
|
+L-Iben t'Alla sar Bniedem - April 2005 | Numru 464 L-EDITORJAL
"Gejna biex nipprotestaw kontra din il-hatra. Baker tghidx kemm qal kontra tieghek. Hawn fuq din il-karta ghandek x'qal, fejn qalu u lil min qalu." "Imma qal x'qal fuqi, Baker hu bniedem kapaci u l-amministrazzjoni ser tirbah servizz eccellenti minghandu." "Jista' jkun imma la qal kontra tieghek ma ghandekx tippremjah. Ara l-karta u tkun taf dan mhux premju haqqu imma kastig." "Hbieb din il-karta li gibtuli hi tieghi jew taghkom?" "Issa hi tieghek!" "U nista' naghmel biha li rrid?" "La tieghek hadd ma jista' jindahallek x'taghmel biha." U Lincoln dlonk tefa' l-karta fin-nar waqt li qalilhom: "L-importanti mhux x'qal fuqi imma jekk hux kapaci jew le. Ghandu dritt ghal fehemtu u l-pajjiz ghandu bzonn l-ahjar. Imma grazzi talli informajtuni."
Mhux ta'
b'xejn li l-Amerikani jqisu lil Lincoln bhala wiehed mill-aqwa
presidenti taghhom!
Qalilna illi darba f'belt fi Franza kien hemm zaghzugh nebbiexi li ma kien jemmen b'xejn u anqas ried ihalli lil haddiehor jemmen. U sikwit kien jintasab hdejn bieb il-knisja u jghid lil dawk devoti, dehlin gewwa, "Tidhlux... temmnux lill-qassis xwejjah qed jiggennen. Kulu, izfnu u ddevertu darba tmutu u bhall-klieb tintemmu." In-nies ma kinitx taghti kaz tieghu izda l-kappillan twajjeb darba hareg hdejh u qallu: "Idhol jekk ghandek hila u quddiem l-artal maggur b'kemm ghandek sahha waqt li thares lejn l-imsallab ghajjat u ghid: 'Int mit ghalina imma jien ma nemminx fik u ftit jimpurtani x'ghamilt ghad-dinja.'" Sfidat quddiem in-nies il-guvni nhasad u ma kellux triq ohra ghajr li jidhol gewwa u tenna l-kliem li qallu l-qassis twajjeb. "Erga' ghidhom," qallu l-kappillan, "u ghajjat izjed!" U l-guvni b'hanxra rrepeta l-kliem ta' qabel. Fil-maqdes waqghet sikta. Il-guvni dlonk hareg 'il barra. Izda b'ghageb ta' bosta dan il-guvni ma baqax jintasab hdejn bieb il-knisja. U l-iskantament kiber meta bdew jarawh fil-maqdes jitkellem mal-qassis u jitlob. Xi whud minn dawk li kienu qed jisimghu l-priedka ta' l-isqof, kemmxu xofftejhom. Ma emmnux il-grajja. L-isqof intebah u qalilhom: "Emmnuha din il-grajja naf li grat u ghextha ghax dak iz-zaghzugh nebbiexi kont jien. Minn hemm gabarni l-Mulej u ghamilni isqof!"
Il-qawl
jghid li min jitwieled tond ma jmutx kwadru. imma
dan il-qawl ma jghoddx ghall-Mulej
li kapai anki llum
jibdel midneb f'ragel twajjeb.
XI ANNIMALI MITICI MSEMMIJA FIL-BIBBJA Id-Dragun
Intant, fl-immaginazzjoni popolari tal-Punent id-dragun huwa generalment deskritt bhala kukkudrill, b'ras qisha ta' ziemel, bil-gwienah (ghalkemm dak orjentali minghajr gwienah) u meta jrid ibezza' kien jonfoh in-nar minn imnifsejh. Kien mahsub li jiekol annimali (u nies) li jersqu lejn il-bejta tieghu, li spiss kellha xi tezor x'jindokra. Id-dragun ha xejra kerha hafna minghand il-Kristjanezmu. Il-predikaturi ma sabuhiex difficli hafna li, mas-semmiegha taghhom, ibiddlu d-dragun fis-simbolu tal-hazen u ta' dnubiethom, jew fix-xitan innifsu. U nholqu hafna leggendi b'hafna eroj u qaddisin li haduha u rebhu lid-dragun, b'San Gorg l-iktar qattiel famuz tad-dragun. Fl-Iskandinavja hemm l-eroj Sigmund li qatel id-dragun Fafnir. L-eqreb imma li l-bniedem iltaqa' mad-dragun huwa fil-gzira ta' Komodo fl-Indonezja fejn sallum ghad hemm tghix l-ikbar gremxula fid-dinja u li tikber sa tlett metri. L-annimali l-ohra l-iktar li jixbhu lid-dragun kienu xi whud mid-dinosawri (per ezempju Iganodon, Stegosaurus u Pteranodon), imma minkejja l-universalità tad-dragun fil-miti, il-bniedem qatt ma ltaqa' maghhom ghax tfacca fid-dinja madwar 160 miljun sena wara li spiccaw l-ahhar dinosawri. Intant, fil-Bibbja, id-dragun huwa msemmi hafna drabi ghalkemm spiss taht l-isem ta' xakall. Per ezempju Mikea jiddeskrivi l-qerda ta', fost l-ohrajn, Gerusalemm u ghalhekk jibki bhan-ngham u x-xakalli (Mik 1, 8); Isaija jiddeskrivi l-qerda ta' palazzi li jsiru kenn ghan-ngham u x-xakalli (Is 43, 13); kif ukoll il-qerda bix-xabla qalila tal-Mulej tal-Liwjatan, id-dragun li hemm fil-bahar (Is 27, 1). Dan il-Liwjatan ghandu deskrizzjoni iktar twila f'Gob 41, 1-26, fejn fost l-ohrajn hemm miktub li ghandu snien li jwerwru, ghajnejn ihammru, minn halqu johrog il-fjammi, il-hadid jistmah tiben u sejf u lanza ma jaghmlulu xejn.1 F'Ezekjel imbaghad huwa msemmi bhala kukkudrill (Ezek 29, 3). Iktar forsi familjari huwa d-dragun ta' l-Apokalissi, l-ahhar ktieb tal-Bibbja u li iktar mill-ohrajn jispikka fis-simbolizmu. Insibu, per ezempju, deskritt dragun kbir "minn lewn in-nar, b'sebat irjus u ghaxart iqrun, u b'seba' dijademi fuq irjusu, u li b'denbu kines wahda mit-tlieta tal-kwiekeb tas-sema u waddabhom lejn l-art" ...u kif qaghad quddiem il-mara li kienet ser tiled lest biex jibla lil binha (Apok 12, 3-4). U fejn titkompla d-deskrizzjoni ta' gwerra bejn Mikiel u d-Dragun l-kbir li huwa deskritt bhala d-Dimonju u x-Xitan u kif dan safa mwaddab ma' l-art u mirbuh mill-Mara (Apok 12, 7-18).
1 Il-Bibbja
Maltija ma ggibx ismu dirett, ghalkemm f'Bibbji ohra, anke Kattolici
bhal The Holy Bible, Revised Standard Version, Catholic Edition 1966,
jissemma bhala l-Levjatan. Dan il-monstru huwa msemmi wkoll fil-ktieb
apokrafu ta' Enok fejn huwa deskritt bhala monstru li jghix fl-abbissi
ta' l-ilmijiet. Fil-Medjuevu Kristjan dan Levjatan kien identifikat ma'
l-infern li l-bokka tieghu spiss kienet impittra jew skolpita bhala halq
kbir ikrah.
Ghalxejn tipprova tfiehem lil min ma jridx Il-professur fl-università sar jaf li student tieghu hu kattoliku prattikanti u ried jghaddih ftit biz-zmien quddiem shabu. "Habib
kif tasal li temmen li ftit hobz u nbid isiru gisem u demm?" Il-professur rega':
"U kif jista' Alla tant kbir joqghod f'ostja tant zghira?"
Imma xi whud jippretendu li jemmnu biss dak li jifhmu
meta madwarna hawn eluf ta' hwejjeg li ma nifhmux kif jitwettqu imma
naccettawhom xorta wahda.
Zewg sakranazzi hargu jitbandlu mill-hanut tax-xorb. Wiehed staqsa
lill-iehor:
Ragel xtara glekk second hand u fil-but sab karta li kienet ricevuta ta' zarbun li s-sid originali kien halla ghand l-iskarpan xi 5 snin qabel. Ried jara x'jigri jekk jipprezenta din ir-ricevuta u meta l-iskarpan raha, dahal fil-kamra ta' gewwa, qalleb ftit zraben u meta gie lura qallu: "Ghaddi nhar il-Gimgha!"
Meta thalli mil-lum ghal ghada, ghada ma jasal qatt.
Kienet xebba snella, gustuza. Jum wiehed intebhet li kien hemm zaghzugh miexi warajha. Jekk thaffef il-pass, ihaffef hu, jekk tnaqqas, inaqqas hu. Ghazlet li tieqaf u tkellmu: "Ghaliex
miexi warajja?"
Iz-zaghzugh hares lura u ma ra lil hadd. Ix-xebba
tbissmet u qaltlu:
Bejn il-paroli u l-fatti hemm bahar jikkumbatti.
Kien jahseb li hu xi haga. Lejla wahda waqt li kien jaqra l-gazzetta dar lejn martu u qalilha: "Taf
kemm hawn nies kbar fid-dinja llum?"
IL-LAQGHA TA' MARZU Il-laqgha ghamilhielna Mons Anton Borg li kellemna dwar dawn iz-zminijiet utli tar-Randan u kemm hu facli li dawn jghaddu bla ma nintebhu. U ghalhekk ftit li xejn ingawdu minn dan iz-zmien ta' grazzja. Dun Anton enfasizza li f'dan iz-zmien il-knisja tiffoka fuq il-grazzja u l-mahfra u mhux fuq id-dnub. Meta t-tifel iz-zghir tal-parabbola rritorna, missieru ma kellmux fuq kemm kiser ligijiet u kemm wettaq nuqqasijiet imma haddnu mieghu u laqghu bil-ferh. Mahfra totali, bla kundizzjonijiet. U din il-mahfra ghadha lesta ghalina lkoll jekk infittxuha. Ix-xewqa ghall-mahfra jnissilha fina l-Mulej imma t-triq lura ghandu trid ukoll il-koperazzjoni taghna. Il-Mulej jaf li ahna dghajfin. Jaf li t-tentazzjonijiet tax-xitan jafu jkunu mohbija u nistghu facilment ma nintebhux bil-hzunija taghhom. Hu stess ghadda minn din l-esperjenza tat-tentazzjoni. Ma jiskantax jekk ahna naqghu u jifrah meta kapaci nqumu mill-waqgha taghna u nitolbuh mahfra. Il-parabbola ta' l-Iben il-Hali ma ghandhiex zmien. Tigri kuljum u ghalhekk kuljum il-Missier qed jgharrex minn fuq il-bejt jistenna r-ritorn taghna. Minna jonqos jekk ma mmiddux il-pass taghna lejn daru. Lilna jiswa jekk din l-istedina nilqghuha. Wara l-laqgha tellajna rigal sabih li mess lil Peter Paul Camilleri ta' Triq Duru. Nixtiequ rroddu hajr lil Robert Borg – il-barman tal-kazin tal-Youngsters – li pprovdielna d-drinks li offrejna wara l-laqgha.
Fi tmiem il-laqgha kellna tournament tal-football fuq
it-turf artificjali u hadna gost naraw numru sabih ta' zghazagh
jippartecipaw.
Il-laqgha ta' April ser tkun slide feature sabih. Titilfuhx. Meta tispicca jkollha tournament iehor tal-football u ghalhekk nistiednu lill-captains biex ifakkru lill-players taghhom. U jekk hemm xi players li s'issa qatt ma hadu sehem nitolbuhom jigu wkoll halli ninkluduhom mat-timijiet li qed jippartecipaw. Hemm wisa' wkoll ghal dawk li jixtiequ jiffurmaw timijiet godda. Ejjew u hajru lil shabkom jigu wkoll. Jisimghu messagg ta' gid u niehdu gost flimkien sportivament.
Peress li tbiddel il-hin – orarju tas-sajf – il-laqgha
tibda fit-8.15p.m. ezatt wara li tispicca l-quddiesa tal-parrocca.
Mela
ghal nhar is-Sibt 2 ta' April fit-8.15p.m.
Fil-granet ta' wara l-Ghid, fil-MUSEUM ikollna l-play
annwali taghna. Din is-sena ghandna play socjali 'Ghazliet fil-hajja'
li fiha messagg utli ghaz-zghazagh kollha. Thajru ejjew arawha. Ser
naghmluha darbtejn ...il-Hadd 3 ta' April fis-6.15p.m. u l-Erbgha 6 ta'
April fis-7.30p.m. Hajru lil hbiebkom jigu wkoll. Il-play tiehu ftit
iktar minn siegha. Titilfuhiex.
[Gesù qal:]
"Harsu rwiehkom mill-profeti
foloz, {Mt 7:15-16}
Zewg teenagers minn
Cleveland
Fl-ahhar
iz-zghazagh qatghu qalbhom
Illum
jezistu esperti li jghidu
Kemm qed
inhalli lili nnifsi nigi nfluwenzat?
NIBDA
MIL-LUM
Nibda
mil-lum ma rridx ninkwieta aktar fuq lbierah.
Nibda mil-lum ma rridx ninkwieta aktar fuq ghada.
Nibda mil-lum irrid inhares fil-mera u nara persuna li
haqqha
Nibda mil-lum irrid nghozz kull mument ta' hajti.
Nibda mil-lum irrid infittex toroq mhux tas-soltu
Nibda mil-lum irrid niehu l-hajja jum b'jum, pass pass.
Nibda mil-lum irrid nafda aktar
Nibda mil-lum irrid niftah qalbi u mohhi.
Nibda mil-lum irrid inhossni responsabbli mill-ferh tieghi
Nibda mil-lum irrid nitghallem xi haga gdida ________________________________________ > Lura ghall-pagna ewlenija < |