|
+L-Iben t'Alla sar
Bniedem
L-EDITORJAL
Fl-eqqel
tal-gwerra, il-Kurunell Petain kien irranga ma’ Kappillan biex jigi
jqaddes f’kappella mdaqqsa li kien hemm vicin il-barracks
tas-suldati halli dawk li xtaqu jisimghu Quddiesa l-Hadd ma jkollhomx
skuzi.
Izda
xi hadd irrapporta li s-suldati tal-Kurunell Petain kienu qed jattendu
bl-uniformi ghal servizz religjuz u dan kien kontra r-regolamenti.
Kitbu lill-Kurunell mill-Headquarters:
‘Ghaziz
Kurunell Petain,
Wasslulna
rapporti li xi suldati minn tieghek qed jiehdu sehem bl-uniformi
f’servizz religjuz. Bhalma
taf dan hu kontra r-regolamenti. Nitolbuk
tibaghtilna lista ta’ dawk li qed jiksru l-ligi biex jittiehdu l-passi
mehtiega.’
Il-Kurunell
kitbilhom lura:
‘Ghaziz
General,
Ir-rapporti
li wasslulek huma veri. Jien
stess inkun maghhom u bl-uniformi halli f’kaz ta’ xi attakk
ghall-gharrieda nkunu lesti.
Dwar
l-ismijiet jiddispjacini li ma nistax naqdik ghax jien noqghod fuq il-bank
ta’ quddiem u mhux xieraq li waqt is-servizz inhares lura.’
Sa
tmiem il-gwerra l-Kurunell u s-suldati tieghu baqghu jattendu
ghall-Quddiesa ghax ebda general ma ried jinforza l-ligi.
Imbaghad
issib min li lest li jitlef il-laqgha tal-week-end
mal-Mulej bl-iskuza li l-knisja hi l-post tat-tfal u tan-nisa!
PIT
STOPS 2
Tentufiet
li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja
Guvnott
kien qed jistad u kien ga' qabad numru sabih ta' hut meta ftit ’il hemm
minnu gew xi guvintur ohra li bdew jistadu wkoll.
Kienu qed jiehdu kollox biz-zufjett imma ma setghux jifhmu kif
il-guvni ta’ hdejhom kien qed jaqbad tant hut u huma anqas biss bdew.
Wiehed minnhom staqsieh:
“Bilfors
li ghandek xi sigriet biex int imlejt il-qoffa u ahna ghadna b’idejna
vojta!”
“Iva...
ghax jien qed nistad imma intom qeghdin ticcaccraw.
Fid-dinja trid taghmel dak li tkun qed taghmel...
zmien l-iccaccrar, ticcaccra...
zmien is-sajd, tistad!”
U dan
il-parir jghodd ghal kull sitwazzjoni fil-hajja!
Zinzendorf
kien zaghzugh fuq tieghu... jigri u jiddeverti.
Darba dahal fi knisja u taht il-kurcifiss ra sentenza:
‘Ara x’ghamilt ghalik. Int
x’int taghmel ghalija?’
Zinzendorf
isserja…. baqa’ jhares skantat lejn l-iskrizzjoni.
Iddecieda li hu wkoll jaghmel xi haga ghal min tant ghamel ghalih.
Illum
Zinzendorf hu maghruf bhala l-Fundatur tal-‘Moravian Missions’ u hadem
hafna biex isem l-imsallab jixxandar fl-Afrika kollha.
Kont
taf li d-drammaturgu William Shakespeare ghandu 550 referenza ghall-Bibbja?
40 minnhom qeghdin fil-play Richard II u f’Hamlet hemm 80
referenza. Nistghu nahsbu kif
kien jafu biex irrefera ghalih tant drabi.
F’pajjizna
ftit hawn familji li ma ghandhomx Bibbja.
Imma kemm minna nsibu hin nifthuha ghajr forsi biex infarfrulha l-ghabra
li tkun ingemghet htija tan-nuqqas ta’ uzu taghha?
Arthur
Bland kellu record fost is-supporters
tat-tim ta’ Cardiff ghax ghal 20 sena ma tilef qatt partita
tal-favoriti tieghu. Dan ir-record kien
imxellef biss b’zewg partiti meta Arthur ghazel li jmur fejn siehbu l-isptar
u joqghod jithaddet ftit mieghu flok imur jara t-tim.
“Kieku
mhux ghax kellek dawk iz-zewg loghbiet nieqsa kont tinzel fuq il-Guinness
Book of Records,” qallu xi hadd.
“Li
kelli nierga’ nitwieled xorta fejn siehbi kont immur ghax iktar
iferrhuni s-sighat li ghamilt naqsam is-salib mieghu mill-partiti kollha
li rajt!”
...min
jizra’ bil-ghaks, bil-ghaks jahsad
u min jizra’ bil-kotra, bil-kotra jahsad
Alla jhobb lil min
jaghti bil-ferha.
SAN PAWL (2 Kor 9: 6, 7)
Huwa
daqsxejn ta’ borza muskulari, (almenu meta tqabblu ma’ organi ohra) u
li l-gisem kwazi jghaddi minghajru, imma dan l-organu wkoll ghandu studju
u storja interessanti ...
L-ISTONKU ::
Struttura u funzjoni
jikteb
Dr Coronato Grech
L-istonku
huwa parti mis-sistema digestiva, li tibda mill-halq u tispicca fl-anus.
Jircievi l-ikel, imkisser u nofsu mahlul, mill-halq u osefagu u
wara li jipprocessah jghaddi ghall-musrana z-zghira.
Minghajr l-istonku, li f’adult jesa bejn litru u litru u nofs,
kieku kien ikollna nieklu hafna iktar spiss minn tliet ikliet kuljum.
Bhall-bqija
tas-sistema digestiva, l-istonku huwa maghmul minn muskoli, li xi whud
huma longitudinali u li meta jingibdu jkabbru d-dijametru; u ohrajn
cirkulari, li jdejquh. Meta
dawn jahdmu f’ko-ordinazzjoni (u fost il-muskoli hemm hafna nervaturi
ghal dan) l-ikel, jigi mbuttat ’l isfel, jew fil-kaz ta’ l-istonku
jservu biex l-ewwel ihawdu sew il-kontenut.
Bejn l-esofagu u l-istonku hemm speci ta’ valv li jgib zewg
ismijiet: il-valv ta’ Braune, ghal Christian Braune, professur ta’ l-anatomija
u kirurgija f’Leipzig li ddeskrivih fil-1875; u t-tinja ta’ Gubaraoff,
ghal Alexander Petrovich von Gubaroff, li ddeskrivih ftit iktar tard, u li
incidentalment kien ginekologu. In-naha l-ohra ta’ l-istonku, fejn jiftah fil-musrana (f’parti
msejha duodenum) hemm valv iehor, il-piloru li ghalkemm huwa iktar
prominenti ma jidhirx li hemm ismijiet ta’ anatomisti assocjati mieghu.
Fil-muskoli ta’ l-istonku, ’l hawn u ’l hemm, hemm xi muskoli
u ligamenti msejha l-‘ligamenti ta’ Helvetius’, ghal Johannes
Helvetius, li kien tabib tar-re u anatomista komparattiv, li twieled
Parigi fil-1685, u li fost l-ohrajn studja l-istrutturi ta’ l-istonku ta’
annimali differenti.
Biex l-istonku
jahdem l-ikel ghandu hafna glandoli (ikkalkulat li hemm madwar 35 miljun
glandola) li jipproducu madwar tliet litri kuljum, principalment acidu
idroliku u l-enzima pepsin. Dawn
il-glandoli jifthu fl-istonku fuq daqsxejn ta’ ponot jew follikoli li
jissejhu ‘il-follikoli ta’ Frey’ ghal Heinard Frey professur
tal-istologija fi Zurich u li twieled fi Frankfurt fil-1822.
L-acidu jservi biex jisterilizza l-ikel u jattiva l-pepsin li minn
naha tieghu jahdem biex ikisser il-proteini li huma l-unici komponiment ta’
l-ikel li jibdew jinhadmu fl-istonku – ix-xahmijiet u karboidrati
jibqghu ghaddejjin ’l isfel. L-istonku
jassorbi wkoll xi ftit ilma, inkluz alkohol, specjalment jekk huwa vojt,
kif ukoll xi whud mill-medicini li allura huma importanti tkun taf tridx
tehodhom fuq stonku vojt jew le.
L-istorja
ta’ kif sirna nafu x’inhu l-istonku u kif jahdem hija wkoll
interessanti. Fil-1822
fil-Kanada wiehed kaccatur, Alexis St Martin, intlaqat b’tir ta’
xkubetta fl-istonku. Il-ferita fieqet imma baqghet toqba mdaqqsa miftuha
direttament mill-istonku ghal barra.
It-tabib li ha hsiebu, William Beaumont, induna, wara li
b’sorpriza St Martin fieq, li gietu opportunità unika biex jistudja l-istonku.
FORSI
JINTERESSAWK
Wiehed
biss
Il-fotografu
tan-National Geographic Magazine, David Crocket inqabad hdejn il-muntanja
ta’ Sant’Elena meta din zbruffat wara granet iddahhan u tnixxi l-lava.
Inheles b’helicopter meta kien haseb li t-tmiem wasal.
Kiteb hekk:
“F’dawn
il-ftit mumenti rajt muntanja ddub u foresta ssir irmied u fhimt li Alla
biss ma jinqeridx. Inhossni
twelidt mill-gdid u nemmen li Dak li hallieni haj ma hallinix haj ghalxejn.
B’hajti jridni naghmel xi haga.”
Principji
Fil-gwerra tal-Messiku, l-Amerikan
Henry David Thoreau ghazel li jintbaghat il-habs ghax ma riedx ihallas it-taxxa
li hu sostna li qed tkopri l-ispejjez ta’ gwerra ingusta.
Darba mar jarah Ralph Waldo Emerson li dlonk staqsieh:
“Issa
int, ragel bhalek, x’int taghmel f’din ic-cella?”
U pront
pront Henry wiegbu:
“Issa
int, Ralph, ragel bhalek, kif m’intix mieghi f’din ic-cella?”
Il-Lhudi
kien qed jitlob bil-qalb:
“Mulej
tellaghni fil-Lotterija tal-$100,000 u naghtik $10,000 ghat-tempju.
U jekk tahseb li ma nzommx kelmti tista’ tibghatli biss cheque
ta’ $90,000 u l-ohrajn zommhom int stess!"
Min
ihobb igerger …
Kien
klijent regolari fir-ristorant... ihallas fil-pront u jaghti tips
qawwija. Izda rari kien
jiekol u ma jgergirx ghal xi haga.
“Trid
tiekol b’daqsxejn ta’ hbejza!”
L-ghada
l-waiter ghamillu sitt slices hobz
izda xorta lmenta:
"Sitt
folji hobz qishom ostji!”
Sema’
l-manager u ried jaghtih
taghlima. Ordna hobza kbira u
hadhielu ma’ l-ikla:
“Ergajna
kopp ... hobza wahda!” qal il-gerguri.
Attitudni
professjonali
Kien
tabib imdahhal fiz-zmien. Qalbu
kienet tad-deheb imma sahhtu ma kinitx
ghadha
tippermetti li johrog f’nofs ta’ lejl biex jaqdi lil xi hadd fil-bzonn.
Fl-ahhar beda jirrispondi t-telefon hekk meta jcemplulu bil-lejl:
“Habib
ghandek flus?”
“Ma
tafx li ghandi... tinkwetax fuq
hekk!”
“Mela
hu pacenzja cempel lil Dr Jones. Dak
ghadu zghir u jiflah ghall-ksieh ferm iktar minni. Kieku ma kellekx flus kont nara kif naghmel u nigi jien...
imma la ghandek nitolbok tiskuzani!”
Kellha
karozza gdida imma kienet qed tahli hafna.
Marret fejn il-mechanic u
dan intebah li c-choke kien
mahrug ’il barra.
“Tantx
issuq bih mahrug daqshekk ghax inkella tahli hafna.”
“Dak
qatt ma mmissu. Gbidtu l-ewwel
darba li bdejt insuq u hallejtu dejjem ’il barra.
Nuzah biex mieghu ndendel il-handbag.”
Bil-flus
tista’
tixtri l-medicina - izda mhux is-sahha
tista’
tixtri dar - izda
qatt familja
tista’
tixtri l-briju - izda qatt il-ferh
tista’
tixtri l-kumpanija - izda qatt
il-hbiberija.
Ma
jhobbx it-tajjeb
min ma jobghodx il-hazin.
AHBARIJIET ta' interess
IZZEWGU
Charlie
Muscat ta’ Triq il-Mithna l-Qadima
lil Elizabeth Grech (Victoria);
Heidi
Xuereb ta’ Triq il-Qala lil Jason
Farrugia (Victoria).
Filwaqt
li nifirhu lil dawn il-koppji l-godda nfakkruhom fit-talb.
Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.
IL-LAQGHA
TA’ LULJU
Kellemna
Dun Karm Refalo, l-Arcipriet
tal-Parrocca tal-Qala u fost il-hafna hsibijiet sbieh li qasam maghna
wriena kemm-il bniedem ghandu bzonn li jkun milqugh, mifhum u mahbub.
Tarbija kapaci tintebah b’dawn inkella bin-nuqqas taghhom kmieni
fil-hajja taghha. U l-pass
tal-hajja taghna ghandu jkun b’tali mod li nkunu kapaci nilqghu, nifhmu
u nhobbu lil haddiehor. Fil-hajja
hawn bizzejjed problemi u niket u ghalhekk tajjeb li kull wiehed minna
jara kif jaghmel u jsebbah il-hajja ta’ dawk ta’ madwaru.
Tibki f’qalbek meta l-hajja tlaqqghek ma’ sitwazzjonijiet li
fihom tintebah li n-nuqqas ta’ ftehim bejn genituri u wlied wassal ghal
tragedji ghax iz-zaghzugh aktar kien jaghti kaz ta’ shabu milli ta’
min tassew riedlu l-gid. Izda
meta jkun hemm sincerità f’qalb il-bniedem dan kapaci jnissel fih
kuragg u jeghleb problemi li ghall-bidu jidhru kbar wisq.
Dak li kapaci jsib lil min jemmen fih u jirnexxielu jnebbet rieda
li jissupera dak li qed jostakolah jirnexxi fil-hajja. Tajjeb li meta nkunu ghaddejjin minn xi problema nsibu lil xi
hadd li ghandna fiducja fih u li kapaci jghinna u naqsmu mieghu dak li
nkunu ghaddejjin minnu. Hadd
minna ma hu mahluq biex jghix wahdu izda biex nghinu lil xulxin fit-triq
taghha ghall-genna.
Hajr
lil Robert Borg, barman tal-kazin
tal-Youngsters, tad-drinks li
qassamna wara l-laqgha.
IL-LAQGHA
TA' AWISSU
Il-laqgha
ser issir nhar is-Sibt 2 ta' Awissu fit-8.15 p.m. fil-bidu tal-Gimgha
Museumina. Ser ikollna l-laqgha
specjali ghaz-zghazagh tal-lum u dawk li llum ma ghadhomx zghazagh imma
ghadhom jiftakru fiz-zmien li qattghu l-MUSEUM.
Ikellimna Frankie Muscat ex-player tas-Sannat Lions.
Wara l-laqgha
jkollna zewg partiti football. Wahda
bejn dawk ta' fuq it-30 sena ma' dawk ta' fuq l-40 sena u ohra bejn
iz-zghazagh tal-Youngsters u dawk li ghadhom jattendu fil-klassijiet
taghna. Jekk tixtieq tiehu
sehem tista’ tkellem lil Tonio Grech jew lil Karistu Camilleri.
Wara l-laqgha ntellghu rigal sabih.
SNAPSHOTS
Stejjer
u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom
In-novelista
Russu
u rebbieh tal-Premju Nobel tal-Letteratura
Alexander
Solzhenitsyn
jirrakkonta
tliet episodji ta’ tfulitu.
L-ewwel
wahda
shabu
jinbxuh ghax hu flimkien ma’ ommu
kien
sejjer lejn l-ahhar knisja tar-rahal….
Meta
qatghulu s-salib
li
kellu mdendel ma’ ghonqu...
u t-tielet
meta semaghhom jghidu:
“Il-bniedem nesa lil Alla;
ghalhekk dan kollu qed jigri.”
Solzhenitsyn
jibza’ li d-dinja
hi
fil-periklu li titlef ir-rabta li ghandha m’Alla,
bhalma
gralha r-Russja ta’ zghozitu.
Tac-cajt
noqoghdu nwahhlu f’ta’ madwarna
meta
ahna nibzghu nuru twemminna.
Kieku
kull wiehed minn kapaci juri x’jemmen
u
jipprova jghixu mill-ahjar li jista’
kieku
d-dinja ssir post ahjar.
Ghax
ghalxejn toqghod tinkwieta l-effett zghir
li
jaghmel wiehed.
It-taqtira
taghna tkun qatra tajba f’ocean.
Is-sulfarin
taghna jkun id-dawl fi dlam cappa.
Min ma
jisthix juri x’jemmen
jirbah
ir-rispett ta’ shabu
u l-ezempju
tajjeb tieghu jkaxkar ohrajn
biex
jaghmlu bhalu.
L-AKTAR LISTA IMPORTANTI
L-aktar
vizzju qerriedi - l-inkwiet.
L-akbar
ferh - li taghti.
L-ikbar
telfa - it-telf tar-rispett tieghek innifsek.
L-aktar
xoghol li jissodisfak - li tghin lill-ohrajn.
L-aghar
aspett tal-karattru - l-egoizmu.
L-ahjar
aspett tal-karattru - l-altruizmu.
L-akbar
rizorsa naturali - iz-zghozija.
L-akbar
taptipa - l-inkoraggiment.
L-akbar
problema - il-biza’.
L-ahjar
imhadda - kuxjenza safja.
L-aghar
marda - l-iskuzi.
L-akbar
qawwa - l-imhabba.
L-aghar
bniedem - is-seksieki.
L-ahjar
kompjuter - il-mohh.
L-aghar
haga li tista’ titlef - it-tama.
L-aktar
arma effettiva - l-ilsien.
L-aktar
kliem f’sahhtu - "Nista’’.
Il-kliem
li ma jwassal imkien - ‘Ma nistax’.
L-akbar
rifugju - il-fidi.
L-aghar
emozzjoni - li tithassar lilek innifsek.
L-isbah
libsa - it-tbissima.
L-ahjar
oggett li jista’ jkollok - l-integrità personali.
L-ahjar
triq ta’ komunikazzjoni - minn qalb ghall-ohra.
L-aktar
attitudni li tittiehed - l-entuzjazmu.
L-aktar
haga importanti fil-hajja - l-imhabba.
Kulhadd
ghandu bzonn din il-lista...
ghaddiha lil haddiehor.
L-ISFIDA TAL-FARFETT
Jum
wiehed fil-fosdqa tfaccat toqba zghira.
Ragel intasab hdejha u qatta’ sighat shah jara u jifli l-farfett
jiggebbed u jiddeffes biex johrog minn dik id-daqsxejn ta’ toqba.
Izda
f’daqqa wahda kollox waqaf. Il-farfett
deher ghajjien tant li ma
setax jitharrek aktar. Ghalhekk
ir-ragel iddecieda li jaghti daqqa t’id lill-farfett.
Ha mqass u carrat fetha mdaqqsa.
Il-farfett tfacca minnufih. Izda
deher b’gisem diformat, kien zghir u l-gwienah ma kinux ta’ sahha.
Ir-ragel
baqa’ jistenna ghax haseb li f’daqqa ser ifarfar gwenhajh u jinfetah,
jtir setghan kollu mlewwen. Xejn
minn dan ma gara! Il-farfett
qatta’ l-ezistenza qasira tieghu jkaxkar il-gisem diformat bi gwenhajn
imghattna. Qatt ma kien kapaci jtir.
Ir-ragel
ma setax jifhem li l-issikkar tal-fosdqa u l-isfida tal-farfett biex
jghaddi minn daqsxejn ta’ toqba kien il-mod li bih Alla ried li jissahhu
l-gwienah u b’hekk ikun kapaci jtir la jsib il-helsien minn dak li kien
izommu.
Il-hajja
tlaqqana ma’ bosta sfidi. Jekk
Alla kien ihallina nqattghu hajjitna bla sfida kien ikun jiddiformana. Qatt ma konna nakkwistaw is-sahha li suppost ghandna.
Qatt ma kien jirnexxielna ntiru.
Tlabt
is-sahha… u Alla tani d-diffikultajiet biex isahhuni.
Twebbilt
ghall-gherf... u Alla baghatli problemi biex insolvihom.
Twahhamt
ghall-gid... u Alla pprovdieli mohh u dirghajn biex nahdem.
Thajjart
ghall-kuragg... u Alla ivvintali sfidi biex nirbahhom.
Ridt l-imhabba...
u Alla sabli nies ghajjiena biex nghin.
Xtaqt
il-pjaciri... u Alla holoqli opportunitajiet.
Ma
rcivejt xejn li xtaqt izda dak kollu li kelli bzonn.
>
Mur lura ghall-pagna
principali
|