likwidi u solidi.
Struttura
u funzjoni:Il-widnejn huma ddisinjati biex jircievu dawn
il-vibrazzjonijiet u fil-kaz tal-widnejn umani dawn huma sensittivi ghal
frekwenza (vibrazzjonijiet fis-sekonda) ta' bejn 20 u 20,000 Hertz.
Biex jaghmlu dan, kull widna hija ffurmata minn speci ta' antenna
biex tigbor il-hsejjes, kanal li jwassal dawn il-hsejjes lejn tambur, li
huwa mwahhal ma' tliet ghadmiet zghar li jkabbru jew jamplifikaw
il-vibrazzjonijiet, li mbaghad jghaddu ghal organu, il-koklea, fejn jigu
mibdula f'impulsi elettrokemikali, li mbaghad jghaddu minn nervituri ghal
parti tal-mohh fejn jigu interpretati.
Barra minn hekk il-widna ghandha wkoll rwol importanti fil-bilanc. Minn kif inhi maghmula, il-widna tista' tigi deskritta fi tlett
partijiet:
Il-widna
esterna.
Ghalkemm
forsi ghal hafna il-widna hija dik il-parti li tidher minn barra, din
fil-fatt hija l-inqas parti importanti, tant li minghajrha tista' tisma'
kwazi sew.
Il-kanal
tal-widna, li huwa twil 2.5cm u wiesa' madwar 0.5cm (fuq in-naha ta' barra,
jidjieq 'il gewwa), iwassal sat-tambur, li huwa rita jew membrana stirata
li taghlaq il-kanal kollu. Matul
il-kanal hemm ukoll xi xaghar zghir li jwaqqaf trab u nsetti milli jidhlu 'l
gew kif ukoll glandoli li jaghmlu bhal ghakar (cerumen) probabli wkoll
ghall-istess raguni. L-antenna,
il-kanal u t-tanbur jaghmlu l-widna esterna.
Il-Widna
tan-nofs. Wara t-tanbur
nigu ghall-parti msejha l-widna tan-nofs li hija speci ta' hofra mimlija
arja u li fiha tlett ghadmiet zghar imwahhla ma' xulxin.
Dawn igibu l-isem ta' malleus, stapes u incus mil-Latin ghal
martell, inkwina u staffa rispettivament, u ovvjament minhabba l-ghamla
taghhom. Il-moviment tat-tanbur
iharrek il-martell, li mbaghad icaqlaq b'iktar sahha l-inkwina, li tkompli
tamplifika c-caqliq ta' l-istaffa li hija mwahhla mal-koklea.
L-amplifikazzjoni totali hija ta' 22.
Bejn
il-widna tan-nofs u n-naha ta' wara tal-halq hemm tubu li jgib l-isem ta'
‘it-tubu ta' Ewstakju' u li jservi biex il-pressa ta' l-arja tkun ugwali
fuq iz-zewg nahiet tat-tanbur. Il-pressa
ta' l-arja tvarja l-hin kollu, sa madwar 5%, u li kieku ma hemmx dan it-tubu
kieku jkollna hafna skomdu7.
Dr
Grech ikompli dan l-artiklu fil-harga ta' Settembru
FORSI
JINTERESSAWK
Zball
fuq zball
Ragel
deher ghaddej b'widnejh mghottijin bi stikka.
Habibu staqsieh xi gralu:
“Cempel
xi hadd u flok it-telefon qbadt il-hadida tal-moghdija li l-mara kellha
vicin.”
“U x'ghandek f'widintek l-ohra?”
“Dak il-hmar rega' cempel u jien ergajt…”
Li
tirrepeti l-istess zbalji tkun iblah doppjament.
Sagrificcji
Garibaldi
kellu xewqa kbira f'hajtu... li jghaqqad il-hafna stati Taljani f'nazzjon
wiehed. Gabar madwaru elf zaghzugh
u qalilhom bil-holma tieghu.
“U xi
tweghedna bhala premju?” staqsew xi whud minnhom.
“Bhalissa
ma nweghedkom xejn ghajr tbatija, glied, guh, ghera, ghejja, fjaski,
iljieli bla rqad u forsi mewt bikrija.
Imma jekk nirnexxu u nibqghu hajjin nibqghu hajjitna kollha nifirhu
li konna fost dawk li hadmu ghal dan l-ideal.”
U bosta
mxew wara Garibaldi u baqghu maghrufa bhala l-elf eroj.
Il-Mulej
ukoll joffrilna sfida... sfida iebsa ghax il-hajja t-tajba mhix facli.
Imma l-premju hu ikbar... ghax etern.
L-eta
Ragel
ta' xi erbghin sena dahal fi
spizerija u minn taht l-ilsien staqsa lill-ispizjar:
“Ghandek
xi haga ghax-xaghar li beda jibjad biex ma jkomplix jitlef il-kulur
originali tieghu.”
“Ghax
xaghar abjad ghandi biss hafna rispett ghax jindika esperjenza.”
Avviz
li gab il-bidla
Kien
sinjurun u maghruf u ghalhekk ma setax jifhem kif il-gazzetta favorita
tieghu hadet l-ikbar zball ta' zmienu… irrapportat mewtu meta kien ghadu
haj. U l-profil fuq hajtu kien taht
it-titlu ‘Imut ir-Re tad-Dinamite'.
Meta
ntebhu bl-izball talbuh elf skuza izda hu ma setax jifhem ghaliex ghandu
jibqa' maghruf bhala ‘Ir-Re tad-Dinamite.'
Iddecieda li jberbaq flusu f'ghotjiet ta' gid. Holoq premjijiet kbar ghal min jahdem ghall-paci, ghal min isib
medicini godda, ghal min jikteb l-isbah ktieb u ghal min b'xi mod jghin
biex iservi jew iferrah l-umanità.
U meta
r-Re tad-Dinamite miet, il-gazzetti kollha ma semmewx id-dinamite imma l-premjijiet
sbieh li kien holoq... u kunjomu llum ma ghadux marbut ma' oggett ta'
qerda imma ma' opra ta' gid... Alfred Nobel… l-inventur tad-dinamite.
Fit-Taxi
It-turista
sejjah taxi ghax f'dik il-gegwegija ta' karozzi ma kienx ser isib it-triq
lejn il-lukanda. U meta s-sewwieq
beda jitkellem, it-turista qallu:
“Habib,
hu pacenzja imma ghajjat ghax jien ma tantx nisma'.”
U b'vuci
gholja s-sewwieq qallu:
‘Hadd
ma hu perfett. Jien nghid ghalija
ftit li xejn nara!”
Tbissem
ftit
Ir-rekluta
kien ilu biss ftit gimghat jitharreg. Gie
jkellimhom il-General Maggur li biex johloq atmosfera familjari kien qed
idur fuq is-suldati l-godda u jghidilhom kelma. U wasal fejn kien qieghed u staqsieh: “Kemm ilek fis-servizz?”
“Tliet
gimghat, Sir. U int kemm ilek?”
“Tletin sena,” wiegbu l-General.
“Qisek qieghed l-infern hux veru sir? ...qisek qieghed l-infern.”
X'gara
wara l-istorja ma tghidx.
AHBARIJIET
TA' INTERESS
IZZEWGU
Maria
Camilleri ta' Triq Xandriku lil Christopher Benedict Bovey (USA);
Miriam Galea ta' Triq San Koronatu lil David Theuma Scerri (Victoria);
John Borg ta' Triq Grunju lil Joanne Camilleri (Gharb);
Josette Cassar ta' Triq il-Qiegha lil Corey Farrugia (Gharb).
Filwaqt
li nawgurawlhom futur hieni flimkien, infakkruhom fit-talb.
Il-familja li titlob flimkien, tibqa' flimkien.
IL-LAQGHA
TA' LULJU
Kellemna
Dun Loreto Tabone li kien fostna ghal btala.
L-aspett personali li ta lil-lezzjoni interessanti tieghu nizel
tajjeb hafna ma' dawk prezenti. Beda
billi qalilna li hu minn dejjem jiftakar li xtaq jilhaq qassis.
Aktar ma kiber aktar il-vokazzjoni ghaddiet minn provi u mmaturat.
U llum li jhares lura lejn 28 sena sacerdozju jara kemm il-Mulej
jahdem permezz taghna. Fil-parrocca
fejn kien fi Scotland kellu wkoll sptar u kull gimgha kien izur
lill-pazjenti. Darba ltaqa' ma' pazjent li kien ilu li abbanduna l-prattika
religjuza minn zmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
Ma riedx jaf b'religjon izda kull meta kien ikun l-isptar kien
jghaddi jsellimlu. Biz-zmien
irranga mal-knisja u miet ikkonfortat mis-Sagramenti Mqaddsa.
Kienu ta' kuragg ghalih anke d-drabi meta n-nurses kienu jghidulu
li raw bidla fl-attitudni ta' min ikun ircieva s-sagrament tal-Grizma
tal-Morda. Kultant mhux facli
li tghix ir-religjon u hemm sfida biex tghixha ta' kuljum.
Dun Loret qalilna kif f'kull stat li nkunu fih fil-hajja rridu
nzommu quddiem ghajnejna li kull haga li hi ta' min jaghmilha hi ta' min
jaghmilha sew.
Hajr
lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li
qassamna wara l-laqgha. Fredu
Attard ta' Triq San Gwann tela' fir-rigali li tellajna wara l-laqgha.
IL-LAQGHA
TA' AWISSU
Il-laqgha
ser issir nhar is-Sibt 7 ta' Awissu fit-8.15 p.m. fi tmiem il-Gimgha
Museumina. Ser ikollna l-laqgha
specjali ghaz-zghazagh tal-lum u dawk li llum ma ghadhomx zghazagh imma
ghadhom jiftakru fiz-zmien li qattghu l-MUSEUM.
Ikellimna George Camilleri ex-player tal-Victoria Hotspurs.
Wara
l-laqgha jkollna zewg partiti football.
Wahda bejn dawk ta' fuq it-30 sena ma' dawk ta' fuq l-40 sena u
ohra bejn iz-zghazagh tal-Youngsters u dawk li ghadhom jattendu
fil-klassijiet taghna. Jekk
tixtieq tiehu sehem tista' tkellem lil Tonio Grech jew lil Karistu
Camilleri. Wara l-laqgha ntellghu rigal sabih.
EKU
EVANGELIKU FI ZMIENNA
[Fuq
it-tieni migja tieghu,
Gesù qalilna:]
“U jekk jigi fit-tieni jew fit-tielet sahra
u jsib hekk, imberkin huma.” {Lq
12:38}
James
Matthew Barrie zejjin
id-dinja taghna bi stejjer bhal
‘The Admirable Chricton' u
‘Peter Pan'.
Ma nafux jekk Barrie
kellux lista ta' partijiet favoriti
tal-Bibbja.
Izda
jekk kellu dawn zgur
li kienu fosthom.
Ghaliex darba Barrie kien qal:
“L-aktar gurnata perikoluza f'hajjitna
hu dak il-jum li fih niskopru l-kelma ‘ghada'.
Dakinhar nibdew inhallu x-xoghol
li stajna ghamilna f'dak il-jum.
Il-Bibbja
tkellimna wkoll fuq it-tieni migja ta' Gesù.
Fi kliem iehor tkellimna wkoll fuq
dik is-siegha,
mohbija ghalina li fiha ser immutu.
Kemm jien lest ghal dik is-siegha?
Mulej,
meta tigi l-mewt
jalla nkun nista' nghid kliem Kristu:
“[Missier] temmejt ix-xoghol
li bghattni nwettaq.”
ALLA
JHALLAS SKOND IL-QALB
jikteb DR MARIO SALIBA M.D.
Darba
wahda l-kappillan il-gdid kien qieghed idur mat-triqat tal-parrocca tieghu
biex isir jaf lill-parruccani aktar mill-qrib.
Wahda mill-ewwel waqfiet tieghu kienet ghand l-iskarpan tar-rahal.
Huwa u
jitkellem ma' l-iskarpan, beda juza xi kliem tqil dwar ir-religjon –
kliem li mhux lakemm jiftiehem jekk wiehed ma jkunx studja fil-fond it-teologija
– izda l-iskarpan xorta wahda beda jirrispondih
b'entuzjazmu u b'intelligenza kbira, tant li l-kappillan baqa' skantat
bir-risposti li beda jaghtih.
“Int
ma jixraqlekx taghmel il-mestier ta' skarpan, issewwi z-zraben, wiccek
mal-pettijiet,” qal il-kappillan lill-iskarpan. “Ragel bhalek, mimli bl-gherf u li taf tant tesprimi hsibijietek
x'qed taghmel f'xoghol daqshekk baxx?”
L-iskarpan
dar b'heffa kbira fuq il-kappillan u rrispondieh:
“Sur
Kappillan, jekk joghgbok skuza ruhek ghal dak li ghadek kif ghidt issa!”
“Niskuza ruhi ta' xiex?” wiegbu mibluh il-kappillan.
“Irtira, jekk joghgbok, dak li ghadek kif ghidt,” qal l-iskarpan,
“li tieghi hu xoghol baxx.”
Filwaqt
li kompla jgerger mal-kappillan l-iskarpan deher imdejjaq hafna.
“Intix
tara dak il-par boots ta' fuq l-ixkaffa ta' quddiemek?
Dawk tat-tifel ta' l-armla Giovanna, dik li zewgha miet is-sena l-ohra.
Binha hu l-uniku mezz ta' ghajxien taghha, li biex jghajjixha
jahdem lejl u nhar fil-berah espost ghax-xemx u x-xita.
Qed nara li se jkollna temp hazin u xitwa qalila, u ghalhekk
hassejt lill-Mulej jghidli: ‘Ghax ma taghmilx par boots tajjeb kif taf
int ghal bin l-armla Giovanna biex ma jhossx il-bard u ma jehux xi rih u
jmarrdu u jitlef hafna xoghol. U
jien irrispondejtu ‘Daz-zgur Mulej, bil-qalb kollha'.”
L-iskarpan
hares fiss lejn il-kappillan u kompla jghidlu: “Sur Kappillan issa int
tippriedka taht id-direzzjoni t'Alla u jien nemmen li nahdem ta' skarpan
taht il-gwida tal-Mulej. Imbaghad
meta tasal il-gurnata li jinghatalna l-premju finali l-Mulej se jghid
lilek u lili l-istess kliem ta' tifhir: ‘Qdejt dmirek sewwa qaddej umli
u fidil tieghi.'”
Huwa l-qawl
Malti li jghid: “Alla jhallas il-bniedem skond qalbu”, fi kliem iehor,
Alla jippremja lil dak li jkun skond ghemilu.
Xi rridu nghidu? Fid-dinja
ghandna lkoll il-qaghda taghna, ilkoll kemm ahna ghandna x-xoghol taghna u
bosta dmirijiet mistennija minna. Kull
persuna ghandha missjoni xi twettaq f'hajjitha. Nifirhu lkoll meta jghaddi z-zmien minn fuqna u niftakru x'hidma
ghamilna. Imma kemm jiswielna aktar
li nidhlu sew fina nfusna biex naraw kif qdejna dmirijietna matul dan
iz-zmien.
Biex
tahseb fuqhom...
Il-gid
ma jitqiesx mill-oggetti li ghandna, imma minn dawk l-affarijiet li ma
ahniex lesti nibdluhom ghall-flus.
Qisu u
harsu rwiehkom minn kull reghba; ghax mhux fil-kotra ta' gidu qieghda l-hajja
tal-bniedem” Lq 12:15
Meta
naqdu lill-ohrajn nircievu aktar milli qatt nistghu naghtu.
“Il-kburija
ta‘ bniedem iccekknu,
izda min jiccekken,
ikollu gieh”
Qwiel
29:23
>
Mur lura ghall-pagna
principali
|